2.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 84/2011

tal-31 ta’ Jannar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 (2),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK kif emendata tipprevedi l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, inter alia, tal-persuni li huma responsabbli għall-vjolazzjonijiet ta’ standards elettorali internazzjonali waqt l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Bjelorussja fid-19 ta’ Diċembru 2010 u r-repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, kif ukoll ta’ dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

(2)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn ikunu implimentati.

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(4)

Is-setgħa li jiġu emendati l-listi fl-Anness I u IA għal dan ir-Regolament għandha tkun eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali maħluqa mis-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, u biex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess ta’ emendar u rieżami tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/69/PESK.

(5)

Il-proċedura biex jiġu emendati l-listi fl-Annessi I u IA għal dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati, sabiex tingħatalhom opportunità biex iressqu l-osservazzjonijiet. Fejn jitressqu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jgħarraf lill-persuna, entità jew korp ikkonċernat kif meħtieġ.

(6)

Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku l-ismijiet u data rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (3) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4).

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew l-Anness IA, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew l-Anness IA jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   Il-parteċipazzjoni, konxjament u b’intenzjoni, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b’mod dirett jew indirett, li jevitaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ipprojbit.

4.   L-Anness I għandu jikkonsisti fil-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK kif emendata.

5.   L-Anness IA għandu jikkonsisti fil-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK kif emendata.”

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2b

1.   L-Annessi I u IA għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati.

2.   L-Annessi I u IA għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi ikkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, din l-informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet fosthom psewdonomi, data u post tat-twelid, ċittadinanza, numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi, din l-informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, post u data ta’ reġistrazzjoni, numru tar-reġistrazzjoni u post tan-negozju.”

(3)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li jidhrilhom adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness I jew fl-Anness IA u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta’ servizzi legali; jew

(ċ)

intiżi esklużivament għall-ħlas ta’ miżati jew kontijiet għal servizzi fil-pussess jew iż-żamma normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, wara li jkun ġie kkonstatat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom huwa jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 jew 2.”

(4)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.”

(5)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

1.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), hu għandu jemenda l-Annessi I jew IA kif meħtieġ.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu mressqa osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jgħarraf lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp kif meħtieġ.

4.   Il-listi fl-Annessi I u IA għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.”

(6)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9b

F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.”

(7)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness I.

(8)

It-test imniżżel fl-Anness II jiddaħħal fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala Anness IA.

(9)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.

(2)  Ara paġna 40 ta' dan Il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2(1), 2(2) u 2(4)

 

Ismijiet (traskrizzjoni bl-Ingliż)

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Data tat-twelid

Post tat-twelid

Indirizz

Numru tal-passaport

Pożizzjoni

1.

Lukashenko, Aleksandr Grigorievich

(Lukashenka, Alaksandr Ryhoravich)

Лукашенка Аляксандр Рыгоравiч

ЛУКАШЕНКО Александр Григорьевич

30.8.1954

Kopys, distrett ta' Vitebsk

 

 

President

2.

Nevyglas, Gennady Nikolaevich

(Nievyhlas, Hienadz Mikalayevich)

Невыглас Генадзь Мiкалаевiч

НЕВЫГЛАС Геннадий Николаевич

11.2.1954

Parahonsk, distrett ta' Pinsk

 

 

Kap tal-Amministrazzjoni tal-President

3.

Petkevich, Natalya Vladimirovna

(Piatkevich, Natallia Uladzimirauna)

Пяткевiч Наталля Уладзiмiраўна

ПЕТКЕВИЧ Наталья Владимировна

24.10.1972

Minsk

 

 

Ex Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President

4.

Rubinov, Anatoly Nikolaevich

(Rubinau, Anatol Mikalaevich)

Рубiнаў Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ Анатолий Николаевич

4.4.1939

Mogilev

 

 

Viċi Kap inkarigat mill-Mezzi tax-Xandir u l-Ideoloġija, PA

5.

