26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 186/2011

tal-25 ta' Frar 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel (proċedura PIC) għal Ċerti Kimiki u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta' Rotterdam”, iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti sustanzi kimiki li ttieħdet skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiki (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiki, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 talKummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (5).

(3)

Is-sustanza klorat ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u s-sustanza klorat ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE bl-effett li s-sustanza klorat hija pprojbita għall-użu bħala pestiċida u għalhekk għandha tiżdied mal-listi ta' kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(4)

Is-sustanzi benfurakarb, kadusafos, karbofuran u triċiklażol ma jiġux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda ta' dawk is-sustanzi mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba l-applikazzjoni l-ġdida għall-approvazzjoni skont id-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (6). Din l-applikazzjoni l-ġdida ġiet imreġġa lura mill-applikanti bl-effett li sparrixiet ir-raġuni tas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I. Għalhekk, is-sustanzi benfurakarb, kadusafos, karbofuran u triċiklażol għandhom jġu miżjuda mal-lista ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(5)

Is-sustanza metomil ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanza attiva methomyl ma tibqax ipprojbita għall-użu fis-subkategorija “pestiċida fil-grupp tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti”. Konsegwentament l-entrata fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandha tiġi emendata biex tirrifletti dik il-bidla.

(6)

Is-sustanza malatijon ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanza malatijon ma għadhiex ipprojbita għall-użu fis-subkategorija “pestiċida fil-grupp tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti”; s-sustanza malatijon ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I, IA jew IB għad-Directive 98/8/KE bl-effett li dik is-sustanza attiva hija pprojbita mill-użu fis-subkategorija “pestiċidi oħra inklużi l-bijoċidi”. Konsegwentament l-entrata fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandha tiġi emendata biex tirrifletti dawk il-bidliet.

(7)

Tressqet applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, għas-sustanza attiva flurprimidol li jeħtieġ tittieħed deċiżjoni ġdida dwar l-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u għalhekk il-kimika għandha titħassar mil-lista ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Id-deċiżjoni dwar iż-żieda mal-lista tas-sustanzi kimiċi fil-Parti 2 tal-Anness I ma għandhiex tittieħed qabel ma tkun disponibbli d-deċiżjoni l-ġdida li tkun ittieħdet dwar l-istatus tas-sustanza fl-ambitu tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-entrati fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 marbutin mas-sustanza parakkwat mhumiex koerenti u ċari biżżejjed fir-rigward tan-numri tal-kodiċi u għalhekk għandhom jiġu emendati billi jiddħħlu l-iżjed numri rilevanti tal-kodiċi.

(9)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-Istati Membri u l-industrija biex jieħdu l-miżuri neċessarji, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi deferita.

(11)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

(3)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(4)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

qed tiżdied l-entrata li ġejja:

Kimika

Nru tal-CAS

Einecs Nru

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Klorat +

7775-09-9

231-887-4

2829 11 00

p(1)

b”

 

10137-74-3

233-378-2

2829 19 00

(b)

l-entrata għall-parakkwat tinbidel b’dan li ġej:

Kimika

Nru tal-CAS

Einecs Nru

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Parakkwat +

4685-14-7

225-141-7

2933 39 99

p(1)

b”

 

1910-42-5

217-615-7

2074-50-2

218-196-3

(ċ)

l-entrata għall-malatijon tinbidel b’dan li ġej:

Kimika

Nru tal-CAS

Einecs Nru

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Malatijon

121-75-5

204-497-7

2930 90 99

p(2)

b”

 

(d)

l-entrata għall-metomil tinbidel b’dan li ġej:

Kimika

Nru tal-CAS

Einecs Nru

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Metomil

16752-77-5

240-815-0

2930 90 99

p(2)

b”

 

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

Kimika

CAS RN

Einecs Nru

Kodiċi NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Benfurakarb

82560-54-1

mhux applikabbli

2932 99 00

p

b

Kadusafos

95465-99-9

mhux applikabbli

2930 90 99

p

b

Karbofuran

1563-66-2

216-353-0

2932 99 00

p

b

Klorat

7775-09-9

231-887-4

2829 11 00

p

b

10137-74-3

233-378-2

2829 19 00

Triċiklażol

41814-78-2

255-559-5

2934 99 90

p

b”

(b)

l-entrata għall-parakkwat tinbidel b’dan li ġej:

Kimika

CAS RN

Einecs Nru

Kodiċi NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Parakkwat

4685-14-7

225-141-7

2933 39 99

p

b”

1910-42-5

217-615-7

2074-50-2

218-196-3

(ċ)

l-entrata li ġejja qed titħassar:

Kimika

CAS RN

Einecs Nru

Kodiċi NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Flurprimidol

56425-91-3

mhux applikabbli

2933 59 95

p

b”