2.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 82/2011

tal-31 ta' Jannar 2011

li jistabbilixxi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' okoumé plywood li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’segwitu għal reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li jtemm reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta' prodotti li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2), (3), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni ta' anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 1942/2004 (2), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' okoumé plywood li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). Il-livelli tad-dazju imposti kienu jvarjaw minn 6,5 % sa 23,5 % għal erba’ produtturi u 66,7 % għall-produtturi l-oħra kollha.

2.   Talba għal reviżjoni tal-iskadenza u tnedija ex officio ta' reviżjoni interim parzjali

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (3) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni ta' okoumé plywood li joriġina fir-RPĊ, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(3)

Ir-reviżjoni tal-iskadenza tressqet mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Plywood (FEIC) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-proporzjon maġġuri, f’dan il-każ ta' aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-okoumé plywood. It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta' dumping u f’rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(4)

Barra minn hekk, wara proċediment tal-qorti Franċiża rigward l-imġiba kontra l-kompetizzjoni ta' għadd ta' produtturi Franċiżi tal-okoumé plywood, ġie kkunsidrat li ma setax ikun eskluż li din setgħet xekklet il-valutazzjoni tad-danni fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant kien ikkunsidrat bħala xieraq li titnieda wkoll b’mod parallel reviżjoni interim ex officio skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku biex tkun eżaminata mill-ġdid b’mod partikolari l-qagħda tad-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-qagħda li kienet tinsab fiha fil-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

(5)

Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed għat-tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza u reviżjoni interim parzjali limitata għall-eżami tad-danni skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta' tnedija ta' dawn ir-reviżjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (avviż ta' tnedija).

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(6)

L-investigazzjoni tal-probabilità ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009 (il-“perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”).

(7)

Il-kontroll tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabilità ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sa tmiem il-PIR (il-“perjodu meqjus”).

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati minn din l-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-utenti u l-importaturi li kienu magħrufa li huma kkonċernati kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ, bit-tnedija tar-reviżjonijiet.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta' smigħ fil-limiti taż-żmien stipulati fl-avviż ta' tnedija. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta' smigħ.

4.   It-teħid ta' kampjuni

(10)

Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi tal-Unjoni, importaturi u produtturi esportaturi fir-RPĊ, tqies li jkun xieraq, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jkun ikkontrollat jekk għandux jintuża t-teħid ta' kampjuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk dan ikun minnu, biex tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba biex jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mit-tnedija tar-reviżjoni u li jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta' tnedija lill-Kummissjoni.

(11)

Produttur esportatur Ċiniż wieħed biss resaq u pprovda l-informazzjoni mitluba fi żmien l-iskadenza mogħtija. Għaldaqstant ġie deċiż li t-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Intbagħat kwestjonarju lill-uniku produttur esportatur Ċiniż li kien qed jikkopera, u li madankollu sussegwentement waqaf jikkopera u qatt ma bagħat tweġiba għall-kwestjonarju. Għaldaqstant, kif hemm spjegat fil-premessa (20), f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, ir-riżultati kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(12)

Għaxar produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba fi żmien l-iskadenza mogħtija u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni fil-PIR u madwar 35 % tal-produzzjoni mill-produtturi kollha tal-Unjoni fil-PIR. Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-akbar volum ta' bejgħ rappreżentattiv li raġonevolment seta’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli meta titqies il-firxa ġeografika tal-produtturi tal-Unjoni.

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun temmew il-koperazzjoni wara l-fażi tat-teħid ta' kampjuni. Minħabba li t-tliet kumpaniji li bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju xorta rrappreżentaw madwar 30 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-PIR, kien ikkunsidrat li l-kampjun xorta kien wieħed rappreżentattiv.

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll mini-kwestjonarju lill-ħames produtturi li ma kinux intgħażlu fil-kampjun, lit-tnejn li kienu waqqfu l-koperazzjoni u lil żewġ produtturi magħrufa oħrajn sabiex tikseb informazzjoni dwar indikaturi ekonomiċi fir-rigward tal-akbar numru ta' produtturi tal-Unjoni. Tweġibiet għal dawn il-mini-kwestjonarji waslu mingħand seba’ produtturi.

