|
8.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 333/2011
tal-31 ta’ Marzu 2011
li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ metall skreppjat ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara s-sottomissjoni tal-miżuri proposti lill-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Minn evalwazzjoni ta’ diversi flussi ta’ skart jirriżulta li s-swieq tar-riċiklaġġ għall-metall skreppjat għandhom jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ kriterji speċifiċi li jiddeterminaw meta l-metall skreppjat miksub mill-iskart ma jibqax jitqies bħala skart. Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-klassifika tal-metall skreppjat bħala skart minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li jeżistu suq u domanda għar-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju biex jintuża bħala materja prima fl-impjanti tal-azzar, fil-funderiji, fir-raffineriji tal-aluminju u fl-impjanti tat-tidwib mill-ġdid għall-produzzjoni tal-metalli. Għalhekk ir-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju għandu jkun pur biżżejjed u għandu jissodisfa l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tar-ruttam mitluba mill-industrija tal-produzzjoni tal-metalli. |
|
(3) |
Il-kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju ma jibqax jitqies bħala skart għandhom jiżguraw li r-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju li jirriżulta minn operazzjoni ta’ rkupru jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-industrija tal-produzzjoni tal-metall, li dan ikun konformi mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti u li ma jwassalx għal impatti globali negattivi fuq l-ambjent jew fuq saħħet il-bniedem. Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li l-kriterji proposti dwar l-iskart li jintuża bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru, dwar il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament, kif ukoll dwar il-metall skreppjat li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru, jilħqu dawk l-għanijiet minħabba li għandhom jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju bla karatteristiċi perikolużi u ħieles biżżejjed minn komposti mhux metalliċi. |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-kriterji, huwa xieraq li jkun ipprovdut li jinħareġ tagħrif dwar il-metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart u li tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità. |
|
(5) |
Tista’ tkun meħtieġa reviżjoni tal-kriterji jekk, fuq il-bażi ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tas-suq għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar u tal-aluminju, jiġu nnutati effetti ħżiena fuq is-swieq tar-riċiklaġġ għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar u tal-aluminju, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mad-disponibbiltà ta’ tali ruttam u mal-aċċess għalih. |
|
(6) |
Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom għall-kriterji li jiddeterminaw meta l-metall skreppjat ma jibqax jitqies bħala skart, huwa xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma’ dan ir-Regolament jibda japplika. |
|
(7) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2008/98/KE ma tax opinjoni dwar il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament. Għalhekk il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri u bagħtitha wkoll lill-Parlament Ewropew. |
|
(8) |
Il-Parlament Ewropew m’opponiex il-miżuri proposti, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju, inkluż ir-ruttam tal-ligi tal-aluminju, ma jibqax jitqies bħala skart.
Artikolu 2
Tifsiriet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
|
(a) |
“ruttam tal-ħadid u tal-azzar” tfisser metall skreppjat li jikkonsisti prinċipalment f’ħadid u f’azzar; |
|
(b) |
“ruttam tal-aluminju” tfisser metall skreppjat li jikkonsisti prinċipalment f’aluminju u f’liga tal-aluminju; |
|
(ċ) |
“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha fil-pussess tagħha l-metall skreppjat; |
|
(d) |
“produttur” tfisser id-detentur li jittrasferixxi l-metall skreppjat lil detentur ieħor għall-ewwel darba bħala metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart; |
|
(e) |
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart fit-territorju doganali tal-Unjoni; |
|
(f) |
“persunal ikkwalifikat” tfisser persunal li huwa kkwalifikat bl-esperjenza jew bit-taħriġ sabiex jimmonitorja u jivvaluta l-karatteristiċi tar-ruttam tal-metall; |
|
(g) |
“spezzjoni viżwali” tfisser spezzjoni tar-ruttam tal-metall li tkopri l-partijiet kollha ta’ konsenja u li ssir permezz tas-sensi tal-bniedem jew permezz ta’ kwalunkwe tagħmir mhux speċjalizzat; |
|
(h) |
“konsenja” tfisser lott ta’ ruttam tal-metall li huwa maħsub sabiex jiġi kkonsenjat minn produttur lil detentur ieħor u li jista’ jinżamm f’unità tat-trasport waħda jew iktar, bħal kontejners. |
Artikolu 3
Il-kriterji għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar
Ir-ruttam tal-ħadid u tal-azzar m’għandux jibqa’ jitqies bħala skart meta, mat-trasferiment mill-produttur lil detentur ieħor, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I; |
|
(b) |
l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness I; |
|
(ċ) |
ir-ruttam tal-ħadid u tal-azzar li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I; |
|
(d) |
il-produttur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6. |
Artikolu 4
Il-kriterji għar-ruttam tal-aluminju
Ir-ruttam tal-aluminju, inkluż ir-ruttam tal-ligi tal-aluminju, m’għandux jibqa’ jitqies bħala skart meta, mat-trasferiment mill-produttur lil detentur ieħor, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-iskart użat bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II; |
|
(b) |
l-iskart użat bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru jkun ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness II; |
|
(ċ) |
ir-ruttam tal-aluminju li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness II; |
|
(d) |
il-produttur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6. |
Artikolu 5
Dikjarazzjoni ta’ konformità
1. Il-produttur jew l-importatur għandu joħroġ, għal kull konsenja ta’ metall skreppjat, dikjarazzjoni ta’ konformità skont il-mudell stabbilit fl-Anness III.
