31.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/48 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 70, tas-17 ta' Marzu 2011 )
F’paġna 23, premessa 164, l-ewwel sentenza:
minflok:
“Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, [jista’ jiġi introdott perċentwal, skont il-każ] tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.”;
aqra:
“Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.”.
F’paġna 26, Anness I, it-titolu tal-Anness:
minflok:
“Il-produtturi Ċiniżi li kkoperaw mhux fil-kampjun u mhux mogħtija Trattament Individwali”;
aqra:
“Il-produtturi Ċiniżi li kkoperaw mhux fil-kampjun jew mhux mogħtija Trattament Individwali”.
F’paġna 27, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 33:
minflok:
“Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Group Co. Ltd.”;
aqra:
“Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Co. Ltd.”.
F’paġna 27, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 59:
minflok:
“Guangdong Ouyai Ceramic Factory Co. Ltd.”;
aqra:
“Guangdong Ouya Ceramic Co. Ltd.”.
F’paġna 28, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 82:
minflok:
“Louis Valentino Ceramic Co. Ltd.”;
aqra:
“Louis Valentino (Inner Mongolia) Ceramic Co. Ltd.”.
F’paġna 29, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 109:
minflok:
“ZhaoQing Zhongcheng Ceramic Co. Ltd.”;
aqra:
“Zhaoqing Zhongheng Ceramic Co. Ltd.”.