5.   Il-verifika tal-informazzjoni li waslet

(15)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għall-iskop tad-determinazzjoni tat-tkomplija jew il-probabilità ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara u l-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

5.1.

Produtturi tal-Unjoni

GARNICA PLYWOOD S.A. (Spanja);

JEAN THÉBAULT SAS (Franza);

JOUBERT ST JEAN D’ANGÉLY SAS (Franza).

5.2.

Produtturi fil-Pajjiż Analogu

EKOL KONTRPLAK, Tasköprü (it-Turkija).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u huwa definit kif ġej: plywood magħmul biss minn folji tal-injam, b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta' 6 mm, b’mill-inqas waħda mill-folji ta' barra tal-okoumé mhux miksija b’saff permanenti ta' materjali oħra, li joriġina fir-RPĊ, attwalment klassifikabbli taħt il-kodiċi NM ex 4412 31 10 (li qabel kienet ex 4412 13 10). Il-prodott ikkonċernat jintuża għal firxa wiesgħa ta' użi finali. Jintuża fl-industrija tal-bini f’applikazzjonijiet tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija fuq barra għal xogħol bil-bords, bords tax-xaters, kantini fuq barra u balavostri u panewijiet mal-ġenb tax-xmajjar. Jintuża wkoll għal skopijiet aktar dekorattivi, inter alia, fit-trasport bit-triq (pereżempju l-karozzi, il-kowċis, il-karavans, il-karozzi tal-kamping), it-trasport bil-baħar (fil-jots), l-industrija tal-għamara u l-bibien.

(17)

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' okoumé plywood, il-plywood magħmul biss bl-okoumé (“okoumé sħiħ”) u plywood b’mill-inqas wieħed mill-uċuħ ta' barra magħmul mill-okoumé (“wiċċ bl-okoumé”), bil-bqija magħmul minn injam ieħor. Iż-żewġ tipi ewlenin tal-okoumé plywood għandhom l-istess dehra esterna. Minkejja differenzi fil-karatteristiċi mekkaniċi, huma kollha jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi, u bażikament jintużaw għall-istess għanijiet.

2.   Prodott simili

(18)

Kif intwera fl-investigazzjoni oriġinali, u kif ġie kkonfermat f’din l-investigazzjoni, kien stabbilit li l-okoumé plywood immanufatturat fir-RPĊ u mibjugħ domestikament, kif ukoll il-prodott immanufatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, instab li bażikament għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu. Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABILITÀ TA’ TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

(19)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġiet eżaminata l-probabilità tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping meta potenzjalment isseħħ l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ.

(20)

Kif ġie ddikjarat fil-premessa (11), f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ir-reviżjoni tal-probabilità tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping kellha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni minn sorsi oħrajn. F’dan ir-rigward, minħabba li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni ddettaljata dwar it-tipi preċiżi ta' prodotti esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ, it-tqabbil tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni kellu jiġi limitat għaż-żewġ tipi ewlenin ta' okoumé plywood, imsemmija fil-premessa (17).

(21)

Minħabba f’hekk, ir-reviżjoni kienet ibbażata prinċipalment fuq l-istatistika kummerċjali tal-Eurostat. Barra minn hekk, produttur esportatur Ċiniż wieħed kien issottometta sa Ġunju 2009 r-rapporti ta' sorveljanza perjodika meħtieġa skont il-premessa (61) tar-Regolament 1942/2004. Għaldaqstant, sa ċertu punt, l-informazzjoni minn dawn ir-rapporti tista’ tintuża fir-reviżjoni tal-probabilità tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping.

1.   Il-valur normali

1.1.   Il-pajjiż analogu

(22)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fl-ekonomiji fi tranżizzjoni, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma jingħatawx it-trattament ta' ekonomija tas-suq irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur mibni f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (il-pajjiż analogu).

(23)

Fl-avviż tat-tnedija, it-Turkija, li diġà kienet intużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali, kienet prevista bħala pajjiż analogu xieraq għall-fini tal-istabbiliment tal-valur normali għar-RPĊ fir-reviżjoni tal-iskadenza preżenti. Għalkemm kienu mistiedna jagħmlu dan, l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar l-għażla tat-Turkija. Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli meta saret l-għażla, ġie konkluż li t-Turkija kienet il-pajjiż analogu l-aktar xieraq.