2. Il-produttur jew l-importatur għandu jagħti d-dikjarazzjoni ta’ konformità lid-detentur tal-konsenja ta’ metall skreppjat li jmiss. Il-produttur jew l-importatur għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal mill-inqas sena wara d-data tal-ħruġ tagħha u għandhom iqiegħduha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan.
3. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkun f’forma elettronika.
Artikolu 6
Il-ġestjoni tal-kwalità
1. Il-produttur għandu jimplimenta sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità adattata biex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikoli 3 u 4.
2. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandu jkun fiha sett ta’ proċeduri ddokumentati dwar kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
l-aċċettazzjoni tal-kontroll tal-iskart li ntuża bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Annessi I u II; |
|
(b) |
il-monitoraġġ tal-proċessi u tat-tekniki ta’ trattament deskritti fit-Taqsima 3.3 tal-Annessi I u II; |
|
(ċ) |
il-monitoraġġ tal-kwalità tal-metall skreppjat li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Annessi I u II (inklużi t-teħid tal-kampjuni u l-analiżi); |
|
(d) |
l-effikaċja tal-monitoraġġ tar-radjazzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 1.5 tal-Annessi I u II, rispettivament; |
|
(e) |
ir-reazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konformità mal-kwalità tal-metall skreppjat; |
|
(f) |
iż-żamma tar-reġistri tar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punti (a) sa (d); |
|
(g) |
ir-reviżjoni u t-titjib tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità; |
|
(h) |
it-taħriġ tal-persunal. |
3. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tippreskrivi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi tall-monitoraġġ stabbiliti fl-Annessi I u II għal kull kriterju.
4. Fejn kwalunkwe wieħed mit-trattamenti msemmija fit-Taqsima 3.3 tal-Anness I jew fit-Taqsima 3.3 tal-Anness II jitwettqu minn detentur preċedenti, il-produttur għandu jiżgura ruħu li l-fornitur jimplimenta sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
5. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (2), li kiseb akkreditament skont dak ir-Regolament, jew kwalunkwe verifikatur ambjentali ieħor, kif iddefinit fl-Artikolu 2(20)(b) tar-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (3), għandu jivverifika li s-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Il-verifika għandha titwettaq kull tliet snin.
6. L-importatur għandu jeżiġi li l-fornituri tiegħu jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u li tkun ġiet ivverifikata minn verifikatur estern indipendenti.
7. Il-produttur għandu jagħti aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalab jagħmel dan.
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-9 ta’ Ottubru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
VÖLNER P.
(1) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
ANNESS I
Il-kriterji għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar
|
Kriterji |
Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġ |
||||||||||||||||||
|
1. Il-kwalità tar-ruttam li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru |
|||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jikklassifika kull konsenja. |
||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. F’intervalli xierqa (mill-inqas kull sitt xhur), għandhom jiġu analizzati kampjuni rappreżentattivi tal-impuritajiet billi jintiżnu wara separazzjoni b’kalamita jew separazzjoni manwali (kif ikun xieraq) tal-partiċelli u tal-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar taħt spezzjoni viżwali bir-reqqa. Il-frekwenzi xierqa tal-monitoraġġ permezz tat-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
Il-proċess tad-determinazzjoni tal-frekwenzi tal-monitoraġġ għandu jkun iddokumentat bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità u għandu jkun disponibbli għall-verifiki. |
||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali għall-preżenza tal-ossidi. |
||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja, u għandu joqgħod attent l-iktar għal dawk il-partijiet minn fejn hemm l-iktar ċans li jibda jqattar iż-żejt. |
||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jimmonitorja r-radjuattività ta’ kull konsenja. Kull konsenja ta’ ruttam għandu jkollha magħha ċertifikat, stabbilit skont regoli nazzjonali jew internazzjonali, dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat. Iċ-ċertifikat jista’ jiġi inkluż fid-dokumentazzjoni l-oħra li takkumpanja l-konsenja. |
||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. Fejn l-ispezzjoni viżwali tqajjem xi suspett ta’ possibbiltà ta’ karatteristiċi perikolużi, għandhom jittieħdu iktar miżuri xierqa ta’ monitoraġġ, bħat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar fejn ikun xieraq. Il-persunal għandu jitħarreġ dwar il-karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar u dwar il-komponenti jew il-karatteristiċi tal-materjali li jippermettu ‘l dak li jkun jagħraf il-karatteristiċi perikolużi. Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-materjali perikolużi għandha tkun iddokumentata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità. |
||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. |
||||||||||||||||||
|
2. L-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru |
