1.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/51


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 311/2011

tal-31 ta' Marzu 2011

li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konsegwenza tal-falliment min-naħa tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta’ Mejju 2005. B'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indeboliment ikkawżat mis-CDSOA lill-Komunità dak iż-żmien.

(2)

Il-ħlasijiet tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm dejta disponibbli għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji kompensatorji u ta' anti-dumping miġbura matul is-Sena Fiskali 2010 (mill-1 ta' Ottubru 2009 sat-30 ta' Settembru 2010). Fuq il-bażi tad-dejta ppubblikata mid-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat lill-Unjoni Ewropea huwa kkalkulat li jammonta għal USD 9,96 miljun.

(3)

Billi l-livell ta' tixjin jew ħsara u konsegwentement ta' sospensjoni naqas, l-ewwel 19-il prodott tal-lista fl-Anness II li kienu żdiedu fl-2010 fil-lista tal-Anness I Ħdax-il prodott inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom għaldaqstant jitneħħew mil-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament skont l-ordni ta' dik il-lista. Ħdax-il prodott tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għaldaqstant iridu jitneħħew mill-Anness I ta' dak ir-Regolament skont l-ordni ta' dik il-lista..

(4)

L-effett ta' dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 15 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I emendat jirrappreżenta, fuq sena, valur ta’ kummerċ li ma jaqbiżx il-USD 9,96 miljun.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-approvazzjoni doganali tal-prodotti mneħħija mill-ambitu tad-dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 15 %, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat.

(6)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għar-ritaljazzjoni fil-kummerċ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 qed jiġi sostitwit bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati permezz tal-kodiċi NM tagħhom bi tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 493/2005 (2).

0710 40 00

9003 19 30

8705 10 00


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1.”