Proleskovsky, Oleg Vitoldovich

(Pralaskouski, Aleh Vitoldavich)

Праляскоўски Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ Олег Витольдович

1.10.1963

Zagorsk (Russja, issa Sergijev Posad)

 

 

Ministru tal-Informazzjoni

6.

Radkov, Aleksandr Mikhailovich

(Radzkou, Aleksandr Mikhailovich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ Александр Михайлович

1.7.1951

Botnia, Вотня Быховского района Могилевской области

 

 

Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President

7.

Rusakevič, Vladimir Vasilyievič (Rusakevich, Uladzimir Vasilievich)

Русакевiч Уладзiмiр Васiльевiч

РУСАКЕВИЧ Владимир Васильевич

13.9.1947

Vygonoshchi, Выгонощи, Брестская область

 

 

Ex Ministru tal-Informazzjoni

8.

Golovanov Viktor Grigoryevich

(Halavanau, Viktar Ryhoravich)

Галаванаў Вiктар Рыгоравiч

ГОЛОВАНОВ Виктор Григорьевич

1952

Borisov

 

 

Ministru tal-Ġustizzja

9.

Zimovski, Alexandr Leonidovich

(Zimouski Alaksandr Lieanidavich; Zimovsky, Alexander Leonidovich)

Зiмоўскi Аляксандр Леанiдавiч

ЗИМОВСКИЙ Александр Леонидович

10.1.1961

Ġermanja

 

 

Ex President tat-Televiżjoni tal-Istat

10.

Konopliev, Vladimir Nikolaevich

(Kanaplio, u Uladzimir Mikalaevich)

Канаплёў Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ Владимир Николаевич

3.1.1954

Akulintsi, д. Акулинцы Могилевского района

 

 

President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament

11.

Cherginets, Nikolai Ivanovich

(Charhiniets, Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЧЕРГИНЕЦ Николай Иванович

17.10.1937

Minsk

 

 

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Superjuri

12.

Kostian, Sergei Ivanovich

(Kastsian, Siarhiei Ivanavich),

Касцян Сяргей Iванавич

КОСТЯН Сергей Иванович

15.1.1941

Usokhi, distrett ta' Mogilev,

Усохи Кличевского района Могилевской области

 

 

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Inferjuri

13.

Orda, Mikhail Sergeevich

(Orda, Mikhail Siarhieevich)

Орда Мiхаiл Сяргеевiч

ОРДА Михаил Сергеевич

28.9.1966

Dyatlovo, distrett ta' Grodno,

Дятлово Гродненской области

 

 

Membru tal-Kamra Superjuri, mexxej tal-BRSM

14.

Lozovik, Nikolai Ivanovich

(Lazavik Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

18.1.1951

Nevinyany, distrett ta' Minsk,

Невиняны Вилейского р-на Минской обл

 

 

Segretarju, CEC

15.

Miklashevich, Petr Petrovich

(Miklashevich Piotr Piatrovich)

Мiклашэвiч Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ Петр Петрович

1954

Kosuta, distrett ta' Minsk,

Косута Минской области

 

 

Prosekutur Ġenerali

16.

Slizhevski, Oleg Leonidovich

(Slizheuski, Aleh Leanidavich)

Слiжэўскi Алег Леанiдавiч

СЛИЖЕВСКИЙ Олег Леонидович

 

 

 

 

Membru, CEC

17.

Khariton, Aleksandr (Kharyton, Alaksandr)

Харытон Аляксандр

ХАРИТОН Александр

 

 

 

 

Konsulent tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet Soċjali, Partiti u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja

18.

Smirnov, Evgeny Aleksandrovich

(Smirnou, Yauhien Alaksandravich

Смiрноў Яўген Аляксандравiч

CМИРНОВ Евгений Александрович

15.3.1949

distrett ta' Ryazan, Russja

 

 

Prim Deputat tal-President tal-Qorti Ekonomika

19.

