9.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 228/2011
tas-7 ta’ Marzu 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Anness I, parti B tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009, l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandu jiġi ddeterminat kif speċifikat fir-Regolament UNECE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu. Madankollu, rappreżentati tal-industrija żviluppaw metodu rivedut tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab abbażi tal-Anness 5 tar-Regolament UNECE Nru 117 li jtejjeb b’mod sinifikanti l-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar. |
(2) |
Il-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar hija fattur ewlieni għad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers. Tiżgura tqabbil ġust bejn it-tajers minn fornituri differenti. Barra minn hekk, l-ittestjar preċiż iżomm milli tajer jiġi kklassifikat f’aktar minn klassi waħda u jnaqqas ir-riskji li r-riżultati differenti tal-ittestjar jinkisbu minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq bi tqabbil mar-riżultati tal-ittestjar iddikjarati mill-fornituri sempliċement minħabba l-inċertezza tal-metodu tal-ittestjar. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ jiġi aġġornat il-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab sabiex titjieb il-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar tat-tajers. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, parti B, l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej: ‘Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala ‘A’ sa ‘G’ speċifikata fit-tabella aktar ’l isfel u mkejla skont l-Anness V.’ |
(2) |
It-test stipulat fl-anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.
ANNESS
ANNESS V
Metodu tal-ittestjar għall-kejl tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) tat-tajers C1
1. STANDARDS OBBLIGATORJI
Japplikaw id-dokumenti elenkati li ġejjin.
(1) |
ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008), Metodu Standard tat-Test għal Kejl tal-Proprjetajiet Frizzjonali tas-Superfiċi bl-Użu tat-Tester tal-Pendlu Brittanniku (British Pendulum Tester); |
(2) |
ASTM E 501-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Standard bir-Raded għal Testijiet tar-Reżistenza għaż-Żliq fuq Ċangar tat-Triq; |
(3) |
ASTM E 965-96 (Approvat mill-ġdid 2006), Metodu Standard tat-Test għall-Kejl tal-Fond tal-Makrotessut taċ-Ċangar bl-Użu ta’ Teknika Volumetrika; |
(4) |
ASTM E 1136-93 (Approvata mill-ġdid 2003), Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″); |
(5) |
ASTM E 2493-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT16″). |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
‘ġirja ta’ prova’ tfisser li tajer mgħobbi jgħaddi darba fuq korsa partikolari għal-ittestjar; |
(2) |
‘tajer(s) tal-prova’ tfisser tajer kandidat, tajer ta’ referenza jew tajer ta’ kontroll jew sett ta’ tajers użat f’ġirja ta’ prova; |
(3) |
‘tajer(s) kandidat(i) (T)’ tfisser tajer jew sett ta’ tajers li huwa ttestjat sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tagħhom tal-qabda fuq l-imxarrab; |
(4) |
‘tajer(s) ta’ referenza (R)’ tfisser tajer jew sett ta’ tajers li għandhom il-karatteristiċi indikati fl-ASTM F 2493-08 u msejjaħ Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test 16-il pulzier (SRTT16″); |
(5) |
‘tajer(s) ta’ kontroll (C)’ tfisser tajer intermedju jew sett ta’ tajers intermedji li jintużaw meta t-tajer kandidat u t-tajer ta’ referenza ma jistgħux jitqabblu direttament fuq l-istess vettura; |
(6) |
‘il-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer’ tfisser il-forza lonġitudinali, espressa fi newton, li tkun ġejja mill-applikazzjoni tat-torque tal-ibbrejkjar tal-applikazzjoni; |
(7) |
‘il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer (BFC)’ tfisser il-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tagħbija vertikali; |
(8) |
‘koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima ta’ tajer’ tfisser il-valur massimu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer li jseħħ qabel ma tissakkar ir-rota hekk kif jiżdied progressivament it-torque tal-ibbrejkjar; |
(9) |
‘sokor tar-rota’ tfisser il-kundizzjoni ta’ rota li fiha l-veloċità tat-tidwir fuq l-assi tagħha huwa żero u tinżamm milli ddur fil-preżenza ta’ torque applikat tar-rota; |
(10) |
‘tagħbija vertikali’ tfisser it-tagħbija espressa f’newtons imposta fuq it-tajer perpendikolarment għal wiċċ it-triq; |
(11) |
‘vettura għat-testijiet tat-tajers’ tfisser vettura apposta għal għanijiet speċjali li jkollha strumenti għall-kejl tal-forzi vertikali u lonġitudinali fuq tajer wieħed tat-test waqt l-ibbrejkjar. |
3. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST
3.1 Karatteristiċi tal-korsa
Il-korsa għat-test għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
(1) |
Il-wiċċ għandu jkollu ċangar dens tal-asfalt b’pendil ta’ mhux aktar minn 2 % u m’għandux jiddevja aktar minn 6 mm meta ttestjat b’xifer dritt ta’ 3 m. |
(2) |
Il-wiċċ għandu jkollu ċangar ta’ età, għamla, u therrir uniformi. Il-wiċċ tat-test għandu jkun ħieles minn materjal li jinqala’ u depożiti ta’ materjal barrani. |
(3) |
Id-daqs massimu taż-żrar għall kisi għandu jkun ta’ 10mm (tolleranzi permess bejn 8 mm u 13 mm). |
(4) |
Il-profondità tat-tessut kif mkejla bil-metodu tal-fond tar-ramel għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm. Għandu jitkejjel skont l-ASTM E 965-96 (approvat mill-ġdid fl-2006) |
(5) |
Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu bil-metodu (a) jew (b) fit-taqsima 3.2. |
3.2 Metodi għall-kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ
(a) Metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku British Pendulum Number (BPN)
Il-metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku għandu jkun kif definit fl-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid fl-2008)
Il-formulazzjoni u l-proprjetajiet fiżiċi tal-komponent tal-gomma tal-kuxxinett għandhom ikunu kif speċifikati fl-ASTM E 501-08.
