1.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/53

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 312/2011

tat-30 ta’ Marzu 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a),

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna(3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni

(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott (l-hekk imsejjaħ “trażmettitur ultrasoniku”) magħmul minn element pjeżoelettriku fil-forma ta’ diska taċ-ċeramika li magħha tkun imwaħħla membrana tal-metall b’kon b’orjentament radjali. Kollox huwa ffissat ma’ pjanċa tal-bażi u armata f’qafas tal-plastik b’connecting pins.

Minħabba kurrent alternanti l-element pjeżoelettriku jibda jitbandal, u b’hekk jinħolq mewġ ultrasoniku (li ma jinstemax mill-bnedmin) li jiġi trażmess minn ġol-arja. B’hekk il-prodott jikkonverti s-sinjali tal-elettriku f’mewġ ultrasoniku.

Il-prodott jintuża għal bosta skopijiet, inklużi l-kejl tad-distanza għall-appart li jgħin fl-ipparkjar, il-monitoraġġ tal-ispazju għall-alarm tal-karozzi, u l-kejl tal-livell tal-likwidu f’ċerti prodotti.

8548 90 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u mill-kitba fil-kodiċi NM 8548 , 8548 90 u 8548 90 90 .

Hekk kif il-prodott ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa parti minn strument jew apparat speċifiku tat-Taqsima XVI, il-klassifikazzjoni permezz tan-Nota 2 tat-Taqsima XVI hija eskluża.

Hekk kif il-prodott ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa parti minn makkinarju speċifiku tal-Kapitolu 90, il-klassifikazzjoni permezz tan-Nota 2 tal-Kapitolu 90 hija eskluża wkoll.

Il-prodott huwa parti elettronika ta’ makkinarju jew apparat, mhux speċifikat jew inkluż band’ oħra fil-Kapitolu 85.

Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8548 90 90 .

2.

Prodott (hekk imsejjaħ “trażmettitur ultrasoniku”) magħmul minn element pjeżoelettriku fil-forma ta’ diska taċ-ċeramika li magħha tkun imwaħħla membrana tal-metall b’kon b’orjentament radjali. Kollox huwa ffissat ma’ pjanċa tal-bażi u armata f’qafas tal-plastik b’connecting pins.

Minħabba l-mewġ ultrasoniku (li ma jinstemax mill-bnedmin) l-element pjeżoelettriku jibda jitbandal u jikkonverti s-sinjali tal-elettriku f’mewġ ultrasoniku.