15.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 249/2011

tal-14 ta' Marzu 2011

li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2012 dwar it-tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm il-ħtieġa ta' sett ta' dejta sħiħa u komparabbli dwar it-tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-għanijiet komuni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali. Iż-żewġ proċessi jidentifikaw il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv u t-titwil tal-ħajja tax-xogħol bħala prijoritajiet għall-azzjoni, b'mod partikolari skont il-linja gwida 7 tal-Linji Gwida Integrati tal-Ewropa 2020 (“Iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u t-tnaqqis tal-qgħad strutturali”) u skont l-għan ta' pensjonijiet xierqa u sostenibbli adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2006 fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Naħdmu flimkien, naħdmu aħjar: Qafas ġdid għall-koordinazzjoni miftuħa ta' ħarsien soċjali u strateġiji ta' inklużjoni fl-Unjoni Ewropea”.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (2) issostni l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi Dan il-programm isostni finanzjarjament l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. Fil-qasam tal-pensjonijiet il-programm jipprevedi l-analiżi politika, l-informazzjoni statistika u l-għotja ta' pariri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta' April 2008 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (3) jinkludi modulu ad hoc dwar it-tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar. Il-lista ta' varjabbli għal dan il-modulu għandha tiġi stabbilita.

(4)

Għandha ssir referenza għall-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar ir-rappurtaġġ ta' kwalità u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/498/KE (5) dwar l-istruttura tar-rapport.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista dettaljata ta' varjabbli għall-modulu ad hoc tal-2012 dwar it-tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar li għandha tiġi miżjuda mal-istħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol għandha tkun kif stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22.

(4)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(5)  ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50.


ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL

Speċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2012 dwar it-tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar

1.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: kollha.

2.

Il-varjabbli għandhom jiġu kkodifikati kif ġej:

(Il-kodiċijiet tal-varjabbli tal-Istħarriġ ta' Kampjuni tal-Forza tax-Xogħol fil-kolonna “Filtru” jirreferu għall-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' dejta mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (1))

Isem

Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

PENSJONI

197

 

Il-persuna tirċievi pensjoni

Kulħadd tal-età ta’ bejn 50 u 69 u (WSTATOR = 1, 2 jew (WSTATOR = 3, 5 u (YEARPR-YEARBIR) > 49))

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

PENSTYPE

198-205

 

Tip ta’ pensjoni/pensjonijiet

PENSJONI = 1

PENSTYP1

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema statutorja

PENSTYP2

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema għax-xogħol:

PENSTYP3

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema personali

PENSTYP4

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema mhux magħrufa

PENSTYP5

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tal-qgħad

PENSTYP6

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tad-diżabilità;

PENSTYP7

1: Iva; 0: Le

Penzjoni tas-superstiti

PENSTYP8

1: Iva; 0: Le

Pensjoni/pensjonijiet oħra jew tip ta’ pensjoni mhux magħrufa

99999999

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

EARLYRET

206

 

Irtirar bikri

PENSTYP1 = 1 jew PENSTYP2 = 1 jew PENSTYP3 = 1 jew PENSTYP4 = 1

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

AGEPENS

207-208

 

L-età li fiha l-persuna rċeviet pensjoni tax-xjuħija għall-ewwel darba

PENSTYP1 = 1 jew PENSTYP2 = 1 jew PENSTYP3 = 1 jew PENSTYP4 = 1

 

2 figuri

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

REASNOT

209

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex il-persuna ma baqgħetx għal żmien itwal fix-xogħol

WSTATOR = 3, 5 u SEEKWORK = 3 u PENSION = 1

1

Arranġamenti finanzjarji favorevoli biex jitlaq

2

Tilef l-impjieg u/jew ma setax isib impjieg

3

Kien laħaq l-età massima għall-irtirar

4

Kien laħaq l-eliġibbiltà għal pensjoni

5

Raġunijiet oħra relatati mal-impjieg

6

Saħħa personali jew diżabilità

7

Raġunijiet relatati mal-familja jew il-kura

8

Oħrajn

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

WORKLONG

210

 

Jixtieq jibqa' għal aktar żmien fix-xogħol

WSTATOR = 3, 5 u SEEKWORK = 3 u PENSION = 1

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

REDUCHRS

211

 

Il-persuna naqqset is-sigħat ta’ xogħol bl-għan li tirtira kompletament mix-xogħol

(WSTATOR = 1, 2 u tal-età ta’ bejn 55 u 69) jew (WSTATOR = 3, 5 u SEEKWORK = 3 u PENSION = 1)

1

Iva, qabel ma rċieva l-ewwel pensjoni tax-xjuħija

2

Iva, minn mindu jew wara li rċieva l-ewwel pensjoni tax-xjuħija

3

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

STAYWORK

212

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex il-persuna taħdem

WSTATOR = 1, 2 u PENSION = 1

1

Biex jiġu stabbiliti jew jiżdiedu l-intitolamenti futuri tal-pensjoni tal-irtirar

2

Biex jipprovdi dħul personali/għall-familja biżżejjed

3

Taħlita ta’ 1 u 2

4

Raġunijiet mhux finanzjarji, pereżempju sodisfazzjon mix-xogħol

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

PLANSTOP

213

 

Jippjana li jieqaf mix-xogħol

WSTATOR = 1, 2 u PENSION = 1

1

Fi żmien massimu ta’ sena

2

Fi żmien ta’ aktar min sena sa massimu ta’ 3 snin

3

Fi żmien ta’ aktar minn 3 snin sa massimu ta’ 5 snin

4

Fi żmien ta’ aktar minn 5 snin sa massimu ta’ 10 snin

5

Aktar minn 10 snin

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

BUILDPEN

214-217

 

Drittijiet tal-pensjoni akkumulati s’issa

PENSION = 2, vojt jew (PENSTYP1 sa PENSTYP4 = 0)

BUILDPEN1

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema statutorja

BUILDPEN2

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema għax-xogħol:

BUILDPEN3

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema personali

BUILDPEN4

1: Iva; 0: Le

Pensjoni tax-xjuħija; Skema mhux magħrufa

9999

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

CONTWORK

218

 

Jippjana li jkompli jaħdem/qiegħed ifittex impjieg wara li jirċievi l-pensjoni tax-xjuħija

(WSTATOR = 1, 2 jew (WSTATOR = 3, 5 u SEEKWORK = 1, 2, 4)) u BUILDPEN ≠ 0000, 9999 u PENSION = 2, vojt

1

Iva, għal raġunijiet finanzjarji

2

Iva, għal raġunijiet oħra

3

Le, jieqaf minnufih wara li jirċievi l-pensjoni tax-xjuħija

4

Le, jieqaf minnufih qabel ma jirċievi l-pensjoni tax-xjuħija

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

L-ebda tweġiba jew ma jafx

219-224

 

Fattur ta’ peżar għall-modulu ad hoc tal-2012 (mhux obbligatorju)

Kulħadd tal-età ta’ bejn 50 u 69 u (WSTATOR = 1, 2 jew (WSTATOR = 3, 5 u (YEARPR-YEARBIR) > 49))

0000-9999

Il-kolonni 219-222 fihom numri sħaħ

00-99

Il-kolonni 223-224 fihom punti deċimali


(1)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.