Reutskaia, Nadezhda Zalonva

(Ravutskaya, Nadzieja Zalauna)

Равуцкая Надзея Залаўна

РЕУТСКАЯ Надежда Заловна

 

 

 

 

Imħallef tad-distrett ta' Moska ta' Minsk

20.

Trubnikov, Nikolai Alekseevich

(Trubnikau, Mikalai Alakseevich)

Трубнiкаў Мiкалай Аляксеевiч

ТРУБНИКОВ Николай Алексеевич

 

 

 

 

Imħallef tad-distrett ta' Partizanskiy ta' Minsk

21.

Kupriianov, Nikolai Mikhailovich

(Kupryianau Mikalai Mikhailavich)

Купрыянаў Мiкалай Мiхайлавiч

КУПРИЯНОВ Николай Михайлович

 

 

 

 

Viċi Prosekutur Ġenerali

22.

Sukhorenko, Stepan Nikolaevich

(Sukharenka, Stsiapan Mikalaevich)

Сухарэнка Сцяпан Мiкалаевiч

СУХОРЕНКО Степан Николаевич

27.1.1957

Zdudichi, distrett ta' Gomel,

Здудичи Светлогорского района Гомельской области

 

 

President tal-KGB

23.

Dementei, Vasili Ivanovich

(Dzemiantsiei, Vasil Ivanavich)

Дземянцей Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ Василий Иванович

 

 

 

 

Prim Deputat, KGB

24.

Kozik, Leonid Petrovich

(Kozik, Leanid Piatrovich)

Козiк Леанiд Пятровiч

КОЗИК Леонид Петрович

13.7.1948

Borisov

 

 

Kap tal-Federazzjoni tat-Trade Unions

25.

Koleda, Alexandr Mikhailovich

(Radzkou, Aleksandr Mikhailovich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

КОЛЕДА Александр Михайлович

 

 

 

 

Membru, CEC

26.

Mikhasev, Vladimir Ilich

(Mikhasiou, Uladzimir Iliich)

Мiхасёў Уладзiмiр Iльiч

МИХАСЕВ Владимир Ильич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Gomel

27.

Luchina, Leonid Aleksandrovich

Лучына Леанiд Аляксандравiч

ЛУЧИНА Леонид Александрович

18.11.1947

Distrett ta' Minsk

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Grodno

28.

Karpenko, Igor Vasilievich

(Karpenka, Ihar Vasilievich)

Карпенка Iгар Васiльевiч

КАРПЕНКО Игорь Васильевич

28.4.1964

Novokuznetsk, Russja

Новокузнецк Кемеровской области, Россия

 

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Belt ta' Minsk

29.

Kurlovich, Vladimir Anatolievich

(Kurlovich, Vladimir Anatolievich)

Курловiч Уладзiмiр Анатольевiч

КУРЛОВИЧ Владимир Анатольевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Minsk

30.

Metelitsa, Nikolai Timofeievich

(Miatsielitsa, Mikalai Tsimafeevich)

Мяцелiца Мiкалай Цiмафеевiч

МЕТЕЛИЦА Николай Тимофеевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Mogilev

31.

Pishchulenok, Mikhail Vasilievich (Pishchulenak, Mikhail Vasilievich)

Пiшчулёнак Мiхаiл Васiльевiч

ПИЩУЛЕНОК Михаил Васильевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Vitebsk

32.

Ribakov, Alexei

РЫБАКОЎ Аляксей

РЫБАКОВ Алексей

 

 

Ul. Ul.Jesenina 31-1-104, Minsk

 

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Minsk Moskovsky

33.

Bortnik, Sergei Aleksandrovich

Бортнiк Сяргей Аляксандравiч

БОРТНИК Сергей Александрович

28.5.1953

Minsk

Ul. Surganovo 80-263, Minsk

MP0469554

Prosekutur Pubbliku

34.

Iasinovich, Leonid Stanislavovich

Ясiновiч Леанiд Станiслававiч

ЯСИНОВИЧ Леонид Станиславович

26.11.1961

Buchani, distrett ta' Vitebsk

Ul. Gorovtsa 4-104, Minsk

MP0515811

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Minsk Tsentralny

35.

