8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 225/2011

tas-7 ta' Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri tad- droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (2) jiddetermina jekk humiex meħtieġa miżuri speċifiċi li jissorveljaw l-esportazzjoni ta' preskursuri tad-droga mill-Unjoni Ewropea. L-Anness IV ta' dak ir-Regolament jelenka għal kull waħda minn dawn is-sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005, il-pajjiżi li għalihom hija meħtieġa notifika ta' qabel l-esportazzjoni. Il-listi jinvolvu pajjiżi terzi li talbu li jirċievu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni skont l-Artikolu 12(10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988.

(2)

Fit-tieni laqgħa tagħha fit-8 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi ddeċidiet li tinkludi l-aċidu fenilaċetiku fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffikar illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988. L-Artikolu 12(10) ta' dik il-Konvenzjoni jistabbilixxi li qabel ma tiġi esportata sustanza li hija mniżżla fit-Tabella I mit-territorju ta' Parti għall-Konvenzjoni, dik il-Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jipprovdu informazzjoni dwar il-kunsinna għall-esportazzjoni lill-awtoritajiet kompententi tal-pajjiż li jkun se jimporta s-sustanza.

(3)

B’riżultat tad-deċizjoni li l-aċidu fenilaċetiku jiġi inkluż fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 għandu jiġi emendat biex jiġi żgurat li jintbagħtu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet kollha ta' aċidu fenilaċetiku mill-Unjoni Ewropea.

(4)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 ma jelenkax il-pajjiżi terzi kollha li talbu biex jirċievu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni għal ċerti sustanzi skedati tal-kategoriji 2 u 3 mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2009 (3). L-Afganistan, l-Awstralja u l-Gana għamlu talbiet bħal dawn u għandhom għalhekk jiżdiedu.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1277/2005 għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7.

(3)   ĠU L 95, 9.4.2009, p. 13.


ANNESS

“ANNESS IV

1.   

Lista ta' pajjiżi msemmija fl-Artikoli 20 li għalihom hija meħtieġa notifika ta' qabel l-esportazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-kategorija 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Sustanza

Destinazzjoni

Anidride aċetiku

Permanganat tal-potassju

Aċidu fenilaċetiku

Kwalunkwe pajjiż terz

Aċidu antraniliku

 

L-Afganistan

 

L-Awstralja

 

Antigwa u Barbuda

 

Il-Benin

 

Il-Bolivja

 

Il-Brażil

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Kajman

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

Il-Kosta Rika

 

Ir-Repubblika Dominikana

 

L-Ekwador

 

L-Etjopja

 

Il-Gana

 

Ħaiti

 

L-Indja

 

L-Indoneżja

 

Il-Ġordan

 

Il-Kazakistan

 

Il-Libanu

 

Il-Madagaskar

 

il-Malasja

 

Il-Maldive

 

Il-Messiku

 

In-Niġerja

 

L-Oman

 

Il-Paragwaj

 

Il-Perù

 

Il-Filippini

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

Il-Federazzjoni Russa

 

L-Arabja Sawdija

 

L-Afrika t’Isfel

 

It-Taġikistan

 

It-Turkija

 

L-Emirati Għarab Magħquda

 

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

 

Il-Venezwela

Piperidin

 

L-Afganistan

 

L-Awstralja

 

Antigwa u Barbuda

 

Il-Benin

 

Il-Bolivja

 

Il-Brażil

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Kajman

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

Il-Kosta Rika

 

Ir-Repubblika Dominikana

 

L-Ekwador

 

L-Etjopja

 

Il-Gana

 

Ħaiti

 

L-Indja

 

L-Indoneżja

 

Il-Ġordan

 

Il-Kazakistan

 

Il-Libanu

 

Il-Madagaskar

 

il-Malasja

 

Il-Maldive

 

Il-Messiku

 

In-Niġerja

 

L-Oman

 

Il-Paragwaj

 

Il-Perù

 

Il-Filippini

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

Il-Federazzjoni Russa

 

L-Arabja Sawdija

 

It-Taġikistan

 

It-Turkija

 

L-Emirati Għarab Magħquda

 

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

 

L-Istati Uniti tal-Amerika

 

Il-Venezwela

2.   

Lista ta' pajjiżi msemmija fl-Artikoli 20 u 22 li għalihom hija meħtieġa notifika ta' qabel l-esportazzjoni u awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-Kategorija 3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Sustanza

Destinazzjoni

Keton tal-metiletil (MEK)  (1)

Toluwen  (1)

Aċetun  (1)

Etere tal-etil  (1)

 

L-Afganistan

 

L-Awstralja

 

Antigwa u Barbuda

 

L-Arġentina

 

Il-Benin

 

Il-Bolivja

 

Il-Brażil

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Kajman

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

Il-Kosta Rika

 

Ir-Repubblika Dominikana

 

L-Ekwador

 

L-Eġittu

 

El Salvador

 

L-Etjopja

 

Il-Gana

 

Il-Gwatemala

 

Ħaiti

 

Il-Ħonduras

 

L-Indja

 

Il-Ġordan

 

Il-Kazakistan

 

Il-Libanu

 

Il-Madagaskar

 

il-Malasja

 

Il-Maldive

 

Il-Messiku

 

In-Niġerja

 

L-Oman

 

Il-Pakistan

 

Il-Paragwaj

 

Il-Perù

 

Il-Filippini

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

Ir-Repubblika tal-Korea

 

Il-Federazzjoni Russa

 

L-Arabja Sawdija

 

It-Taġikistan

 

It-Turkija

 

L-Emirati Għarab Magħquda

 

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

 

L-Urugwaj

 

Il-Venezwela

Aċidu idrokloriku

Aċidu sulfuriku

 

Il-Bolivja

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

L-Ekwador

 

Il-Perù

 

It-Turkija

 

Il-Venezwela


(1)  Din tinkudi l-imluħ ta' dawn is-sustanzi kull meta l-eżistenza ta' mluħ ta' dan it-tip hija possibbli.”