|
18.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 263/2011
tas-17 ta' Marzu 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tat-tnedija ta' ġabra kompluta ta' dejta għall-modulu tal-ESSPROS dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' April 2007 dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (1), u partikolarment l-Artikoli 5(2) u 7(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 waqqaf qafas metodoloġiku biex jintuża għall-ġbir tal-istatistika fuq bażi komparabbli għall-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea u limiti ta' żmien għat-trażmissjoni u t-tixrid tal-istatistika miġbura skont is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (minn issa 'l quddiem tissejjaħ “ESSPROS”). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (EC) Nru 458/2007, saret ġabra pilota ta' dejta għas-sena 2005 fl-Istati Membri kollha bil-ħsieb li jiġi introdott modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti. |
|
(3) |
Taqsira tal-ġabra nazzjonali ta' dejta pilota wriet li maġġoranza kbira ħafna tal-istudji pilota taw riżultat pożittiv, u għalhekk għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex titnieda l-ġabra ta' dejta kompluta għall-modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti. |
|
(4) |
Il-modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti għandu jinkiseb bl-użu tal-approċċ ristrett, biex l-istess popolazzjoni ta' benefiċjarji tal-benefiċċji ta' ħarsien soċjali grossi jkunu miġbura fis-sistema ċentrali tal-ESSPROS. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007, għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni marbuta mal-ewwel sena li għaliha għandha tinġabar dejta kompluta, u miżuri marbuta mal-klassifikazzjoni fid-dettall tad-dejta koperta, id-definizzjonijiet li jridu jintużaw u r-regoli dwar it-tixrid għall-modulu dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu dejta marbuta mal-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji ta' ħarsien soċjali netti lill-Kummissjoni (Eurostat) kull sena. Il-perjodu ta' referenza gћandu jkun is-sena kalendarja.
2. L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta għas-sena N, flimkien ma kwalunkwe reviżjoni ta' dejta tas-snin ta' qabel, għandha tkun il-31 ta' Diċembru tas-sena N + 2.
3. L-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tinġabar dejta kompluta dwar il-benefiċċju tal-ħarsien soċjali nett għandha tkun l-2010.
Artikolu 2
1. Id-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati lill-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.
2. Il-klassifikazzjonijiet fid-dettall li jridu jintużaw fil-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.
3. Il-kriterji għat-tixrid tad-dejta marbura mal-modulu dwar il-benefiċċji soċjali netti għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness III.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Definizzjonijiet għall-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti
|
1. |
Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 għandhom japplikaw. |
|
2. |
Id-definizzjonijiet stabbiliti fil-punt “1.3. Infiq ta' skemi ta' ħarsien soċjali” tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008 (1) għandhom japplikaw. |
|
3. |
Barra minn hekk, għall-fini speċifiku ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
4. |
Id-definizzjonijiet dettaljati li jridu jintużaw għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma stipulati fil-Manwal tal-ESSPROS prodott mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
ANNESS II
Klassifikazzjonijiet fid-dettall marbuta mal-modulu dwar benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti
|
1. |
Il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali jitqassmu f'benefiċċji skont eżami tal-mezzi u mingħajr eżami tal-mezzi. Il-klassifikazzjoni tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali tagħti iktar dettalji skont jekk il-benefiċċju jingħatax fi flus bħala ħlas perjodiku jew somma f'daqqa:
|
|
2. |
Il-benefiċċji jinqasmu skont il-funzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007. Din il-klassifikazzjoni fid-dettall tinġabar fil-klassifikazzjoni tal-ewwel livell hekk kif ġej:
|
ANNESS III
Kriterji għat-tixrid tad-dejta marbuta mal-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali
|
1. |
L-Eurostat għandha tippubblika tagħrif skont l-Istat Membru unikament wara aggregazzjoni fil-livell tal-iskemi tal-inqas dwar:
|
|
2. |
Fuq talba, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha xxerred dejta dettaljata skont l-iskema u skont l-Istat Membru lill-utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru d-dejta tal-ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali). |
|
3. |
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jaqbel li jkun hemm tixrid sħiħ tad-dejta, l-utenti speċifiċi għandhom ikunu awtorizzati jippubblikaw id-dejta skont l-iskema. |
|
4. |
Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jaqbilx li jkun hemm tixrid sħiħ tad-dejta, l-utenti speċifiċi għandhom ikunu awtorizzati jippubblikaw id-dejta aggregata fil-livell tal-iskemi. L-aggregazzjoni fil-livell tal-iskemi għandha tkun konformi mar-regoli ta' tixrid stipulati mill-Istat Membru kkonċernat. |