Migun, Andrei Arkadevich

Мiгун Андрэй Аркадзевiч

МИГУН Андрей Аркадевич

5.2.1978

Minsk

UI. UI.Goretskovo Maksima 53-16, Minsk

MP1313262

Prosekutur Pubbliku

36.

Sheiman, Victor Vladimirovich

 

ШЕЙМАН Виктор Владимирович

26.5.1958

Reġjun ta' Grodno

 

 

Ex Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, attwalment Assistent/Ajjutant Speċjali tal-President

37.

Naumov, Vladimir Vladimïrovich

 

НАУМОВ Владимир Владимирович

7.2.1956

Smolensk

 

 

Ex Ministru tal-Intern, attwalment President tal-Federazzjoni Nazzjonali tal-Ħoki

38.

Pavlichenko, Dmitri Valeriyevich (Pavliuchenko, Dmitry)

 

Павличенко, Дмитрий Валериевич

1966

Vitebsk

 

 

Kap tal-Grupp ta' Rispons Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR)

39.

Ermoshina, Lidia Mikhailovna

(Yermoshina, Lydia Mihajlovna)

 

ЕРМОШИНА Лидия Михайловна

29.1.1953

Slutsk (Reġjun ta' Minsk)

 

 

President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Bjelorussja (CEC)

40.

Podobed, Iuri Nikolaevich

(Podobed, Yuri Nikolaevich)

 

Подобед, Юрий Николаевич

5.3.1962

Slutsk (Minsk)

 

 

Unità għal Finijiet Speċjali, Ministeru tal-Intern”


ANNESS II

“ANNESS IA

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2(1), 2(2) u 2(5)

 

Isem

Isem bir-Russu

Post u Data tat-Twelid

Pożizzjoni

1.

Lukashenko, Viktor Aleksandrovich

Лукашенко Виктор Александрович

1976

Assistent/Ajjutant tal-President f'Affarijiet ta' Sigurtà Nazzjonali.

2.

Bazanov, Aleksandr Viktorovich

Базанов Александр Викторович

 

Direttur, Ċentru ta' Informazzjoni u Analiżi tal-President

3.

Gusev, Aleksei Viktorovich

Гусев Алексей Викторович

 

Prim Viċi Direttur, Ċentru ta' Informazzjoni u Analiżi tal-President

4.

Krishtapovich, Lev Efstafievich

Криштапович Лев Евстафьевич

 

Viċi Direttur, Ċentru ta' Informazzjoni u Analiżi tal-President

5.

Kolos, Elena Petrovna

Колос Елена Петровна

 

Viċi Direttur, Ċentru ta' Informazzjoni u Analiżi tal-President

6.

Makei, Vladimir Vladimirovich

МАКЕЙ Владимир Владимирович

5 ta' Awwissu 1958, Reġjun ta' Grodno

Kap tal-Amminstrazzjoni tal-President

7.

Ianchevski, Vsevolod Viacheslavovich

ЯНЧЕВСКИЙ Всеволод Вячеславович

22 ta' April 1976, Borisov

Ajjutant tal-President, Kap tad-Dipartiment tal-Ideoloġija tal-Amministrazzjoni tal-President

8.

Maltsev, Leonid Semenovich

МАЛЬЦЕВ Леонид Семенович

29 ta' Awwissu 1949, Vetenevka, Slonim raion, Reġjun ta' Grodno

Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà

9.

Tiurin, Andrei

Тюрин, Андрей

 

Kap tal-Istakkament tas-Sigurtà tal-President

10.

Ipatov, Vadim Dmitrievich

ИПАТОВ Вадим Дмитриевич

 

Viċi President, Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

11.

Bushnaia, Natalia Vladimirovna

Бушная, Наталья Владимировна

 

Membru, CEC

12.

Bushchik, Vasili Vasilevich

Бущик, Василий Васильевич

 

Membru, CEC

13.