Il-valur medju tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku (BPN) għandu jkun bejn 42 u 60 BPN wara l-korrezzjoni tat-temperatura kif ġej.
Il-BPN għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq. Sakemm ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-temperatura indikati mill-produttur tal-pendlu Brittanniku, tintuża l-formula li ġejja:
BPN = BPN (valur imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura
korrezzjoni tat-temperatura = – 0,0018 t 2 + 0,34 t – 6,1
fejn t hija t-temperatura ta’ wiċċ it-triq imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.
Effetti tat-therrir tal-kuxxinett tal-islajder: Il-kuxxinett għandu jitneħħa minħabba t-therrir massimu meta t-therrir fuq il-parti li tagħmel kuntatt jilħaq 3.2 mm fuq il-pjan tal-islajder jew 1.6 mm vertikali għalih skont it-taqsima 5.2.2 u l-Grafika 3 tal-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008).
Sabiex tiġi ċċekkjata l-konsistenza BPN tal-wiċċ tal-korsa għall-kejl tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ karozza strumentata tal-passiġġieri: il-valuri BPN tal-korsa tal-ittestjar m’għandhomx ivarjaw tul id-distanza kollha tal-waqfien sabiex titnaqqas id-dispersjoni tar-riżultati tat-test. Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu ħames darbiet ma’ kull punt tal-kejl BPN kull 10 metri u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-BPN medju m’għandux jaqbeż l-10%.
(b) Metodu ASTM E 1136 Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″)
B’deroga mill-punt (4) tat-taqsima 2, dan il-metodu juża t-tajer ta’ referenza li għandu l-karatteristiċi indikati fl- ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003) u msemmi SRTT14″ (1).
Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,1 b’65 km/h.
Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq kif ġej:
|
koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) = koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura |
|
korrezzjoni tat-temperatura = 0,0035 × (t – 20) |
fejn t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.
3.3 Kundizzjonijiet atmosferiċi
Il-kundizzjonijiet tar-riħ m’għandhomx jaffettwaw it-tixrib tal-wiċċ (huwa permess ilqugħ għar-riħ).
Sew it-temperatura tal-wiċċ imxarrba u t-temperatura ambjentali għandhom ikunu bejn 2°C u 20°C għat-tajers tal-borra u 5°C and 35°C għat-tajers normali.
It-temperatura tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tvarja waqt it-test b’iktar minn 10°C.
It-temperatura ambjentali trid tibqa’ qrib it-temperatura tal-wiċċ imxarrab; id-differenza bejn it-temperaturi ambjentali u tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tkun inqas minn 10°C.