1.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(24)

Produttur Tork wieħed ikkopera u ssottometta twġiba għall-kwestjonarju. Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-data vverifikata fl-istabbiliment ta' dak il-produttur Tork li jikkopera kif spjegat hawn taħt.

(25)

Il-valur normali kien stabbilit għaż-żewġ tipi ewlenin tal-prodott deskritti fil-premessa (17). Għal tip ewlieni wieħed tal-prodott, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fuq il-bejgħ magħmul fis-suq domestiku tat-Turkija, minħabba li dawn instabu li jsiru fi kwantitajiet rappreżentattivi u fl-andament normali tal-kummerċ. Fir-rigward tat-tip ewlieni l-ieħor tal-prodott, li kien prodott mill-produttur Tork iżda ma jinbiegħx fis-suq domestiku, il-valur normali mibni ntuża f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(26)

Biex jinbena valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) li saru u l-qligħ medju ddifferenzjat miksub fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament nomali tal-kummerċ, żdiedu mal-ispiża medja tal-produzzjoni matul il-PIR.

2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(27)

Kif ġie iddikjarat hawn fuq, fin-nuqqas ta' kwalunkwe koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika kummerċjali disponibbli tal-Eurostat. Minħabba li l-Eurostat ma fihx informazzjoni għat-tip tal-prodott tal-okoumé plywood, sabiex ikunu evalwati l-prezzijiet tal-esportazzjoni għal kull wieħed miż-żewġ tipi ewlenin tal-okoumé plywood, dawn iċ-ċifri kienu aġġustati fuq il-bażi tad-differenza fil-prezz f’perċentwal bejn l-okoumé plywood sħiħ u l-plywood b’wiċċ bl-okoumé kif kien osservat għall-produttur Tork li kkopera. Id-differenza fil-prezz miksuba b’dan il-mod imbagħad kienet applikata għall-prezzijiet medji differenzjati tal-Eurostat.

(28)

Fir-rigward tal-volumi, fuq il-bażi tal-volumi totali tal-Eurostat, il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi għal kull wieħed miż-żewġ tipi ewlenin tal-okoumé plywood kienu kkalkulati fuq il-bażi tal-proporzjon bejn l-okoumé plywood sħiħ u l-plywood b’wiċċ bl-okoumé kif kien osservat fir-rapporti ta' sorveljanza msemmija fil-premessa (21) għall-perjodu li jikkoinċidi mal-PIR.

3.   It-tqabbil

(29)

Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, l-aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil, tat-tagħbija u dawk anċillari, tnaqqsu meta kien applikabbli u ġġustifikat. Fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-ammonti għal dawn il-konċessjonijiet kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

4.   Il-marġni tad-dumping

(30)

Il-marġni tad-dumping li nstab, imfisser bħala perċentwal tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, id-dazju mhux imħallas kien 34,2 %.

5.   L-iżvilupp probabbli tal-importazzjoni jekk il-miżuri jitħassru

5.1.   Rimarki preliminari

(31)

B’żieda mar-reviżjoni tal-eżistenza tad-dumping matul il-PIR, il-probabilità tat-tkomplija tad-dumping kienet eżaminata wkoll. Fin-nuqqas ta' koperazzjoni minn xi produttur esportatur Ċiniż, il-konklużjonijiet rigward il-volum tal-importazzjoni u l-kapaċità żejda ta' hawn taħt hija bbażata fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-istatistika tal-kummerċ u s-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati.

5.2.   Il-volum tal-importazzjonijiet

(32)

Skont l-istatistika kummerċjali tal-Eurostat, l-importazzjonijiet attwali tal-okoumé plywood mir-RPĊ fl-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti minn żmien il-PI oriġinali, iżda l-produtturi Ċiniżi irnexxilhom iżommu preżenza fis-suq tal-Unjoni, u żammew sehem ta' 4,7 % tas-suq matul il-PIR.

