8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, ajrusols u ġellijiet ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni joħolqu ċerti diffikultajiet operattivi f’dawk l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) jipprovdi għall-eżenzjonijiet biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jġorru likwidi, ajrusols u ġellijiet miksuba f’ċerti ajruporti li jinsabu f’pajjiżi terzi. Dawk l-eżenzjonijiet jiskadu fid-29 ta’ April 2011.

(3)

Dawk l-eżenzjonijiet iffaċilitaw l-operazzjonijiet u l-konvenjenza fir-rigward ta’ passiġġieri li jittrasferixxu u li jkunu qed iġorru likwidi, ajrusols u ġellijiet li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni, filwaqt li żammew livell għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni. Sakemm ikomplu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li taħthom ingħataw dawk l-eżenzjonijiet f’dawk l-ajruporti fil-pajjiżi terzi, dawk il-benefiċċji għandhom jinżammu.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili mwaqqaf permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 12.

(3)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010, Kapitolu 4, il-punt 4.1.3.4(g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

miksub f’ajruport li jinsab f’pajjiż terz li jinsab fil-lista tal-Hemża 4-D, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f’borża STEB (li turi li ma ġietx imbagħbsa) li turi biżżejjed provi li jkun inxtara fin-naħa ta’ ġewwa (airside) tal-ajruport fl-aħħar 36 siegħa. L-eżenzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt għandhom jiskadu fid-29 ta’ April 2013.”