4. METODI TAL-ITTESTJAR TAL-QABDA FUQ L-IMXARRAB
Għall-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) ta’ tajer kandidat, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer kandidat jitqabbel mal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer ta’ referenza għaddej dritt fuq wiċċ ippavimentat imxarrab. Jitkejjel b’wieħed minn dawn il-metodi:
— |
metodu tal-vettura li jikkonsisti minn sett ta’ tajers armati fuq karozza tal-passiġġieri strumentata |
— |
metodu tal-ittestjar b’karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers, mgħammra bit-tajer(s) tat-test. |
4.1 Metodu tal-ittestjar b’karozza tal-passiġġieri strumentata
4.1.1 Il-prinċipju
Il-metodu tal-ittestjar ikopri proċedura għall-kejl tal-prestazzjoni tad-deċelerazzjoni ta’ tajers C1 waqt l-ibbrejkjar, bl-użu ta’ karozza tal-passiġġieri strumentata mgħammra b’Antilock Braking System (ABS), fejn ‘karozza tal-passiġġieri strumentata’ tfisser karozza tal-passiġġieri armata bit-tagħmir tal-kejl imniżżel fit-taqsima 4.1.2.2 għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ ttestjar. Minn veloċità inizjali definita, il-brejkijiet jingħafsu biżżejjed fuq erba’ roti fl-istess ħin biex jiġi attivat l-ABS. Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn żewġ veloċitajiet predefiniti.
4.1.2 Tagħmir
4.1.2.1
Modifiki permessi fuq il-karozza tal-passiġġieri huma kif ġej:
— |
dawk li jippermettu li jiżdied l-għadd ta’ daqsijiet tat-tajers li jistgħu jiġu armati; |
— |
dawk li jippermettu l-attivazzjoni awtomatika tal-mezz tal-apparat tal-ibbrejkjar li għandu jiġi installat. |
Mhi permessa l-ebda modifika oħra tas-sistema tal-ibbrejkjar.
4.1.2.2
Il-vettura għandha tiġi armata b’sensur xieraq għall-kejl tal-veloċità fuq wiċċ imxarrab u distanza koperta bejn żewġ veloċitajiet.
Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema mingħajr kuntatt għal-kejl tal-veloċità.
4.1.3 L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova u l-kundizzjoni tat-tixrib
Il-wiċċ tal-korsa tal-prova jrid jixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex jiġu ekwalizzati t-temperatura tal-wiċċ u t-temperatura tal-ilma. It-tixrib estern għandu jiġi pprovdut kontinwament waqt l-ittestjar. Għaż-żona kollha tal-ittestjar, il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ 1.0 ± 0.5 mm, imkejjel mix-xifer ta’ fuq tal-bankina.
Il-korsa tal-prova għandha mbagħad tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’90km/h.
4.1.4 Tajers u rimmijiet
4.1.4.1
It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.
It-tajers tat-test għandhom jiġu mmuntati fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.
Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat l-użu eċċessiv tal-lubrikant sabiex it-tajer ma jkunx jista’ jiżloq minn fuq ir-rimm tar-rota.
It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.
Għar-running-in tat-tajer, isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar.
4.1.4.2
It-tagħbija statika fuq kull tajer tal-fus trid tkun ta’ bejn 60 % u 90 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajers ittestjata. It-tagħbijiet tat-tajers fuq l-istess fus m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 10 %.
4.1.4.3
Fuq il-fusien ta’ wara u ta’ quddiem, il-pressjonijiet tal-infiħ għandhom ikunu ta’ 220 kPa (għal tajers b’piż standard u extra). Il-pressjoni tat-tajer trid tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi mmodiifkata jekk meħtieġ.
4.1.5 Il-proċedura
4.1.5.1
Il-proċedura tat-test li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:
(1) |
Il-karozza tal-passiġġier tinsaq f’linja dritta sa 85 ± 2 km/h. |
(2) |
Ġaladarba l-karozza tal-passiġġieri tkun laħqet 85 ± 2 km/h, il-brejkijiet jiġu dejjem attivati fl-istess post fuq il-korsa tat-test, imsemmi ‘l-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar’, b’tolleranza lonġitudinali ta’ 5 m u tolleranza trasversali ta’ 0,5 m. |
(3) |
Il-brejks jiġu attivati awtomatikament jew inkella manwalment.
|
(4) |
Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn 80 km/h u 20 km/h. |
Jekk xi waħda mill-ispeċifikazzjonijiet elenkati fuq (inklużi t-tollerenza tal-veloċità, it-tolleranza lonġitudinali u trasversali għall-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar, u l-ħin li jieħu l-ibbrejkjar) ma tintlaħaqx meta ssir ġirja ta’ prova, il-kejl jiġi injorat u ssir ġirja ta’ prova ġdida.
