22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 158/2011

tal-21 ta' Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Špekáčky”/“Špekačky” (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba konġunta tar-Repubblika Ċeka u tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Špekáčky”/“Špekačky” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 94, 14.4.2010, p. 18.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Špekáčky (STG)

IS-SLOVAKKJA

Špekačky (STG)