|
6.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 328/2011
tal-5 ta’ April 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex jispeċifikaw id-dejta u l-metadejta li għandha tiġi provduta dwar il-kawżi ta’ mwiet koperti mill-Anness III għal dak ir-Regolament u biex jistabbilixxu l-perjodi u l-intervalli ta’ referenza biex tiġi provduta din id-dejta |
|
(3) |
Dejta kunfidenzjali mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiġi mmaniġġjata skont il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità statistika bħalma hu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fl-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (3). |
|
(4) |
Saret analiżi tal-kosti kontra l-benefiċċji, li ġiet evalwata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008. |
|
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ambitu
L-istatistika Ewropea fid-dominju ta’ “kawżi ta’ mwiet” għandha tikkonċerna l-imwiet u t-twelid ta’ trabi mejtin reġistrati kollha li jseħħu f’kull Stat Membru, u tiddistingwi dawk residenti minn dawk li mhumiex.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“mewt” tfisser l-għajbien permanenti ta’ kull evidenza ta’ ħajja fi kwalunkwe żmien wara li jkun seħħ twelid ħaj (il-waqfien tal-funzjonijiet vitali wara t-twelid mingħajr kapaċita ta’ qawmien mill-mewt). Din id-definizzjoni teskludi t-twelid ta’ trabi mejtin; |
|
(b) |
“twelid ta’ trabi mejtin” tfisser mewt fetali, jiġifieri mewt qabel it-tneħħija jew l-estrazzjoni kompleta minn l-omm ta’ prodott ta’ konċepiment, irrespettivament mit-tul taż-żmien tat-tqala. Il-mewt tiġi indikata mill-fatt li wara tali separazzjoni mill-omm il-fetu ma jiħux nifs jew ma jurix kwalunkwe evidenza oħra ta’ ħajja, bħalma huma t-taħbit tal-qalb, il-pulsazzjoni tal-kurdun taż-żokra, jew iċ-ċaqliq definittiv ta’ muskoli volontarji; |
|
(c) |
“eta tal-ġestazzjoni” tfisser it-tul tal-ġestazzjoni, imkejla mill-ewwel jum tal-aħħar ċiklu mestrwali normali. L-eta tal-ġestazzjoni hija espressa fi ġranet kompleti jew f’ġimgħat kompleti; |
|
(d) |
“mewt ta’ trabi tat-twelid” tfisser il-mewt li sseħħ fost twelid ħaj matul l-ewwel 28 jum sħaħ ta’ ħajja (jum 0-27); |
|
(e) |
“parita” tfisser in-numru ta’ twelid ħaj jew ta’ twelid ta’ trabi mejtin preċedenti (0, 1, 2, 3 jew aktar twelid ħaj jew twelid ta’ trabi mejtin preċedenti); |
|
(f) |
“imwiet oħrajn” tfisser l-imwiet li jseħħu wara l-perjodu tal-mewt ta’ trabi ta’ twelid mit-28 jum sħiħ ta’ ħajja ’il quddiem; |
|
(g) |
“il-kawża prinċipali tal-mewt” tfisser il-marda jew il-korriment li tkun tat bidu għas-sensiela ta’ okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi tal-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali; |
|
(h) |
“residenti” tfisser “residenti soliti” fil-post fejn persuna normalment tqattal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum, irrespettivament mill-assenzi temporanji għal raġunijiet ta’ rekreazzjoni, vaganzi, żjarat lil ħbieb u qraba, negozju, trattament mediku jew pellegrinaġġ reliġjuż. |
Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti soliti taż-żona ġeografika kkonċernata:
|
(i) |
dawk li għexu fil-post tar-residenza solita tagħhom għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ referenza; jew |
|
(ii) |
dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza solita tagħhom matul it-12-il-xahar qabel id-data ta’ referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm mill-inqas għal sena. |
Fejn iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (i) jew (ii) ma jistgħux jiġu stabbiliti, “ir-residenza solita” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;
Artikolu 3
Id-dejta meħtieġa
L-Istati membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) il-lista ta’ varjabbli stipulati fl-Anness. Fejn hu possibbli, l-istatistika li tikkonċerna l-imwiet tar-residenti li jmutu barra mill-pajjiż għandha tiġi inkluża.
