17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 260/2011

tas-16 ta’ Marzu 2011

li jemenda għall-146 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta’ Marzu 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta’ min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej: L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

„Doku Khamatovich Umarov (alias Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Il-villaġġ ta’ Kharsenoy, Distrett ta’ Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa: (a) Russa, (b) URSS (sal-1991). Tagħrif ieħor: (a) Kien joqgħod fil-Federazzjoni Russa f’Nov. 2010; (b) Mandat internazzjonali ta’ arrest maħruġ fis-sena 2000. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.“