5.3.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità żejda

(33)

Fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-okoumé plywood, kienet eżaminata l-qagħda tal-industrija Ċiniża tal-plywood kollha (li tipproduċi plywood mill-ispeċi kollha tal-injam). Kif ġie indikat fil-premessa (89) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 988/2004 (5) li jimponi dazji anti-dumping provviżorji fil-kors tal-investigazzjoni oriġinali, il-produtturi tal-plywood jistgħu u fil-fatt jipproduċu plywood magħmul minn speċi differenti tal-injam bl-istess tagħmir. L-applikant ipprovda kalkolazzjoni tal-volum ta' okoumé plywood prodott fir-RPĊ, fuq il-bażi tan-numru ta' zkuk okoumé disponibbli fis-suq Ċiniż, li kien stmat li kien madwar 900 000 m3 għall-PIR. L-applikant ikkalkula wkoll li madwar 85 % jew 765 000 m3 jintużaw għall-produzzjoni tal-plywood. Il-produzzjoni attwali tal-okoumé plywood hija diffiċli li tkun stmata, bħalma hija t-taħlita tal-prodott, li għandha impatt importanti fuq il-kwantitajiet potenzjalment prodotti, u mhijiex magħrufa minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni minn kwalunkwe produttur esportatur Ċiniż. Madankollu, stima tal-kapaċità tal-produzzjoni bbażata fuq iz-zkuk okoumé turi b’mod ċar li, fi kwalunkwe xenarju ta' taħlita tal-prodott, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ hija ħafna akbar mill-volumi kkunsmati fis-suq tal-Unjoni (291 000 m3 fil-PIR, ara l-premessa (41)).

(34)

Barra minn hekk, kien stabbilit kemm matul ir-reviżjoni attwali kif ukoll fl-investigazzjoni oriġinali, li l-plywood magħmul minn speċi differenti tal-injam huwa prodott mill-istess kumpaniji, bl-istess tagħmir. Għaldaqstant, wieħed jista’ jistenna li, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi Ċiniżi li attwalment huma ffukati fuq il-produzzjoni ta' tipi oħrajn, li jħallu inqas qligħ, ta' plywood jistgħu b’mod dejjem akbar jixxiftjaw il-produzzjoni tagħhom għall-okoumé plywood. Skont l-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża, l-esportazzjoni Ċiniża tal-plywood kopriet aktar minn 5 miljun m3 matul il-PIR, jew madwar 17-il darba s-suq tal-Unjoni tal-okoumé plywood. Konsegwentement, ċaqliqa żgħira biss fit-taħlita tal-prodott hija meħtieġa biex jiżdiedu sostanzjalment il-volumi tal-okoumé plywood disponibbli għall-esportazzjoni.

5.4.   Il-volum u l-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni u pajjiżi terzi oħra

(35)

Fl-2009 u fuq il-bażi tad-data tal-esportazzjoni Ċiniża, l-Unjoni kienet id-destinazzjoni għal parti żgħira biss (ca. 5 %) tal-esportazzjoni Ċiniża tal-plywood tropikali. Meta mqabbla mal-prezzijiet għal swieq oħra, dan il-bejgħ sar bi prezzijiet tal-bejgħ relattivament għoljin. Għaldaqstant, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jitħassru, sehem akbar tal-esportazzjoni Ċiniża tal-okoumé plywood ikun dirett lejn l-Unjoni.

5.5.   Il-konklużjoni dwar il-probabilità tat-tkomplija tad-dumping

(36)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat xorta għadu qed jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped u mhux f’volumi sinifikanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli tindika li l-volumi tal-produzzjoni fir-RPĊ huma għoljin ħafna u li s-sehem tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni attwalment huwa mrażżan minħabba l-miżuri fis-seħħ. F’dan ir-rigward, huwa probabbli li jekk il-miżuri jitħassru, l-okoumé plywood attwalment esportat lejn pajjiżi oħra bi prezzijiet aktar baxxi sejjer ikun dirett mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produtturi Ċiniżi tal-plywood mistennija li jżidu l-produzzjoni tagħhom tal-okoumé plywood jekk il-miżuri jiskadu minħabba li s-suq tal-Unjoni tal-okoumé plywood relattivament irendi aktar qligħ.

(37)

Minħabba dawn ir-riżultati, ġie għaldaqstant konkluż li hemm il-probabilità tat-tkomplija tad-dumping jekk il-miżuri anti-dumping attwali jitħallew jiskadu.