4.1.5.2
Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ sett ta’ tajers kandidati (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fl-istess direzzjoni u sa tliet settijiet differenti ta’ tajers kandidati jistgħu jitkejlu fi ħdan l-istess ċiklu ta’prova:
(1) |
L-ewwel, jiġi mmuntat is-sett ta’ tajers ta’ referenza fuq il-karozza strumentata tal-passiġġieri. |
(2) |
Wara li jkunu saru mill-inqas tliet tikjiliet validi skont it-taqsima 4.1.5.1, is-sett ta’ tajers ta’ referenza jiġi ssostitwit minn sett ta’ tajers kandidati. |
(3) |
Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati. |
(4) |
I-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova. |
EŻEMPJI:
— |
L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T3) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej: R-T1-T2-T3-R |
— |
L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T5) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej: R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R |
4.1.6 Ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-kejl
4.1.6.1
Id-deċelerazzjoni medja (AD) hija kkalkulata għal ġirja ta’ prova valida f’m.s– 2 kif ġej:
fejn:
|
Sf hija l-veloċità finali f’ m·s-1; Sf = 20 km/h = 5,556 m.s– 1 |
|
Sf hija l-veloċità inizjali f’ m·s-1; Sf = 80 km/h = 22,222 m.s– 1 |
|
d hija d-distanza koperta f’m bejn Si u Sf . |
4.1.6.2
Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD jiġi kkalkulat kif ġej:
(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100
Għat-tajers ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD ta’ kwalunkwe żewġ gruppi konsekuttivi ta’ tliet ġirjiet ta’ prova tas-sett tat-tajer tar-referenza jkun ogħla minn 3 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test mtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajers kandidati u t-tajers ta’ referenza).
Għat-tajers kandidati (T) : Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni AD jiġu kkalkulati għal kull sett ta’ tajers kandidati. Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni jkun ogħla minn 3 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test mtenni għal dak is-sett ta’ tajers kandidati.
4.1.6.3
Id-deċelerazzjoni medja (AD) tas-sett ta’ tajers ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar huwa aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull sett ta’ tajers kandidati f’ċiklu ta’ prova partikolari.
Dan l-AD aġġustat tat-tajer ta’ referenza (Ra) jiġi kkalkulat f’m.s–2 skont it-tabella 1 fejn R1 huwa l-medja tal-valuri AD fl-ewwel test tas-sett ta’ tajers ta’ referenza (R) u R2 huwa l-medja tal-valuri AD values fit-tieni test tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza (R).
Tabella 1
Numru ta’ settijiet ta’ tajers kandidati ta’ referenza fi ħdan ċiklu wieħed |
Sett ta’ tajers kandidati |
Ra |
1 (R 1 -T1-R 2 ) |
T1 |
Ra = 1/2 (R 1 + R 2 ) |
2 (R 1 -T1-T2-R 2 ) |
T1 |
Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2 |
T2 |
Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2 |
|
3 (R 1 -T1-T2-T3-R 2 ) |
T1 |
Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2 |
T2 |
Ra = 1/2 (R 1 + R2 ) |
|
T3 |
Ra = 1/4 R1 + 3/4 R2 |
4.1.6.4 (BFC)
Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC) jiġi kkalkulat għall-ibbrejkjar fuq iż-żewġ fusien skont it-Tabella 2 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-valuri AD għal kull sett ta’ tajers kandidati (T) li huma parti minn ċiklu ta’ prova.
Tabella 2
Tajer ta’ Prova |
Koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar |
Tajer ta’ referenza |
BFC(R) = |Ra/g| |
Tajer kandidat |
BFC(T) = |Ta/g| |
g huwa l-aċċelerazzjoni dovuta għall-gravità, g= 9,81 m·s–2 |
4.1.6.5
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulatkif ġej:
fejn:
— |
t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab mkejla fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat |
— |
t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab, t0 =20°C għal tajers normali u t0=10 °C għal tajers tal-borra |
— |
BFC(R0) huwa l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, BFC(R0) = 0,68 |
— |
a= – 0,4232 u b = – 8,297 għal tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għal tajers tal-borra |
4.1.7 Tqabbil tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab bejn tajer kandidat u tajer ta’ referenza bl-użu ta’ tajer ta’ kontroll
4.1.7.1
Meta d-daqs ta’ tajer kandidat huwa apprezzabbilment differenti minn dak ta’ tajer ta’ referenza, tqabbil dirett fuq l-istess karozza strumentata tal-passiġġieri jista’ ma jkunx possibbli. Il-metodu tal-ittestjar juża tajer intermedju, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-tajer ta’ kontroll kif iddefinit fil-punt 5 tas-sezzjoni 2.
4.1.7.2
Il-prinċipju huwa l-użu ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll u żewġ karozzi strumentati differenti tal-passiġġieri għaċ-ċiklu tat-test ta’ sett ta’ tajers kandidati bi tqabbil ma’ sett ta’ tajers ta’ referenza.
