17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 137/2011

tas-16 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jagħmel parti minn tip ta’ fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament jista’ jissejjaħ “fertilizzant tal-KE”.

(2)

Il-formate tal-kalċju (CAS 544-17-2) huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent sekondarju li jintuża bħala fertilizzant tal-weraq għall-kultivazzjoni tal-frott fi Stat Membru wieħed. Is-sustanza ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, sabiex din issir aktar disponibbli għall-bdiewa fl-Unjoni, il-formate tal-kalċju għandu jiġi rikonoxxut bħala tip ta’ “fertilizzant tal-KE”.

(3)

Dispożizzjonijiet fuq kelati mikronutrijenti u taħlit tal-mikronutrijenti għandhom jiġu adattati biex jippermettu l-użu ta’ aktar minn aġent kelant wieħed, biex jintroduċu valuri komuni għall-kontenut minimu ta’ mikronutrijent li jinħall fl-ilma u biex jiġi żgurat li kull aġent kelant li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-mikronutrijent li jinħall fl-ilma u li jkun identifikat u kwantifikat mill-istandards EN ikun ittikkettat. Huwa neċessarju li jkun hemm perjodu tranżitorju suffiċjenti biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jbiegħu l-ħażniet ta’ fertilizzanti tagħhom.

(4)

Trab tal-ossidu taż-żingu (CAS 1314-13-2) huwa fertilizzant taż-żingu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Meta jintuża l-ossidu taż-żingu li jkun f’għamla ta’ trab jista’ jkun ta’ periklu. L-użu tal-ossidu taż-żingu f’għamla ta’ sospensjoni stabbli fl-ilma jevita dan il-periklu. Sospensjoni tal-fertilizzant taż-żingu għandu għaldaqstant jiġi rikonoxxut bħala tip ta’ “fertilizzant tal-KE” biex jippermetti l-użu aktar sikur tal-ossidu taż-żingu. Biex ikun hemm flessibbiltà fil-formulazzjonijiet, l-użu ta’ mluħa taż-żingu u tip wieħed jew aktar ta’ kelat(i) taż-żingu għandu/għandhom ukoll ikun/u permess/i fi kwalunkwe sospensjoni li l-bażi tagħha huwa l-ilma.

(5)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 fih regoli għall-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ fertilizzanti mikronutrijenti mħallta imma taħlitiet bħal dawn għadhom mhumiex elenkati fost it-tipi ta’ fertilizzanti fl-Anness I. Għaldaqstant fertilizzanti mikronutrijenti mħallta ma jistgħux jinbiegħu bħala “fertilizzanti tal-KE”. L-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta’ fertilizzant mikronutrijenti għandhom għalhekk jiġu introdotti fl-Anness I għal fertilizzanti solidi u fluwidi.

(6)

Aċidu iminodisuccinic (minn hawn ‘il quddiem “IDHA”) huwa aġent kelant li l-użu tiegħu huwa awtorizzat f’żewġ Stati Membri bħala bexx għall-weraq, għall-użu fil-ħamrija, fl-idrofonija u fil-fertigazzjoni. L-IDHA għandu jizdied mal-lista tal-aġenti kelanti awtorizzati fl-Anness I sabiex ikun disponibbli aktar faċilment għall-bdiewa madwar l-Unjoni kollha.

(7)

L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprevedi il-kontroll tal-“fertilizzanti tal-KE” b’konformità mal-metodi ta’ analiżi li huma deskritti fih. Madankollu, ċerti metodi ma ġewx rikonoxxuti b’mod internazzjonali. L-istandards EN issa ġew żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u għandhom jissostitwixxu dawk il-metodi.

(8)

Metodi validati ppubblikati bħala standards EN normalment jinkludu test taċ-ċirku (test interlaboratorju) biex jikkontrolla r-riproduttività u r-repetizzjoni tal-metodi analitiċi bejn laboratorji differenti. Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn Standards EN ivvalidati u metodi mhux ivvalidati. Tali distinzjoni tgħin biex jiġu identifikati l-Istandards EN li jkun sarilhom test interlaboratorju biex il-kontrolluri jkunu infurmati b’mod korrett dwar l-affidabbiltà tal-istatistika tal-istandards EN.

