25.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 291/2011
tal-24 ta' Marzu 2011
dwar l-użi essenzjali ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju u għall-skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Unjoni diġà waqqfet b'mod gradwali l-produzzjoni u l-konsum tas-sustanzi kkontrollati fil-biċċa l-kbira tal-użi. Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-użi essenzjali fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi għal sustanzi kkontrollati oħra minbarra l-idroklorofluworokarburi. |
(2) |
Id-Deċiżjoni XXI/6 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal tikkonsolida d-deċiżjonijiet eżistenti u testendi l-eżenzjoni globali għall-użi fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi mill-31 ta' Deċembru 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014 għas-sustanzi kkontrollati kollha għajr l-idroklorofluworokarburi u b'hekk tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa biex jissodisfaw l-użi fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi tas-sustanzi kkontrollati, soġġett għall-kundizzjonijet stabbiliti fil-Protokoll ta' Montreal. |
(3) |
Id-Deċiżjoni VI/25 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal tispeċifika li użu jista' jitqies bħala essenzjali biss jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda alternattiva jew sostitut teknikament u ekonomikament fattibbli jew sostituti li huma aċċettabbli mil-lat ambjentali u tas-saħħa. Fir-Rapport tiegħu tal-2010 dwar il-Progress, il-Bord tal-Valutazzjoni Teknika u Ekonomika (BVTE) identifika għadd sinifikanti ta' proċeduri li għalihom issa hemm alternattivi għall-użu tas-sustanzi kkontrollati. Abbażi ta' dik l-informazzjoni u d-Deċiżjoni XXI/6, għandha tiġi stipulata lista ta' dawk l-użi li għalihom hemm alternattivi tekniċi u ekonomikament fattibbli li huma aċċettabbli mil-lat ambjentali u tas-saħħa. |
(4) |
Għandha tiġi stipulata lista pożittiva ta' użi essenzjali permessi tal-bromur tal-metil, kif miftiehem mill-Partijiet fid-Deċiżjoni XVIII/15, kif ukoll tal-użi li ġew identifikati mill-BVTE bħala li ma għandhomx alternattivi. |
(5) |
Barra minn dan, għandu jiġi ċċarat li l-użu tas-sustanzi kkontrollati għal skopijiet ta' edukazzjoni primarja u sekondarja ma jistax jitqies bħala essenzjali u għandu jiġi limitat għall-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali. Iżjed minn hekk, l-użu tas-sustanzi kkontrollati fis-settijiet tal-kimika sperimentali disponibbli għall-pubbliku ġenerali ma għandux jitqies bħala essenzjali. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-użu ta' sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi jistgħu jiġi awtorizzati għal kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorju jew skop ta' analiżi speċifikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
ANNESS
Użi essenzjali ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi
1. |
L-użi li ġejjin tas-sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi jitqiesu bħala essenzjali għall-użi fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi:
|
2. |
L-użi li ġejjin tas-sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi ma jitqisux bħala essenzjali għall-użi fil-laboratorji u ta' analiżi:
|