|||||||||||||||||||
|
Il-kontroll tal-aċċettazzjoni tal-iskart kollu li jasal (permezz ta’ spezzjoni viżwali) u tad-dokumentazzjoni li takkumpanjah għandu jitwettaq minn persunal ikkwalifikat li jkun ingħata taħriġ dwar kif jagħraf l-iskart li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima. |
||||||||||||||||||
|
3. Il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament |
|||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
ANNESS II
Il-kriterji għar-ruttam tal-aluminju
|
Kriterji |
Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġ |
||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Il-kwalità tar-ruttam |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jikklassifika kull konsenja. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodottur tar-ruttam tal-aluminju għandu jikkontrolla l-konformità billi jimmonitorja l-ammont ta’ impuritajiet jew billi jiddetermina l-ammont ta’ metall irkuprat. Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. F’intervalli xierqa (mill-inqas kull sitt xhur), għandhom jiġu analizzati kampjuni rappreżentattivi ta’ kull grad ta’ ruttam tal-aluminju sabiex jitkejjel l-ammont totali ta’ impuritajiet jew l-ammont ta’ metall irkuprat. Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom jinkisbu skont il-proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni deskritti fl-istandard EN 13920 (1). L-ammont totali ta’ impuritajiet għandu jitkejjel skont il-piż wara li l-partiċelli u l-oġġetti metalliċi tal-aluminju jkunu ġew isseparati mill-partiċelli u mill-oġġetti li jikkonsistu f’impuritajiet billi jintgħażlu bl-idejn jew b’mezzi oħrajn ta’ separazzjoni (bħal permezz ta’ kalamita jew billi tintuża d-densità bħala l-bażi). L-ammont ta’ metall irkuprat għandu jitkejjel skont il-proċedura li ġejja:
Il-frekwenzi xierqa tal-analiżi tal-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja, u għandu joqgħod attent l-iktar għal dawk il-partijiet minn fejn hemm l-iktar ċans li jibda jqattar iż-żejt. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jimmonitorja r-radjuattività ta’ kull konsenja. Kull konsenja ta’ ruttam għandu jkollha magħha ċertifikat, stabbilit skont regoli nazzjonali jew internazzjonali, dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat. Iċ-ċertifikat jista’ jiġi inkluż fid-dokumentazzjoni l-oħra li takkumpanja l-konsenja. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq ispezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. Fejn l-ispezzjoni viżwali tqajjem xi suspett ta’ possibbiltà ta’ karatteristiċi perikolużi, għandhom jittieħdu iktar miżuri xierqa ta’ monitoraġġ, bħat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar fejn ikun xieraq. Il-persunal għandu jitħarreġ dwar il-karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mar-ruttam tal-aluminju u dwar il-komponenti jew il-karatteristiċi tal-materjali li jippermettu 'l dak li jkun jagħraf il-karatteristiċi perikolużi. Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-materjali perikolużi għandha tkun iddokumentata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq ispezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2. L-iskart użat bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontroll tal-aċċettazzjoni tal-iskart kollu li jasal (permezz ta’ spezzjoni viżwali) u tad-dokumentazzjoni li takkumpanjah għandu jitwettaq minn persunal ikkwalifikat li jkun ingħata taħriġ dwar kif jagħraf l-iskart li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
(1) EN 13920-1:2002; L-aluminju u l-ligi tal-aluminju – Ir-ruttam – Il-parti 1: Ir-rekwiżiti ġenerali, it-teħid tal-kampjuni u t-testijiet; CEN 2002.
(2) ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.
(4) ĠU L 229, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS III
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterji ta’ tmiem l-iskart imsemmija fl-Artikolu 5(1)
|
1. |
Il-produttur/l-importatur tal-metall skreppjat: L-isem: L-indirizz: Il-persuna ta’ kuntatt: In-numru tat-telefown: In-numru tal-faks: L-indirizz tal-posta elettronika: |
||||
|
2. |
|
||||
|
3. |
Il-konsenja ta’ metall skreppjat hija konformi mal-ispeċifikazzjoni jew mal-istandard imsemmi fil-punt 2: |
||||
|
4. |
Il-kwantità tal-konsenja f’tunnellati: |
||||
|
5. |
Ġie stabbilit ċertifikat ta’ test għar-radjuattività skont ir-regoli nazzjonali jew internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat: |
||||
|
6. |
Il-produttur tal-metall skreppjat japplika sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li hija konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 333/2011 (1), li ġiet ivverifikata minn verifikatur akkreditat jew minn verifikatur indipendenti f’każ li l-metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart jiġi impurtat fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
||||
|
7. |
Il-konsenja ta’ metall skreppjat tissodisfa l-kriterji msemmija fil-punti a) sa c) tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (UE) Nru 333/2011. |
||||
|
8. |
Dikjarazzjoni tal-produttur/tal-importatur tal-metall skreppjat: Jiena niċċertifika li, safejn naf jien, it-tagħrif mogħti hawn fuq huwa komplut u korrett: L-isem: Id-data: Il-firma: |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 333/2011 tal-31 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ ruttam tal-metall ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 2).