(9)

Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni fil-futur, huwa xieraq li t-test sħiħ tal-istandards fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jiġi sostitwit b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi

1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Il-punti minn (a) sa (e) tal-punt (2) tal-Anness I għandhom japplikaw mid-9 ta’ Ottubru 2012 għall-fertilizzanti li jitqiegħdu fis-suq qabel id-9 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima D, huma inseriti l-annotazzjonijiet 2.1 u 2.2 li ġejjin:

“2.1

Formate tal-kalċju

Prodott ottenut kimikament li fih il-formate tal-kalċju bħala ingredjent essenzjali

33,6 % CaO

Kalċju espress bħala CaO li jinħall fl-ilma

56 % formate

 

Ossidu tal-kalċju

Formate

2.2

Formate tal-kalċju fluwidu

Prodott ottenut mit-taħlil f-ilma tal-formate tal-kalċju

21 % CaO

Kalċju espress bħala CaO li jinħall fl-ilma

35 % formate

 

Ossidu tal-kalċju

Formate”

(2)

Taqsima E.1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima E.1.2, l-annotazzjonijiet 2b u 2c jinbidlu b’dan li ġej:

“2b

Kelat tal-kobalt

Prodott li jinħall fl-ilma li fih kobalt imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Kobalt li jinħall fl-ilma (Co)

Fakultattiv: Kobalt totali (Co) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Kobat (Co) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

2c

Taħlita fertilizzanti tal-kobalt

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 2a u/jew tipi 2b

2 % ta’ kobalt li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt, jekk dan ikun preżenti, li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Kobalt li jinħall fl-ilma (Co)

Fakultattiv: Kobalt totali (Co) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Kobat (Co) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(b)

Fit-Taqsima E.1.3, l-annotazzjonijiet 3d u 3f jinbidlu b’dan li ġej:

“3d

Kelat tar-ram

Prodott li jinħall fl-ilma li fih ir-ram imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tar-ram li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % tar-ram li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

Fakultattiv: Ram totali (Cu) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

3f

Taħlita fertilizzanti tar-ram

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 3a u/jew tipi 3b

2 % ta’ ram li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

Fakultattiv: Ram totali (Cu) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(c)

Fit-Taqsima E.1.4, l-annotazzjonijiet 4b u 4c jinbidlu b’dan li ġej:

“4b

Kelat tal-ħadid

Prodott li jinħall fl-ilma li fih ħadid imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, li minnu l-frazzjoni kelant hi tal-inqas 80 % u tal-inqas 50 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Fakultattiv: Ħadid totali (Fe) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ħadid (Fe) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

4c

Taħlita fertilizzanti tal-ħadid

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 4a u/jew tipi 4b

2 % ta’ ħadid li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Fakultattiv: Ħadid totali (Fe) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ħadid (Fe) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn Standard Ewropew”

(d)

Fit-Taqsima E.1.5, l-annotazzjonijiet 5b u 5e jinbidlu b’dan li ġej:

“5b

Kelat tal-manganiż

Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-manganiż imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

Fakultattiv: Manganiż totali (Mn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

5e

Taħlita fertilizzanti tal-manganiż

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 5a u/jew tipi 5b

2 % ta’ manganiż li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

Fakultattiv: Manganiż totali (Mn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(e)

Fit-Taqsima E.1.7, l-annotazzjonijiet 7b u 7e jinbidlu b’dan li ġej:

“7b

Kelat taż-żingu

Prodott li jinħall fl-ilma li fih iż-żingu mħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % taż-żingu li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

Fakultattiv: Żingu totali (Zn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

7e

Taħlita fertilizzanti taż-żingu

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 7a u/jew tip 7b

2 % ta’ żingu li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

Fakultattiv: Żingu totali (Zn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(f)

Fil-punt E.1.7, tiżdied l-annotazzjoni 7 f’li ġejja:

“7f

Sospensjoni fertilizzanti taż-żingu

Prodott ottenut minn tip ta’ sospensjoni 7(a) u/jew 7(c) u/jew tipi 7(b) fl-ilma

20 % taż-żingu totali

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjoni

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu totali (Zn)

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn) jekk preżenti

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(3)

Taqsima E.2 hija emendata kif ġej:

(a)

It-titolu tat-Taqsima E.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.   Kontenut mikronutrijenti minimum, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant; tipi ta’ fertilizzanti mikronutrijenti mħallta

(b)

It-titolu tat-Taqsima E.2.1. qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.1.   Kontenut minimu mikronutrijenti f’taħlitiet solidi jew fluwidi ta’ fertilizzanti mikronutrijenti, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant”.

(c)

Fit-Taqsima E.2.1, iż-żewġ sentenzi taħt it-tabella jitħassru.

(d)

It-titolu tat-Taqsima E.2.2. qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.2.   Kontenut minimu ta’ mikronutrijenti f’fertilizzanti tal-KE li fihom nutrijent(i) primarju(primarji) u/jew sekondarju(sekondarji) b’mikronutrijent(i) li jiġu applikati fil-ħamrija, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant”.