D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(38)

Fl-Unjoni, huwa magħruf li l-prodott simili huwa mmanifatturat minn sittax-il produttur f’Ċipru, Franza, l-Italja, il-Portugall u Spanja. Il-produzzjoni totali tal-Unjoni hija stmata li hija 235 000 m3. Il-produtturi tal-Unjoni li jkopru l-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Matul il-perjodu meqjus fl-investigazzjoni oriġinali, is-suq tal-Unjoni kien jikkonsisti minn 15-il Stat Membru tal-UE. Madankollu, minħabba li l-produzzjoni tal-okoumé plywood fit-12-il Stat Membru ġdid tal-UE hija pjuttost insinifikanti, it-tqabbil bejn l-investigazzjoni attwali u dik oriġinali jkun siewi.

(39)

Kif issemma’ fil-premessa (10), kampjun ta' tliet produtturi, li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-bejgħ tal-Unjoni mill-produtturi kollha tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati matul il-PIR u madwar 26 % tal-produzzjoni mill-produtturi kollha tal-Unjoni matul ir-PIR, kien investigat fid-dettall. Il-kampjun kien jikkonsisti fil-kumpaniji li ġejjin:

GARNICA PLYWOOD S.A. (Spanja);

JEAN THÉBAULT SAS (Franza);

JOUBERT ST JEAN D’ANGÉLY SAS (Franza).

E.   IL-QAGĦDA FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fl-Unjoni

(40)

Il-konsum fl-Unjoni tal-okoumé plywood kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u produtturi oħra tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-volum tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat.

(41)

B’kollox, bejn il-PI fl-investigazzjoni oriġinali u l-PIR tar-reviżjoni attwali, il-konsum tal-Unjoni naqas b’35 %. Matul il-perjodu meqjus fir-reviżjoni attwali, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 22 %. B’mod ġenerali dan huwa spjegat mill-fatt li l-okoumé plywood sa ċertu punt ġie sostitwit bi speċijiet oħrajn tal-injam tropikali, bħalma huma l-kanarjum aħmar, il-bankiraj jew il-meranti. Fl-2008 u l-PIR, il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis sussegwenti f’ċerti attivitajiet industrijali kkontribwew għax-xejra ta' tnaqqis fid-domanda għall-okoumé plywood fl-Unjoni.

 

2006

2007

2008

PIR

Konsum totali tal-Unjoni (m3)

375 105

382 976

339 914

291 421

Indiċi (2006 = 100)

100

102

91

78

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju, talba għal reviżjoni u Eurostat

2.   Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

(42)

L-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni naqset minn 83 606 m3 fil-PI oriġinali għal 23 531 m3 fl-2006. Wara, din l-importazzjoni żdiedet b’aktar minn 20 % bejn l-2006 u l-2008 u naqset b’mod drastiku bejn l-2008 u l-PIR għal 54 % tal-livell tal-2006.

Importazzjoni (m3)

2006

2007

2008

PIR

RPĊ

23 531

37 023

28 493

12 620

Indiċi (2006 = 100)

100

157

121

54

Sors: Eurostat

(43)

Is-sehem tas-suq korrispondenti żdied bi 3,4 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007. Dan naqas b’1,3 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u kompla jonqos b’4,1 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PIR. B’kollox, is-sehem tas-suq tal-importazzjoni Ċiniża lejn l-UE naqas b’2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

Sehem tas-suq

2006

2007

2008

PIR

RPĊ

6,3  %

9,7  %

8,4  %

4,3  %

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju, talba għal reviżjoni u Eurostat

(44)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu bi 32 % bejn l-2006 u l-PIR. B’mod aktar speċifiku, dawn il-prezzijiet żdiedu bi 22 % bejn l-2006 u l-2007, bi 3 punti perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008 u b’7 punti perċentwali oħra bejn l-2008 u r-PIR.

Importazzjoni (€/m3)

2006

2007

2008

PIR

RPĊ

485

590

608

642

Indiċi (2006 = 100)

100

122

125

132

Sors: Eurostat

3.   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(45)

Għall-finijiet tar-reviżjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-prezzijiet medji tal-bejgħ iddifferenzjati għat-tip tal-prodott tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni tqabblu mal-prezzijiet medji ddifferenzjati tal-importazzjoni kkonċernata. It-tqabbil sar wara t-tnaqqis tar-ribassi u l-iskonti.

