|
9.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2011
tat-8 ta’ Frar 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESPROSS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (EC) Nru 458/2007 waqqaf qafas metodoloġiku biex jintuża għall-ġbir tal-istatistika fuq bażi komparabbli għall-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea u skadenzi għat-trażmissjoni u t-tixrid tal-istatistika miġbura skont is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (minn issa ‘l quddiem tissejjaħ “ESSPROS”). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (EC) No 458/2007, il-miżuri ta’ implimentazzjoni relatati mal-formati għat-trażmissjoni tad-dejta, mar-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u mal-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali għandhom jiġu adottati. |
|
(3) |
Il-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandu jinkiseb bl-użu tal-“approċċ ristrett”, biex fis-sistema prinċipali tal-ESSPROS ikun hemm l-istess popolazzjoni ta’ benefiċjarji tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali grossi. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-formati għat-trażmissjoni tad-dejta u r-riżultati li għandhom jiġu trażmessi għall-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu skont kif huma stabbiliti fl-Anness I.
2. Il-kriterji għall-kejl tal-kwalità tad-dejta relatata mal-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu skont kif huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Formati għat-trażmissjoni tad-dejta marbuta mal-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti u r-riżultati li għandhom jiġu trażmessi
1. DEJTA LI GĦANDHA TIĠI TRAŻMESSA
Id-dejta dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti (approċċ ristrett) għandha tiġi trażmessa skont il-format ipprovdut mill-Kummissjoni.
Il-varjabbli li għandhom jiġu trażmessi huma dawn li ġejjin:
|
1.1. |
Ir-Rati Fiskali Medji Dettaljati (AITR) u r-Rati ta’ Kontribuzzjoni Soċjali Medji Dettaljati (AISCR) analizzati simultanjament skont:
|
|
1.2. |
Benefiċċji fiskali residwi (li jingħataw biss jekk ma jittieħidx kont tagħhom dirett fl-AITR u/jew l-AISCR). Kull benefiċċju fiskali residwu għandu jinqasam skont il-funzjoni li tikkorrispondi mal-lista ta’ riskji u ħtiġijiet, iddefinita fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007, fl-ewwel livell ta’ klassifikazzjoni. Id-dejta għall-benefiċċji fiskali residwi għandha tiġi pprovduta fil-munita nazzjonali. |
|
1.3. |
Id-dejta dwar il-benefiċċji soċjali netti (approċċ ristrett) analizzata simultanjament skont:
Il-benefiċċji soċjali netti għandhom jinkisbu bil-konnessjoni tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali grossi stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1322/2007 mal-varjabbli elenkati fil-punti 1.1 u 1.2. |
2. MANWAL TA’ REFERENZA
Il-klassifikazzjonijiet u d-definizzjonijiet dettaljati li jridu jintużaw għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Manwal tal-ESSPROS prodott mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
ANNESS II
A. KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ TAD-DEJTA MARBUTA MAL-MODULU DWAR IL-BENEFIĊĊJI TAL-ĦARSIEN SOĊJALI NETTI
Bi qbil mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-valutazzjoni annwali tal-kwalità tal-ġabra ta’ benefiċċji għall-ħarsien soċjali netti għandha tapplika l-kriterji ta’ kwalità li ġejjin: ir-rilevanza, il-preċiżjoni, l-intervent f’waqtu, il-puntwalità, l-aċċessibilità u ċ-ċarezza, il-komparabilità u l-koerenza.
B. TAGĦRIF LI JRID JIĠI TRAŻMESS
L-Istati Membri għandhom jipprovdu tagħrif dwar:
1. Kuntatt
1.1. Dettalji tal-kompilatur tad-dejta.
2. Preċiżjoni
2.1. Kopertura tas-sorsi tad-dejta: it-tipi ta’ sorsi użati (reġistri jew sorsi oħra amministrattivi, stħarriġ, stimi); dettalji tal-iskemi/funzjonijiet koperti mit-tipi differenti ta’ sorsi; rapporti dwar problemi ta’ kopertura ta’ sorsi ta’ dejta li jwasslu għall-istima tad-dejta.
2.2. Metodoloġiji u suppożizzjonijiet użati fl-istimi u f’każ ta’ kopertura mhux kompluta tas-sorsi ta’ dejta:
|
— |
dejta amministrattiva, |
|
— |
stħarriġ, |
|
— |
immudellar, |
|
— |
oħrajn (speċifika). |
2.3. Reviżjoni ta’ statistika:
|
— |
tibdil fis-sorsi ta’ dejta użati, |
|
— |
tibdil fil-metodi u suppożizzjonijiet użati għall-istima tad-dejta, |
|
— |
reviżjonijiet ta’ dejta minħabba aġġustamenti kunċettwali (pereżempju aġġustamenti ta’ kontijiet nazzjonali), |
|
— |
reviżjonijiet ta’ dejta minħabba disponibilità ta’ statistika finali, |
|
— |
reviżjonijiet ta’ dejta minħabba azzjonijiet ta’ reviżjoni tal-kwalità, |
|
— |
deskrizzjoni tal-politika ta’ reviżjoni ta’ dejta adottata. |
3. Komparabilità
3.1. Komparabilità ġeografika
|
— |
devjazzjonijiet mill-kopertura kompluta tad-dejta finali, |
|
— |
devjazzjonijiet mill-metodoloġija tal-ESSPROS, |
|
— |
dettalji dwar ir-raġunijiet għad-devjazzjoni u l-metodi użati, |
|
— |
stima tal-impatt ta’ dawn id-devjazzjonijiet fuq il-komparabilità. |
3.2. Il-komparabilità matul iż-żmien:
|
— |
deskrizzjoni tal-korrispondenza bejn il-kopertura tad-dejta storika u l-kopertura tad-dejta attwali, |
|
— |
deskrizzjoni tal-komparabilità tad-dejta storika u d-dejta attwali. |
4. Aċċessibilità u ċarezza
4.1. Deskrizzjoni tal-politika ta’ tixrid ta’ dejta adottata mill-pajjiż.
4.2. Deskrizzjoni tal-metadejta/metodoloġija pprovduta lill-utenti.
5. Rilevanza
5.1. Deskrizzjoni ta’ kif it-tagħrif statistiku jilħaq il-ħtiġijiet attwali u potenzjali tal-utenti.
C. SKEDA GĦALL-PRODUZZJONI TAR-RAPPORTI DWAR IL-KWALITÀ
Ir-rapporti dwar il-kwalità fuq il-modulu tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti jsiru fuq bażi annwali.
Ir-rapport dwar is-sena N għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Jannar tas-sena N + 3.
D. FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RAPPORTI DWAR IL-KWALITÀ
It-tagħrif dwar il-kwalità tad-dejta għandu jiġi trażmess skont il-format ipprovdut mill-Kummissjoni (Eurostat).