Karozza strumenta tal-passiġġieri waħda tiġi mmuntata bis-sett ta’ tajers ta’ referenza segwit mis-sett ta’ tajers ta’ kontroll, l-oħra bis-sett ta’ tajers ta’ kontroll segwit mis-sett ta’ tajers kandidati.
L-ispeċifikazzjonijiet elenkati fit-taqsimiet 4.1.2 sa 4.1.4 japplikaw.
L-ewwel ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers ta’ kontroll u s-sett ta’ tajers ta’ referenza.
It-tieni ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers kandidati u s-sett ta’ tajers ta’ kontroll. Isiru fuq l-istess korsa ta’ prova u waqt l-istess jum bħal tal-ewwel ċiklu ta’ prova. It-temperatura tal-wiċċ imxarrab għandha tkun fi ħdan medda ta’ ± 5 °C tat-temperatura tal-ewwel ċiklu. L-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll għandu jintuża għall-ewwel u t-tieni ċikli ta’ prova.
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:
G(T) = G 1 × G 2
fejn:
— |
G1 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll (C) imqabbel mat-tajer ta’ referenza (R) ikkalkulat kif ġej:
|
— |
G2 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) imqabbel mat-tajer ta’ kontroll (C) ikkalkulat kif ġej:
|
4.1.7.3
Huwa neċessarju li t-tajers kollha ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll ikunu nħażnu fl-istess kundizzjonijiet. Malli s-sett ta’ tajers ta’ kontroll ikun ġie ttestjat bi tqabbil mat-tajer ta’ referenza, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin definiti f’ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003)
4.1.7.4
Meta therrir jew ħsara irregolari jirriżultaw mit-testijiet, jew meta t-therrir jinfluwenza r-riżultati tat-test, l-użu tat-tajer għandu jitwaqqaf.
4.2 Metodu tal-ittestjar bl-użu ta’ karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers
4.2.1 Prinċipju
Il-kejl isir fuq tajers tat-test armati fuq karru rmunkat minn vettura (minn hawn ’il quddiem vettura tal-irmonk) jew fuq vettura għat-testijiet tat-tajers. Il-brejk fil-pożizzjoni tat-test jiġi applikat bis-sod sakemm jiġi ġġenerat biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex tiġi prodotta l-forza massima tal-ibbrejkjar li tkun se sseħħ qabel is-sokor tar-rota b’veloċità ta’ prova ta’ 65 km/h.
4.2.2 Tagħmir
4.2.2.1
— |
Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha jkollha l-kapaċità li żżomm il-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h anki taħt il-forzi massimi tal-ibbrejkjar. |
— |
Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’post wieħed fejn it-tajer ikun jista’ jitwaħħal għall-għanijiet tal-kejl, minn issa ’l quddiem ‘il-pożizzjoni tat-test’ u l-aċċessorji li ġejjin:
|
— |
Il-varjazzjoni massima tal-issettjar tat-toe u l-angolu tal-camber għall-pożizzjoni tat-test għandha tkun sa ± 0,5° mat-tagħbija vertikali massima. Is-suspenxin u l-boxxliet tal-buttun tar-rota għandhom ikollhom biżżejjed riġidità sabiex jilgħabu mill-inqas u jiżguraw il-konformità mal-applikazzjoni tal-forzi massimi tal-ibbrejkjar. Is-sistema tas-suspenxin għandha tipprovdi kapaċità xierqa għall-irfigħ tat-tagħbija u tkun iddisinjata b’tali mod li tiżola r-riżonanza tas-suspenxin. |
— |
Il-pożizzjoni tat-test għandha tkun mgħammra b’sistema tal-brejkijiet tipika jew waħda speċjali awtomotiva li tista’ tapplika biżżejed torque tal-ibbrejkjar sabiex tipproduċi l-valur massimu tal-forza loġitudinali tal-ibbrejkjar fuq ir-rota tal-prova fil-kundizzjonijiet speċifikati. |
— |
Is-sistema tal-applikazzjoni tal-brejkijiet għandha tkun kapaċi tikkontrolla l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inizjali tal-brejk u l-forza lonġitudinali massima kif speċifika fit-taqsima 4.2.7.1. |
— |
Il-karru jew il-vettura tat-tajers għat-test għandhom ikunu ddisinjati biex jakkomodaw il-varjetà ta’ daqsijiet ta’ tajers kandidati li għandhom jiġu ttestjati. |
— |
Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandu jkollha mezzi għall-aġġustament tat-tagħbija vertikali kif speċifikat fit-taqsima 4.2.5.2. |
4.2.2.2
— |
Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test. |