Għat-twelid ta’ trabi mejtin mill-inqas wieħed minn tliet kriterji ta’ rappurtaġġ għandhom jiġu applikati fl-ordni li ġejja: (1) il-piż tat-tarbija, (2) l-eta tal-ġestazzjoni u (3) t-tul mill-qurriegħa sal-għarqub. Il-ġabra tad-dejta għandha tkun limitata għall-gruppi li ġejjin:
|
(a) |
Il-piż tat-trabi minn 500 g għal 999 g jew meta l-piż tat-trabi ma japplikax l-eta ta’ ġestazzjoni minn 22 sa 27 ġimgħa sħaħ, jew meta l-ebda mit-tnejn ma japplika t-tul mill-qurriegħa sal-għarqub minn 25 sa 34 ċm (Varjabbli 9), u |
|
(b) |
Il-piż tat-trabi minn 1 000 g u aktar jew meta l-piż tat-trabi ma japplikax l-eta ta’ ġestazzjoni wara 27 ġimgħa sħaħ, jew meta l-ebda mit-tnejn ma japplika t-tul mill-qurriegħa sal-għarqub ta’ 35 ċm jew aktar (Varjabbli 10). |
Artikolu 4
Perjodu ta’ referenza
Il-perjodu ta’ referenza gћandu jkun s-sena kalendarja.
L-Istati membri għandhom jipprovdu d-dejta speċifikata f’dan ir-Regolament lill-Kummissjoni (l-Eurostat) f’24 xhar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza.
L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2011.
Artikolu 5
Metadejta
Informazzjoni relevanti, li tinkludi informazzjoni dwar differenzi nazzjonali li jirrigwardaw definizzjonijiet, kopertura ta’ data, il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) reviżjonijiet u aġġornamenti wżati u s-sistemi b’kodiċi awtomatiċi, kif ukoll informazzjoni dwar l-għażla u l-modifikazzjoni tal-kawża prinċipali tal-mewt, għandha tiġi trasmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (l-Eurostat).
Artikolu 6
Il-provvista ta’ dejta u metadejta lill-Kummissjoni (l-Eurostat)
L-Istati Membri għandhom jipprovdu mikrodejta jew dejta aggregata (finalizzata, validata u aċċetata) u metadejta meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Id-dejta u l-metadejta għandhom jiġu pprovduti lill-Eurostat mill-punt ta’ aċċess uniku.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.
ANNESS
Il-lista tal-varjabbli li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (l-Eurostat)
|
Varjabbli |
Residenti |
Non-residenti li mietu fil-pajjiż li jirraporta |
||||||||||||
|
Twelid ta’ trabi mejtin |
Imwiet ta’ trabi tat-twelid |
Imwiet oħrajn |
Twelid ta’ trabi mejtin |
Imwiet ta’ trabi tat-twelid |
Imwiet oħrajn |
|||||||||
|
C |
C |
C |
C |
C |
C |
||||||||
|
V |
C |
C |
V |
C |
O |
||||||||
|
V |
C |
C |
V |
C |
O |
||||||||
|
X |
C |
C |
X |
C |
O |
||||||||
|
V |
C |
C |
V |
C |
O |
||||||||
|
V |
C (*1) |
C (*1) |
V |
C |
O |
||||||||
|
V |
C |
C |
V |
V |
V |
||||||||
|
X |
X |
X |
V |
C |
O |
||||||||
|
V |
X |
X |
V |
X |
X |
||||||||
|
V |
X |
X |
V |
X |
X |
||||||||
|
V |
V |
X |
V |
V |
X |
||||||||
|
V |
V |
X |
V |
V |
X |
||||||||
|
NB.: C- Obligatorju; V-Volontarju; X- Mhux applikabbli |
||||||||||||||
(*1) Volontarju għal residenti li jmutu barra mill-pajjiż.