(46)

Fuq din il-bażi kien stabbilit li bħala medja, l-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’10 % matul il-PIR.

(47)

Fl-investigazzjoni oriġinali sar aġġustament għad-differenza fil-kwalità bejn il-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ u l-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. F’din l-investigazzjoni, il-kodifikazzjoni tat-tipi tal-prodotti fil-kwestjonarji kienet aġġustata b’mod li tqis dan. Għaldaqstant, f’din l-investigazzjoni tqieset id-differenza fil-kwalità u minħabba li l-ebda data ma waslet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi dwar differenzi addizzjonali eventwali fil-kwalità, l-aġġustament li sar fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx applikat f’din l-investigazzjoni. Matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, il-prodotti kkonċernati li joriġinaw fir-RPĊ inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’marġni li jvarjaw minn 11 % sa 52 %.

4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

Rimarki preliminari

(48)

L-indikaturi tal-ħsara kollha elenkati fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ġew analizzati. L-indikaturi dwar il-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-impjiegi, il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-produttività u s-sehem mis-suq ġew analizzati fuq il-bażi tad-data miġbura għall-industrija tal-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-indikaturi tad-dannu l-oħra kollha, l-eżami tagħhom kien ibbażat fuq l-informazzjoni mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kif ivverifikata fl-istabbilimenti ta' kull kumpanija.

Id-data relatata mal-industrija tal-Unjoni kollha

(a)   Il-produzzjoni

(49)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’31 % bejn l-2006 u l-2007 u naqas b’2 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u bi 13-il punt perċentwali oħra bejn l-2008 u l-PIR. Minkejja ż-żieda ta' 16 % fil-volum tal-produzzjoni bejn l-2006 u l-PIR, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqa’ taħt il-volumi misjuba fl-investigazzjoni oriġinali jiġifieri taħt il-283 265 m3 fl-2002 u l-267 591 fil-PI oriġinali.

 

2006

2007

2008

PIR

Produzzjoni (m3)

203 604

267 155

263 080

235 182

Indiċi (2006 = 100)

100

131

129

116

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u talba għar-reviżjoni

(b)   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(50)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi 33 % bejn l-2006 u l-2007 u bi 12-il punt perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008. Bejn l-2008 u l-PIR, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli. B’kollox, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’45 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet 51 % fl-2006 u naqset aktar għal 41 % matul il-PIR.

 

2006

2007

2008

PIR

Kapaċità tal-produzzjoni (m3)

399 016

532 415

578 484

577 205

Indiċi (2006 = 100)

100

133

145

145

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

51  %

50  %

45  %

41  %

Indiċi (2006 = 100)

100

98

89

80

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u talba għar-reviżjoni

(c)   L-impjiegi

(51)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni juri żieda ta' 11 % bejn l-2006 u l-PIR. B’mod aktar speċifiku, l-għadd tal-persuni impjegati żdied b’21 % bejn l-2006 u l-2007 u baqa’ qrib dan il-livell fl-2008. Bejn l-2008 u l-PIR, in-numru tal-impjegati naqas b’9 punti perċentwali. Bħala konsegwenza tal-għeluq tal-kumpaniji u r-ristrutturazzjoni, il-livell tal-impjiegi fil-perjodu kkunsidrat qatt ma laħaq il-livelli nnotati matul l-investigazzjoni oriġinali.

 

2006

2007

2008

PIR

Impjiegi (persuni)

883

1 064

1 060

983

Indiċi (2006 = 100)

100

121

120

111

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u talba għal reviżjoni

(d)   Il-volum tal-bejgħ

(52)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-Unojin tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’16 %. Bejn l-2006 u l-2007, il-bejgħ baqa’ stabbli qabel naqas fl-2008 u fil-PIR. Il-volum tal-bejgħ matul il-perjodu meqjus kien tal-istess ordni ta' daqs meta mqabbel mal-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni oriġinali.

 

2006

2007

2008

PIR

Volum tal-bejgħ tal-Unjoni (m3)

277 739

272 341

242 728

233 333

Indiċi (2006 = 100)

100

98

87

84

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u talba għar-reviżjoni

(e)   Il-prezzijiet tal-bejgħ

(53)

Bejn l-2006 u l-2007, il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdiedu bi 13 % u b’5 punti perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008. Matul il-PIR, dawn il-prezzijiet reġgħu lura għal-livell tal-2007. B’kollox, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni żdiedu bi 13 % matul il-perjodu meqjus.