Katsubo, Svetlana Petrovna

Кацубо, Светлана Петровна

 

Membru, CEC

14.

Kiseleva, Nadezhda Nikolaevna

Киселева, Надежда Николаевна

 

Membru, CEC

15.

Podoliak, Eduard Vasilievich

Подоляк, Эдуард Васильевич

 

Membru, CEC

16.

Rakhmanova, Marina Iurievna

Рахманова, Марина Юрьевна

 

Membru, CEC

17.

Shchurok, Ivan, Antonovich

Щурок, Иван Антонович

 

Membru, CEC

18.

Kiselev, Anatoli Semenovich

Киселев, Анатолий Семенович

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Reġjun ta' Brest

19.

Kriukovski, Viacheslav Iefimovich

Крюковский, Вячеслав Ефимович

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Reġjun ta' Vitebsk

20.

Stosh, Nikolai Nikolaievich

Стош, Николай Николаевич

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Reġjun ta' Gomel

21.

Savko, Valeri Iosifovich

Савко, Валерий Иосифович

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Reġjun ta' Grodno

22.

Vasiliev, Aleksei Aleksandrovich

Васильев, Алексей Александрович

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Reġjun ta' Minsk

23.

Berestov, Valeri Vasilevich

Берестов, Валерий Васильевич

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (REC), Reġjun ta' Mogilev

24.

Vasilievich, Grigoriy Alekseievich

ВАСИЛЕВИЧ Григорий Алексеевич

13 ta' Frar 1955

Prosekutur Ġenerali

25.

Shved, Andrei Ivanovich

Швед Андрей Иванович

 

Viċi Prosekutur Ġenerali

26.

Lashin, Aleksandr Mikhailovich

Лашин, Александр Михайлович

 

Viċi Prosekutur Ġenerali

27.

Konon, Viktor Aleksandrovich

Конон, Виктoр Александрович

 

Viċi Prosekutur Ġenerali

28.

Stuk, Aleksei Konstantinovich

Стук, Алексей Константинович

 

Viċi Prosekutur Ġenerali

29.

Kuklis, Nikolai Ivanovich

Куклис, Николай Иванович

 

Viċi Prosekutur Ġenerali

30.

Khmaruk, Sergei Konstantinovich

Хмарук, Сергей Константинович

 

Prosekutur tad-Distrett ta' Brest

31.

Dysko, Gennadi Iosifovich

Дыско, Генадий Иосифович

 

Prosekutur tad-Distrett ta' Vitebsk

32.

Shaiev, Valentin Pietrovich

Шаев, Валентин Петрович

 

Prosekutur tad-Distrett ta' Gomel

33.

Morozov, Viktor Nikolaievich

Морозов, Виктор Николаевич

 

Prosekutur tad-Distrett ta' Grodno

34.

Arkhipov, Aleksandr Mikhailovich

Архипов, Александр Михайлович

 

Prosekutur tad-Distrett ta' Minsk

35.

Sienkievich, Eduard Aleksandrovich

Сенькевич, Эдуард Александрович

 

Prosekutur tad-Distrett ta' Mogilev

36.

Kulik, Nikolai Nikolaievich

Кулик, Николай Николаевич

 

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk

37.

Dudkin, Anatoli Konstantynovich

Дудкин, Анатолий Константинович

 

Prosekutur għal Kwistjonijiet ta' Trasport tar-Repubblika tal-Bjelorussja

38.

Dranica, Aleksandr Nikolaievich

Драница, Александр Николаевич

 

Prosekutur Ġenerali tal-Armata

39.

Vileichik, Aleksandr Vladimirovich

ВИЛЕЙЧИК Александр Владимирович

1964

Prim Viċi Ministru tal-Ġustizzja

40.

Lomat, Zenon Kuzmich

Ломать, Зенон Кузьмич

1944, Karabani

Ex President tal-Kumitat ta' Kontroll tal-Istat

41.