— |
Rekwiżiti ġenerali għal sistema ta’ kejl: Is-sistema tal-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kumplessivi li ġejjin f’temperaturi ambjentali bejn 0 °C and 45 °C:
|
— |
Il-veloċità tal-vettura Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema tal-kejl tal-veloċità mingħajr kuntatt. |
— |
Forzi tal-ibbrejkjar: It-trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar għandhom ikejlu l-forza lonġitudinali ġġenerata mill-interfaċċa tajer-triq bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ brejk fuq medda bejn 0 % sa mill-inqas 125 % tat-tagħbija vertikali applikata. Id-disinn u l-lokazzjoni tat-trasduttur għandhom jimminimizzaw l-effetti tal-inerzja u riżonanza mekkanika indotta mill-vibrazzjonijiet. |
— |
It-tagħbija vertikali It-trasduttur li jkejjel it-tagħbija vertikali għandu jkejjel it-tagħbija vertikali mal-pożizzjoni tat-test waqt l-applikazzjoni tal-brejk. It-trasduttur għandu jkollu l-istess speċifikazzjonijiet kif deskritt qabel. |
— |
L-ikkundizzjonar tas-sinjal u s-sistema ta’ reġistrazzjoni: Kull tagħmir tal-ikkundizzjonar tas-sinjal u tar-reġistrazzjoni għandu jipprovdi riżultat lineari bil-gwadanni (gain) u r-riżoluzzjoni tal-qari tad-dejta neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti speċifikati qabel. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:
|
4.2.3 L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova
Il-korsa tal-prova għandha tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’65 ± 2 km/h.
4.2.4 Kundizzjonijiet tat-tixrib
Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test. L-ilma applikat liċ-ċanġar qabel it-testijiet tat-tajers għandu jiġi minn żennuna ddisinjata b’mod xieraq biex tiżgura li s-saff tal-ilma li jiltaqa’ miegħu t-tajer tal-prova ikollu sezzjoni trasversali uniformi mal-veloċità tal-prova sabiex ikun hemm minimu ta’ raxx u titjir.
Il-konfigurazzjoni u l-pożizzjoni taż-żennuna għandhom jiżguraw li l-ġettijiet tal-ilma jiġi diretti lejn it-tajer tal-prova u ppuntati lejn iċ-ċangar b’angolu ta’ 20° sa 30°.
L-ilma għandu jolqot iċ-ċanara 0.25m sa 0.45 m lil hinn miċ-ċentru tal-kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna trid tkun qiegħda 25 mm miċ-ċangar jew l-għoli minimu meħtieġa biex tevita l-ostakli li t-tester għandu mnejn jiltaqa’ magħhom, iżda fl-ebda każ aktar minn 100 mm minn fuq iċ-ċanġar.
Is-saff tal-ilma għandu jkunu mill-inqas 25 mm usa’ mit-tiflil ta’ wiċċ it-tajer tal-prova u applikat sabiex it-tajer jinsab fiċ-ċentru bejn ix-xfar. Ir-rata tal-ħruġ tal-ilma għandha tiżgura fond tal-ilma ta’ 1.0 ± 0.5 mm u għandu jkun konsistenti tul it-test kollu fi ħdan medda ta’ ± 10 fil-mija. Il-volum tal-ilma għal kull unità ta’ wisa’ mxarrba jrid ikun direttament proporzjonali għall-veloċità tat-test. Il-kwantità tal-ilma applikata b’65 km/h għandha tkun ta’ 18 l·s–1 għal kull metru ta’ wisa’ ta’ wiċċ imxarrab f’każ ta’ fond tal-ilma ta’ 1.0 mm.
4.2.5 Tajers u rimmijiet
4.2.5.1
It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.
It-tajer tal-prova għandu jiġi mmuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.
Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat użu eċċessiv ta’ lubrikant sabiex it-tajer ma jiżloqx minn fuq ir-rimm tar-rota.
It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.
Għar-running-in tat-tajer, għandhom isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar bit-tagħbija, il-pressjoni u l-veloċità speċifikati f’ 4.2.5.2, 4.2.5.3 u 4.2.7.1 rispettivament.
4.2.5.2
It-tagħbija tat-test fuq it-tajer tal-prova hija 75 ± 5 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajer tal-prova.
4.2.5.3
Il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ tat-tajers tat-test għandha tkun 180 kPa għal tajers b’tagħbija standard. Għal tajers b’tagħbija żejda, il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ għandha tkun ta’ 220 k Pa.
Il-pressjoni tat-tajers għandha tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi aġġustata jekk meħtieġ.
