1.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2011

tal-31 ta’ Marzu 2011

li jemenda għall-147 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta’ għal min japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”, għandha tiżdied din l-entratura:

‘Ibrahim Hassan Tali Al-Asiri (magħruf ukoll bħala (a) Ibrahim Hassan Tali Asiri, (b) Ibrahim Hasan Talea Aseeri, (c) Ibrahim Hassan al-Asiri, (d) Ibrahim Hasan Tali Asiri, (e) Ibrahim Hassan Tali Assiri, (f) Ibrahim Hasan Tali’A ‘Asiri, (g) Ibrahim Hasan Tali al-‘Asiri, (h) Ibrahim al-‘Asiri, (i) Ibrahim Hassan Al Asiri, (j) Abu Saleh, (k) Abosslah, (l) Abu-Salaah). Indirizz: il-Jemen. Data tat-twelid: (a) 19.4.1982, (b) 18.4.1982, (c) 24.6.1402 (Kalendarju Hijri). Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-Passaport: F654645 (Numru tal-passaport Sawdi, maħruġ fit-30.4.2005, skada fis-7.3.2010, data ta’ ħruġ fil-Kalendarju Hijri 24/06/1426, data ta’ skadenza fil-Kalendarju Hijri 21/03/1431). Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 1028745097 (Numru ta’ identifikazzjoni ċivili Sawdi). Tagħrif ieħor: (a) Manifattur operattiv u prinċipali ta’ bombi ta’ Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija; (b) Hu maħsub li jinsab moħbi fil-Jemen minn Marzu 2011; (c) Imfittex mill-Arabja Sawdija; (d) L-Avviż Oranġjo tal-INTERPOL (fajl #2009/52/OS/CCC, #81) inħareġ għalih; (E) Assoċjat ma’ Nasir ‘abd-al-Karim 'Abdullah Al-Wahishi, Said Ali al-Shihri, Qasim Yahya Mahdi al-Rimi u Anwar Nasser Abdulla Al-Aulaqi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.3.2011.’