Kuleshov, Anatoliy Nilovich

Кулешов Анатолий Нилович

1959

Ministru tal-Intern

42.

Pekarski, Oleg Anatolievich

Пекарский, Олег Анатольевич

 

Prim Viċi Ministru tal-Intern

43.

Poludien, Evgeni Evgenievich

Полудень, Евгений Евгеньевич

 

Viċi Ministru tal-Intern

44.

Evseev, Igor Vladimirovich

Евсеев, Игорь Владимирович

 

Mexxej tal-iskwadra ta' operazzjoni OMON

45.

Farmagey, Leonid Konstantinovich

ФАРМАГЕЙ, Леонид Константинович

1962

Kmandant tal-Milizzja tad-Distrett ta' Minsk

46.

Lukomsky, Aleksandr Valentinovych

Лукомский, Александр Валентинович

 

Kmandant tar-Reġiment Speċjali tal-Ministeru tal-Intern tad-Distrett ta' Minsk

47.

Zaicev, Vadim Iurievich

Зайцев, Вадим Юрьевич

1964

Kap tal-KGB

48.

Dedkov, Leonid Nikolaevich

Дедков, Леонид Николаевич

 

Prim Viċi Kap tal-KGB, Kap tal-KGB tad-Distrett ta' Vitebsk

49.

Bakhmatov, Igor Andreevich

Бахматов, Игорь Андреевич

 

Viċi Kap tal-KGB

50.

Tertiel, Ivan Stanislawovich

Тертель Иван Станиславович

 

Viċi Kap tal-KGB

51.

Smolenski, Nikolai Zinovievich

Смоленский, Николай Зиновьевич

 

Viċi Kap tal-KGB

52.

Vegera, Victor Pavlovich

Вегера Виктор Павлович

 

Ex Prim Viċi Kap tal-KGB

53.

Svorob, Nikolai Konstantinovich

Свороб, Николай Константинович

 

Ex Viċi Kap tal-KGB

54.

Tretiak, Piotr

Третьяк, Петр

 

Viċi Kap tal-KGB

55.

Zakharov, Aleksei Ivanovich

Захаров, Алексей Иванович

 

Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ tal-KGB

56.

Tolstashov, Aleksandr Olegovich

Толсташов Александр Олегович

 

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Protezzjoni tal-Ordni Kostituzzjonali u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu

57.

Rusak, Viktor

Русак, Виктор

 

Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika

58.

Yurata, Viktor

Юрата, Виктор

 

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Komunikazzjoni tal-Istat

59.

Voropaev, Igor Grigorievich

Воропаев Игорь Григорьевич

 

Ex Kap tal-Bord tal-KGB għall-Komunikazzjoni tal-Istat

60.

Kalach, Vladimir Viktorovich

Калач Владимир Викторович

 

Ex Kap tal-KGB tad-Distrett ta' Minsk

61.

Busko, Igor Evgenievich

Бусько Игорь Евгеньевич

 

Kap tal-KGB tal-Belt ta' Brest

62.

Korzh, Ivan Aleksieevich

Корж Иван Алексеевич

 

Kap tal-KGB tal-Belt ta' Grodno

63.

Sergeenko, Igor Petrovich

Сергеенко Игорь Петрович

 

Kap tal-KGB tal-Belt ta' Mogilev

64.

Gerasimenko, Gennadiy Anatolievich

Герасименко Геннадий Анатольевич

 

Kap tal-KGB tal-Belt ta' Gomel

65.

Leskovski, Ivan Anatolievich

Лесковский Иван Анатольевич

 

Ex Kap tal-KGB tal-Belt ta' Gomel

66.

Maslakov, Valeri

Маслаков Валерий

 

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Intelligence

67.

Volkov, Sergei

Волков Сергей

 

Ex Kap tal-Bord tal-KGB għall-Intelligence

68.

Zhadobin, Iuri Viktorovich

ЖАДОБИН Юрий Викторович

14 ta' Novembru 1954

Ministru tad-Difiża

69.