 

2006

2007

2008

PIR

Unità tal-prezz fis-suq tal-Unjoni (EUR/m3)

786

885

930

887

Indiċi (2006 = 100)

100

113

118

113

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u talba għar-reviżjoni

(f)   Il-produttività

(54)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni annwali (metri kubi) għal kull persuna impjegata, żdiedet b’4 % matul il-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni żdiedet b’pass aktar mgħaġġel mil-livell tal-impjiegi u huwa indikazzjoni tal-effiċjenza mtejba tal-produtturi tal-Unjoni.

 

2006

2007

2008

PIR

Produttività (m3 kull impjegat)

231

251

248

239

Indiċi (2006 = 100)

100

109

108

104

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u talba għar-reviżjoni

(g)   Is-sehem tas-suq

(55)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi kważi 6 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. B’mod aktar speċifiku, dan naqas bi 3 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007 u baqa’ relattivament stabbli bejn l-2007 u l-2008. Bejn l-2008 u l-PIR dan żdied bi 8,6 punti perċentwali għal 80,2 %. Iż-żieda tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus qiegħed jirrifletti tnaqqis fil-bejgħ tal-Unjoni b’kuntrast ma' tnaqqis aktar qawwi fil-konsum tal-Unjoni.

 

2006

2007

2008

PIR

Sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni

74,3  %

71,3  %

71,6  %

80,2  %

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju, italba għar-reviżjoni u Eurostat

(h)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(56)

Matul il-PIR, minkejja l-miżuri fis-seħħ, kompla jsir dumping sostanzjali għalkemm f’livell ġeneralment aktar baxx minn dak stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Minħabba l-volum u l-prezz tal-importazzjoni ta' prodotti li huma l-oġġetti ta' dumping, l-impatt tal-marġni attwali tad-dumping, li huwa sinifikanti, ma jistax jitqies bħala negliġibbli. Għalkemm jista’ jkun stabbilit xi rkupru mid-dumping tal-passat, l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli għall-effetti ta' ħsara minn kwalunkwe importazzjoni ta' prodotti li huma l-oġġetti ta' dumping fis-suq tal-Unjoni.

(57)

Rigward il-qagħda ġenerali tal-industrija tal-Unjoni, instab li diversi produtturi għalqu minn meta seħħet l-investigazzjoni oriġinali. Skont l-informazzjoni disponibbli, l-ikbar produttur tal-Unjoni fil-PI oriġinali falla fl-2008 u l-ewwel naqqas imbagħad waqqaf għal kollox il-produzzjoni. Żewġ produtturi tal-Unjoni oħrajn fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali għalqu fl-2005 u fl-2006 rispettivament. Produttur Franċiż ieħor għalaq ukoll fil-bidu tal-2009. Barra minn hekk, produttur Grieg naqqas sostanzjalment il-produzzjoni. Dawn l-iżviluppi, minkejja li setgħu ikkontribwew għal żieda fis-sehem tas-suq tal-bqija tal-produtturi tal-Unjoni, juru li l-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali għadha fraġili u vulnerabbli.

Data relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(a)   Stokkijiet

(58)

Il-livell tal-istokk finali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied bi kważi ħames darbiet matul il-perjodu kkunsidrat. Meta mqabbel mal-perjodu kopert mill-investigazzjoni oriġinali, fejn l-okoumé plywood kien sempliċiment prodott skont kemm ikun ordnat, jidher li qegħdin jinżammu maħżuna volumi akbar matul il-perjodu kkonsidrat. B’mod partikolari dan huwa l-każ fl-2008 u fil-PIR bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ.

Kampjun

2006

2007

2008

PIR

L-istokk tal-għeluq (m3)

1 419

3 954

6 805

6 589

Indiċi (2006 = 100)

100

279

480

464

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju

(b)   Il-pagi

(59)

L-ispiża tax-xogħol annwali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedet b’26 % matul il-perjodu meqjus. B’mod aktar speċifiku, l-ispiża tax-xogħol annwali żdiedet b’29 % bejn l-2006 u l-2007. Barra minn hekk, din naqset bi 3 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008. Bejn l-2008 u l-PIR din baqgħet stabbli.