(e)

It-titolu tat-Taqsima E.2.3. qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.3.   Kontenut minimu ta’ mikronutrijenti f’fertilizzanti tal-KE li fihom nutrijent(i) primarju(primarji) u/jew sekondarju(sekondarji) b’mikronutrjent(i) għal bexx tal-weraq, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant”.

(f)

It-taqsima E.2.4. li ġejja hija miżjuda:

“E.2.4.   Taħlitiet solidi jew fluwidi ta’ fertilizzanti mikronutrijenti

Nru

Speċifikazzjoni tat-tip

Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

Kontenut minimu ta’ nutrijenti (perċentwali skont il-piż)

Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

Rekwiżiti oħra

Dejta oħra dwar it-tip ta’ speċifikazzjoni

Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

Kriterji oħra

1

2

3

4

5

6

1

Taħlita ta’ mikronutrijenti

Prodott ottenut bit-taħlita ta’ żewġ fertilizzanti jew aktar tat-tip E.1

Total ta’ mikronutrijenti: 5 % skont il-massa tal-fertilizzant

Mikronutrijent individwali skont it-Taqsima E.2.1

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-ismijiet ta’ kwalunkwe anjoni minerali jekk dawn ikunu preżenti

2.

l-isem (ismijiet) ta’ kwalunkwe aġenti kelatini awtorizzati jekk dawn ikunu preżenti

Kontenut totali ta’ kull nutrijent

Kontenut li jinħall fl-ilma ta’ kull nutrijent jekk dan ikun preżenti

Mikronutrjient kelat minn kull aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i) jekk dan(dawn) ikun(u) preżenti

2

Taħlita fluwida ta’ mikronutrijenti

Prodott ottenut mit-taħlil u/jew is-sospensjoni ta’ żewġ fertilizzanti jew aktar tat-tip E.1 fl-ilma

Total ta’ mikronutrijenti: 2 % skont il-massa tal-fertilizzant

Mikronutrijent individwali skont it-Taqsima E.2.1

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-ismijiet ta’ kwalunkwe anjoni minerali jekk dawn ikunu preżenti

2.

l-isem (ismijiet) ta’ kwalunkwe aġenti kelanti awtorizzati jekk dawn ikunu preżenti

Kontenut totali ta’ kull nutrijent

Kontenut li jinħall fl-ilma ta’ kull nutrijent jekk dan ikun preżenti

Mikronutrjient kelat minn kull aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i), jekk dan ikun preżent”

(4)

Fit-Taqsima E.3.1. tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“Aċidu iminodisuccinic

IDHA

C8H11O8N

131669-35-7”.


ANNESS II

It-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Metodu 2.6.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

Metodu 2.6.2

Kalkolu tat-total ta’ nitroġenu fil-fertilizzanti li jkun fihom biss in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonjakali u urejku b’żewġ metodi differenti

EN 15750: Fertilizzanti. Kalkolu tat-total ta’ nitroġenu fil-fertilizzanti li jkun fihom biss in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonjakali u urejku b’żewġ metodi differenti.

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

(2)

Jiżdied il-metodu 2.6.3 li ġej:

Metodu 2.6.3

Kalkolu ta’ kondensati tal-urea li jużaw HPLC – Isobutylenediurea u crotonylidenediurea (metodu A) u methylen-urea-oligomeri (metodu B)

EN 15705: Fertilizzanti. Kalkoku tal-kondensati tal-urea li jużaw il-kromatografija f’fażi likwida, b’rendiment għoli (HPLC). Isobutylenediurea u crotonylidenediurea (metodu A) u methylen-urea oligomeri (metodu B)

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

(3)

Jiddaħħal it-titolu tal-metodu 5 li ġej:

“Dijossidu tal-karbonju”

(4)

Jiddaħħal il-metodu 5.1 li ġej:

Metodu 5.1

Kalkolu tad-dijossidu tal-karbonju – Parti I: metodu għall-fertilizzanti solidi

EN 14397-1: Fertilizzanti u materjali tal-ġir. Kalkolu tad-dijossidu tal-karbonju. Parti I: metodu għall-fertilizzanti solidi

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

(5)

Il-Metodu 8.9 qed jinbidel b’dan li ġej:

Metodu 8.9

Kalkolu tal-kontenut tas-sulfati li juża tliet metodi differenti

EN 15749: Fertilizzanti. Kalkolu tal-kontenut tas-sulfati li juża tliet metodi differenti

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”