Krashevski, Victor

КРАШЕВСКИЙ Виктор

 

Kap tal-GRU

70.

Ananich, Lilya Stanislavovich

АНАНИЧ Лилия Станиславовна

1960

Prim Viċi Minstru tal-Informazzjoni

71.

Laptienok, Igor Nikolaevich

ЛАПТЕНОК Игорь Николаевич

1961

Viċi Kap Ministru tal-Informazzjoni

72.

Davydko, Gennadi Bronislavovich

Давидко, Геннадий Брониславович

 

President tat-Televiżjoni tal-Istat

73.

Koziatko, Iuri Vasilievich

КОЗИЯТКО Юрий Васильевич

1964, Brest

Direttur Ġenerali tal-‘Stolichnoe Televidenie’

74.

Yakubovich, Pavel Izotovich

ЯКУБОВИЧ Павел Изотович

23 ta' Settembru 1946

Kap Editur tal-‘Sovietskaia Belarus’

75.

Lemeshenok, Anatoli Ivanovich

ЛЕМЕШЕНОК Анатолий Иванович

 

Kap Editur tar-‘Republika’

76.

Prokopov, Iuri

Прокопов Юрий

 

Ġurnalist tal-kanal tat-Televiżjoni tal-Istat ‘Pervi’ (Nru 1) b'pożizzjoni ta' anzjanità u influwenti

77.

Mikhalchenko, Aleksei

Михальченко Алексей

 

Ġurnalist tal-kanal tat-Televiżjoni tal-Istat ONT b'pożizzjoni ta' anzjanità u influwenti

78.

Taranda, Aleksandr Mikhailovich

Таранда Александр Михайлович

 

Viċi Editur tal-Gazzetta ‘Sovietskaia Belarus’

79.

Gordienko, Sergei Aleksandrovich

Гордиенко Сергей Александрович

 

Viċi Editur tal-Gazzetta ‘Sovietskaia Belarus’

80.

Toropetskaia, Galina Mikhailovna

Торопецкая Галина Михайловна

 

Viċi Editur tal-Gazzetta ‘Sovietskaia Belarus’

81.

Shadrina, Anna Stanislavovna

Шадрина Анна Станиславовна

 

Viċi Editur tal-Gazzetta ‘Sovietskaia Belarus’

82.

Zhuk, Dmitri

Жук Дмитрий

 

Direttur Ġenerali (CEO) Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat BIELTA

83.

Gigin, Vadim

Гигин Вадим

 

Kap Editur ta' rivista ta' kull xahar ‘Belorusskaia Dumka’

84.

Ablameiko, Sergei Vladimirovich

Абламейко, Сергей Владимирович

 

Rettur, Università Statali Bjelorussa

85.

Sirenko, Victor Ivanovich

Сиренко Виктор Иванович

 

Kap Kirurgu tal-Isptar għall-Emerġenzi ta' Minsk

86.

Ananich, Alena Nikolaevna

Ананич Елена Николаевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Pervomaysky Rayon tal-Belt ta' Minsk

87.

Revinskaia, Tatiana Vladimirovna

Ревинская Татьяна Владимировна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Pervomaysky Rayon tal-Belt ta' Minsk

88.

Esman, Valeri Aleksandrovich

Есьман Валерий Александрович

 

Imħallef fil-Qorti Ċentrali ta' Rayon tal-Belt ta' Minsk

89.

Bychko, Aleksey Viktorovich

Бычко Алексей Викторович

 

Imħallef fil-Qorti Ċentrali ta' Rayon tal-Belt ta' Minsk

90.

Hodanevich, Aleksandr Aleksandrovich

Ходаневич Александр Александрович

 

Imħallef fil-Qorti Ċentrali ta' Rayon tal-Belt ta' Minsk

91.

Iasenovich, Leonid

Ясенович Леонид

 

Imħallef fil-Qorti Ċentrali ta' Rayon tal-Belt ta' Minsk

92.

