|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 214/2011
tat-3 ta' Marzu 2011
li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2). |
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja li ttieħdet fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (5). |
|
(3) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat biex jitqiesu d-deċiżjonijiet li ttieħdu fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar pollutanti organiċi persistenti (il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma), iffirmata fit-22 ta’ Mejju 2001 u approvata, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6) u azzjoni regolatorja sussegwenti li ttieħdet fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (7). L-Anness V għandu wkoll jiġi emendat biex jirrifletti l-azzjoni regolatorja li ttieħdet biex tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi għajr il-pollutanti organiċi persistenti. |
|
(4) |
Is-sustanzi difenilammina, triażossidu u triflumuron ma ġewx inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqu applikazzjonijiet ġodda li se jkunu jeħtieġu deċiżjonijiet ġodda dwar l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, iż-żieda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 ma għandhiex tiġi applikata sakemm jiġu adottati d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawk is-sustanzi kimiċi. |
|
(5) |
Is-sustanzi bifentrin u metam ma ġewx inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE; f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 98/8/KE dawk is-sustanzi ġew identifikati u nnotifikati għall-evalwazzjoni. B’riżultat ta’ dan, is-sustanzi bifentrin u metam huma severament ristretti għall-użu bħala pestiċidi billi l-użu taż-żewġ sustanzi huwa pprojbit kważi kompletament minkejja l-fatt li jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li s-sustanzi bifentrin u metam jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqu applikazzjonijiet ġodda li se jkunu jeħtieġu deċiżjonijiet ġodda dwar l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, iż-żieda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 ma għandhiex tiġi applikata sakemm jiġu adottati d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawk is-sustanzi kimiċi. |
|
(6) |
Is-sustanza karbosulfan ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza karbosulfan hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanza karbosulfan mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (8). Minħabba li din l-applikazzjoni l-ġdida ġiet irtirata mill-applikant, ir-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda fil-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza karbosulfan għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(7) |
Is-sustanza trifluralin ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza trifluralin hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanza trifluralin mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra rriżultat fid-deċiżjoni li s-sustanza trifluralin ma tiġix inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanza trifluralin tibqa’ pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza trifluralin għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(8) |
Is-sustanza klortal-dimetil ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza klortal-dimetil hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(9) |
Is-sustanzi kimiċi klordekon, eżabromobifenil, eżakloroċikloeżani, lindan u etere tal-pentabromodifenil se jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li huma pprojbiti għall-esportazzjoni inklużi fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Għalhekk, ma għadx hemm il-ħtieġa li dawk is-sustanzi kimiċi jinżammu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u konsegwentement l-entrati għandhom jitħassru. |
|
(10) |
Is-sustanzi kimiċi eżabromobifenil, eżakloroċikloeżan (HCH) u lindan diġà huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tagħhom mal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament għandha għalhekk tkun riflessa fil-Parti 3 tal-Anness I. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi I u III (9) jimplimenta deċiżjonijiet meħuda skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma biex il-klordekon, il-pentaklorobenżen, l-eżabromobifenil, l-eżakloroċikloeżani, il-lindan, l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma billi dawk is-sustanzi kimiċi jiġu miżjuda mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Konsegwentement, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (10) jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku u ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju mill-Unjoni Ewropea għal pajjiżi terzi. Konsegwentement, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Barra minn hekk, l-entrata għall-komposti tal-merkurju fil-Parti 1 tal-Anness I għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ ċerti komposti tal-merkurju u l-istatus attwali tal-komposti tal-merkurju skont id-Direttiva 98/8/KE. |
|
(13) |
L-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(14) |
Sabiex jitħalla biżżejjed żmien għall-Istati Membri u l-industrija biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddifferita. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.
(3) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.
(7) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti 1 għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti 2 għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|