22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 159/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Spišské párky (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tar-Repubblika Ċeka u tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Spišské párky” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Spišské párky” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Għandha tapplika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 95, 15.4.2010, p. 34.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA U S-SLOVAKKJA

Spišské párky (STG)

L-użu tad-denominazzjoni huwa riżervat.