Baranovski, Andrei Fedorovich

Барановский Андрей Федорович

 

Imħallef fil-Qorti ta' Partisanski Rayon tal-Belt ta' Minsk

93.

Titenkova, Elena Victorovna

Титенкова Елена Викоровна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Partisanski Rayon tal-Belt ta' Minsk

94.

Tupik, Vera Mikhalevna

Тупик Вера Михайловна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Leninski Rayon tal-Belt ta' Minsk

95.

Nekrasova, Elena Timofeevna

Некрасова Елена Тимофеевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Zavadski Rayon tal-Belt ta' Minsk

96.

Lapteva, Elena Viacheslavovna

Лаптева Елена Вячеславовна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Zavadski Rayon tal-Belt ta' Minsk

97.

Bolovnev, Nikolai Vasilevich

Боловнев Николай Васильевич

 

Imħallef fil-Qorti ta' Zavadski Rayon tal-Belt ta' Minsk

98.

Kazak, Victor Vladimirovich

Казак Виктор Владимирович

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

99.

Shilko, Elena Nikolaevna

Шилько Елена Николаевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

100.

Simahina, Liubov Sergeievna

Симахина Любовь Сергеевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

101.

Kuznietsova, Natalia Anatolievna

Кузнецова Наталья Анатольевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

102.

Telitsa, Lidia Fedorovna

Телица Лидия Федоровна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

103.

Cherniak, Elena Leonidovna

Черняк Елена Леонидовна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

104.

Shestakov, Iuri Valerievich

Шестаков Юрий Валерьевич

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

105.

Motyl, Tatiana Iaroslavovna

Мотыль Татьяна Ярославовна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

106.

Khatkevich, Evgeni Viktorovich

Хаткевич Евгений Викторович

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-Belt ta' Minsk

107.

Gusakova, Olga Arkadievna

Гусакова Ольга Аркадьевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Oktiabrski Rayon tal-Belt ta' Minsk

108.

Shargai, Rita Petrovna

Шаграй Рита Петровна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Oktiabrski Rayon tal-Belt ta' Minsk

109.

Mitrakhovich, Irina Alekseievna

Митрахович Ирина Алексеевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Oktiabrski Rayon tal-Belt ta' Minsk

110.

Protosovitskaia, Natalia Vladimirovna

Протосовицкая Наталья Владимировна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Oktiabrski Rayon tal-Belt ta' Minsk

111.

Lapko, Maksim Fedorovich

Лапко Максим Федорович

 

Imħallef fil-Qorti ta' Oktiabrski Rayon tal-Belt ta' Minsk

112.

Varenik, Natalia Semenovna

Вареник Наталья Семеновна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Frunzenski Rayon tal-Belt ta' Minsk

113.

Zhukovskaia, Zhanna Alekseievna

Жуковская Жанна Алексеевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Frunzenski Rayon tal-Belt ta' Minsk

114.

Samoliuk, Anna Valerievna

Самолюк Анна Валерьевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Frunzenski Rayon tal-Belt ta' Minsk

115.

Lukashenko, Dmitri Aleksandrovich

Лукашенко Дмитрий Александрович

 

Negozjant, partiċipant attiv f'operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-familja Lukashenko

116.

Shugaiev, Sergei

Шугаев, Сергей

 

Viċi Kap tal-KGB mill-15.01.2010

117.

Kuzniecov, Igor

Кузнецов, Игорь

 

Kap taċ-Ċentru tal-Istat ta Taħriġ tal-KGB mill-15.01.2010”


ANNESS III

Anness II (Siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4(2) u 5, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea) għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

L-intestatura tal-Anness tinbidel b’dan li ġej:

“Is-siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4(2) u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea”

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519

GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral + Diplomacy/Global + Issues/International + Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/ Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id = 12750&LNG = en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

(2)

It-taqsima ‘Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea’ tinbidel b’dan li ġej:

“Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:

European Commission

Foreign Policy Instruments Service

Unit FPIS.2

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussell

Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73”