|
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 321/2011
tal-1 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/8/UE (2) emendat id-Direttiva 2002/72/KE (3) dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel li tillimita l-użu ta’ Bisfenol A (2,2-bis(4-idrossifenil)propan) fil-fliexken għat-tisqija tat-trabi tal-polikarbonat. |
|
(2) |
Mill-1 ta’ Mejju 2011, id-Direttiva 2002/72/KE se tiġi sostitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (4). |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 ma fihx ir-restrizzjonijiet li jikkonċernaw il-Bisfenol A li ddaħħlu fid-Direttiva 2002/72/KE permezz tad-Direttiva 2011/8/UE. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għalhekk għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-restrizzjonijiet tal-użu ta’ Bisfenol A. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-annotazzjoni dwar is-sustanza numru 151, bl-isem “2,2-bis(4-idrossifenil)propan”, fil-kolonna 10 (“Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet”), għandu jiddaħħal it-test li ġej:
“Ma għandux jintuża għall-manifattura tal-fliexken għat-tisqija tat-trabi (*1) tal-polikarbonat (*2).
(*1) Trabi kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/141/KE;"
(*2) Din ir-restrizzjoni tapplika mill-1 ta’ Mejju 2011 fir-rigward tal-manifattura u mill-1 ta’ Ġunju 2011 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni.” "
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011 biex jipprojbixxi l-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2011 biex jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) ĠU L 26, 29.1.2011, p. 11.