4.2.6 Tħejjija tal-vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers
4.2.6.1
Għal karrijiet b’fus wieħed, l-għoli tal-ġanċ tal-irmonk u l-pożizzjoni trasversali għandhom jiġu aġġustati darba li r-rota tal-prova tkun tgħabbiet bit-tagħbija speċifika tal-prova sabiex jiġi evitat kull tfixkil għar-riżultati tal-kejl. Id-distanza lonġitudinali mil-linja taċ-ċentru tal-punt tal-artikolazzjoni ta’ ras l-aġġanċ sal-linja taċ-ċentru trasversa tal-karru għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet l-għoli tal-ġanc jew l-għoli ta’ ras l-aġġanċ.
4.2.6.2
Il-ħames rota, meta użata, għandha tiġi installata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u titqiegħed kemm jista’ jkun qrib il-pożizzjoni f’nofs il-korsa tal-karru tal-irmonk jew tal-vettura għat-testijiet tat-tajers.
4.2.7 Il-proċedura
4.2.7.1
Il-proċedura li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:
(1) |
Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura tat-tajer tal-prova tinsaq fuq il-korsa tal-prova f’linja dritta bil-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h. |
(2) |
Tinbeda s-sistema ta’ reġistrazzjoni. |
(3) |
Jingħata l-ilma liċ-ċangar qabel it-test tat-tajer bejn wieħed u ieħor 0.5s qabel l-applikazzjoni tal-brejk (għas-sistema tat-tixrib intern). |
(4) |
Il-brejkijiet tal-karru jiġu attivati ma’ 2 metri minn punt ta’ kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ u l-fond tar-ramel skont il-punti 4 u 5 tat-taqsima 3.1. Ir-rata tal-applikazzjoni tal-ibbrejkjar għandha tkun tali li l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inzjali tal-forza u l-forza lonġitudinali massima jkunu fil-medda bejn 0.2 sa 0.5 s. |
(5) |
Titwaqqaf s-sistema ta’ reġistrazzjoni. |
4.2.7.2
Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fuq l-istess punt fuq il-kors tal-prova u fl-istess direzzjoni. Jistgħu jitkejlu sa tliet tajers kandidati fi ħdan l-istess ċiklu tat-test, dejjem sakemm it-testijiet jitlestew fi żmien ġurnata.
(1) |
L-ewwel, jiġi ttestjat it-tajer ta’ referenza. |
(2) |
Wara mill-inqas sitt tikjiliet validi mwettqa skont it-taqsima 4.2.7.1, it-tajer ta’ referenza jiġi ssostitwit mit-tajer kandidat. |
(3) |
Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati. |
(4) |
Iċ-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova. |
EŻEMPJI:
— |
L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet tajers kandidati (T1 sa T3) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej: R-T1-T2-T3-R |
— |
L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames tajers kandidati (T1 sa T5) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej: R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R |
4.2.8 L-ipproċessar tar-riżultati tal-kejl
4.2.8.1
Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) tat-tajer huwa l-ogħla valur ta’ μ(t) qabel ma jseħħ is-sokor, ikkalkulat kif ġej għal kull ġirja ta’ prova. Is-sinjali analogi għandhom jiġi ffiltrati sabiex jitneħħa l-istorbju. Sinjali rreġistrati diġitalment iridu jiġi ffiltrati bl-użu ta’ teknika tal-medja mobbli.
fejn:
|
μ(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar tat-tajer f’ħin reali; |
|
fh(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar f’ħin reali, f’N; |
|
fv(t) huwa t-tagħbija vertikali dinamika f’ħin reali, f’N; |
4.2.8.2
Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni μpeak jiġi kkalkulat kif ġej:
(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100
Għat-tajer ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-forza massima tal-ibbrejkjar (μpeak) tat-tajer ta’ referenza jkun ogħla minn 5 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test imtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajer(s) kandidat(i) u t-tajer ta’ referenza).
Għat-tajer(s) kandidati(i) (T) : Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) jiġi kkalkulat għal kull tajer kandidat Jekk koeffiċjent ta’ varjazzjoni wieħed ikun ogħla minn 5 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test imtenni għal dan it-tajer kandidat.
4.2.8.3
Il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima użat għall-kalkolu tal-koefiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar tiegħu jiġi aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull tajer kandidat f’ċiklu ta’ prova partikolari.
Dan il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (Ra) jiġi kkalkulat skont it-tabella 3 fejn R1 huwa l-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fl-ewwel test tat-tajer ta’ referenza (R) u R2 huwa il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fit-tieni test tal-istess tajer ta’ referenza (R).
Tabella 3
Numru ta’ tajers kandidati fi ħdan ċiklu ta’ prova wieħed |
Tajer kandidat |
Ra |
1 (R 1 -T1-R 2 ) |
T1 |
Ra = 1/2 (R 1 + R 2 ) |
2 (R 1 -T1-T2-R 2 ) |
T1 |
Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2 |
T2 |
Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2 |
|
3 (R 1 -T1-T2-T3-R 2 ) |
T1 |
Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2 |
T2 |
Ra = 1/2 (R 1 +R 2 ) |
|
T3 |
Ra = 1/4 R 1 + 3/4 R 2 |
4.2.8.4
Il-valur medju tal-koeffiċjenti tal-forza tal-ibbrejkjar massima tat-tajer (μpeak,ave ) jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-koeffiċjenti massimi tal-forza tal-ibbrejkjar imkejla għal tajer kandidat wieħed f’ ċiklu ta’ prova wieħed.
Tabella 4
Tajer ta’ prova |
μpeak,ave |
Tajer ta’ referenza |
μpeak,ave(R)=Ra skont it-Tabella 3 |
Tajer kandidat |
μpeak,ave (T) = Ta |
4.2.8.5
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
— |
t hija t-temperatura mkejla tal-wiċċ imxarrab fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat |
— |
t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab. |
— |
t0 =20°C għat-tajers normali t0 =10°C għat-tajers tal-borra |
— |
μpeak,ave(R0) = 0,85 hija l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza. |
— |
a= –0,4232 u b = –8,297 għat-tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għat-tajers tal-borra. |
Appendiċi A
Eżempji ta’ rapporti tat-testijiet tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab
EŻEMPJU 1 Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karru
Numru tar-rapport tat-test: |
|
Data tat-test: |
Tip ta’ wiċċ tat-triq: |
|
Fond tat-tessut (mm): |
μ peak (SRTT14″ E 1136): |
|
BPN: |
Veloċità (km/h): |
|
Fond tal-ilma (mm): |
Nru. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
|
Daqs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tas-servizz |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Identifikazzjoni tat-tajer |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rimm |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pattern |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tagħbija (N) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pressjoni (kPa) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
μ peak) |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Medja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Devjazzjoni standard σ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(σ/medja) ≤ 5 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ra, Aġġustat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Temperatura tal-wiċċ (°C) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Temperatura ambjentali (°C) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kummenti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
EŻEMPJU 2 Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karozza tal-passiġġier
Sewwieq: |
|
Data tat-test: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Korsa: |
|
Karozza tal-Passiġġier: |
|
Veloċità inizjali (km/h): |
|
|
Fond tat-tessut (mm): |
|
Ditta: |
|
Veloċità finali (km/h): |
BPN: |
|
Mudell: |
|
|
|
Fond tal-ilma (mm): |
|
Tip |
|
|
Nru. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
||||||
Ditta |
Uniroyal |
TAJER B |
TAJER C |
TAJER D |
Uniroyal |
||||||
Pattern |
ASTM F 2493 SRTT16″ |
PATTERN B |
PATTERN C |
PATTERN D |
ASTM F 2493 SRTT16″ |
||||||
Daqs |
P225/60R16 |
SIZE B |
SIZE C |
SIZE D |
P225/60R16 |
||||||
Deskrizzjoni tas-servizz |
97S |
LI/SS |
LI/SS |
LI/SS |
97S |
||||||
Identifikazzjoni tat-tajer |
XXXXXXXXX |
YYYYYYYYY |
ZZZZZZZZZ |
NNNNNNNNN |
XXXXXXXXX |
||||||
Rimm |
|
|
|
|
|
||||||
Pressjoni fuq il-fus ta’ quddiem (kPa) |
|
|
|
|
|
||||||
Pressjoni fuq il-fus ta’ wara (kPa) |
|
|
|
|
|
||||||
Tagħbija fuq il-fus ta’ quddiem (N) |
|
|
|
|
|
||||||
Temperatura tal-wiċċ (°C) |
|
|
|
|
|
||||||
Temp. ambjentali (°C) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Ibbrejkjar distance (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar distance (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
|
Kejl |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Medja AD (m/s2) |
|
|
|
|
|
||||||
Devjazzjoni standard (m/s2) |
|
|
|
|
|
||||||
Validazzjoni tar-riżultati Koeff. Tal-varjazzjoni (%) < 3 % |
|
|
|
|
|
||||||
Medja aġġustata AD tat-tajer ta’ ref.: m/s2) |
|
|
|
|
|
||||||
BFC(R) tajer ta’ referenza (SRTT16″) |
|
|
|
|
|
||||||
BFC(T) tajer kandidat |
|
|
|
|
|
||||||
Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) |
|
|
|
|
|
(1) Id-daqs tal-ASTM E 1136 SRTT huwa P195/75R14.