Kampjun

2006

2007

2008

PIR

Spiża tax-xogħol annwali (EUR)

6 429 123

8 262 078

8 125 944

8 100 326

Indiċi (2006 = 100)

100

129

126

126

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju

(c)   Il-profittabilità u r-redditu mill-investimenti

(60)

Il-livell tal-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien ta' 4,3 % fl-2006 u tjieb għal 9,8 % u 8,3 % fl-2007 u l-2008 rispettivament, qabel naqas għal 5,9 % matul il-PIR. Ir-redditu mill-investimenti (“ROI”), imfisser bħala profitt f’perċentwal tal-valur nett fuq il-ktieb tal-investimenti mnaqqas b’51 % fuq il-perjodu kkunsidrat jew minn 12,5 % fl-2006 sa 6,2 % fil-PIR.

Kampjun

2006

2007

2008

PIR

Profittabilità tal-Unjoni (% tal-bejgħ nett)

4,3  %

9,8  %

8,3  %

5,9  %

Indiċi (2006 = 100)

100

230

193

137

ROI (il-profitt f’% tal-valur nett tal-ktieb tal-investimenti)

12,5  %

13,6  %

12,1  %

6,2  %

Indiċi (2006 = 100)

100

109

97

49

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju

(d)   Il-fluss tal-likwidità u l-abilità li jiżdied il-kapital

(61)

Il-fluss tal-likwidità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied bi 32 % matul il-perjodu meqjus. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni ltaqgħet ma' diffikultajiet biex jiżdied il-kapital.

Kampjun

2006

2007

2008

PIR

Fluss tal-likwidità (EUR)

10 507 019

11 414 266

15 892 091

13 853 776

Indiċi (2006 = 100)

100

109

151

132

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju

(e)   L-investimenti

(62)

L-investimenti annwali tal-produtturi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili żdiedu b’10 % bejn l-2006 u l-2007, b’100 punt perċentwal bejn l-2007 u l-2008 u b’16-il punt perċentwal oħra bejn l-2008 u l-PIR. B’mod ġenerali, l-investimenti żdiedu b’126 % matul il-perjodu meqjus.

Kampjun

2006

2007

2008

PIR

Investimenti netti (EUR)

3 588 258

3 959 491

7 520 975

8 108 166

Indiċi (2006 = 100)

100

110

210

226

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju

5.   Il-konklużjoni dwar il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(63)

Ir-reviżjoni tad-data makroekonomika u mikroekonomika turi li l-industrija tal-Unjoni tinsab f’qagħda relattivament stabbli. B’mod partikolari, il-livell tal-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun irkupra mil-livell ta' -8,9 % misjub għall-produtturi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali u l-livell tal-profittabilità medja baqa’ bejn 4,3 % u 9,8 % matul il-perjodu meqjus. L-industrija tal-Unjoni rnexxilha wkoll iżżid is-sehem tas-suq tagħha f’suq li qiegħed jiċkien bis-saħħa tal-miżuri fis-seħħ.

F.   IL-PROBABILITÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   L-impatt tal-volum tal-importazzjoni u l-effetti tal-prezzijiet ipproġettati fil-każ ta' tħassir tal-miżuri

(64)

Għalkemm l-industrija tal-Unjoni tidher li stabbilizzat ruħha u rkuprat mill-effetti tal-importazzjoni ta' prodotti li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ, hija għadha ma laħqitx il-livell tal-produzzjoni, bejgħ u impjiegi tal-perjodu qabel l-investigazzjoni oriġinali. Għadd ta' produtturi tal-Unjoni għalqu, u dan juri wkoll li l-industrija bħala ħaġa sħiħa għadha pjuttost fraġili.

(65)

Għadd ta' elementi jappoġġjaw il-probabilità ta' rikorrenza tal-ħsara fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. L-ewwel nett, fid-dawl tal-livelli attwali tat-twaqqigħ tal-prezz misjuba għall-importazzjoni mir-RPĊ u fuq l-ipoteżi li l-livell baxx attwali tal-prezzijiet tal-importazzjoni sejrin ikomplu jew saħansitra sejrin jissaħħu sabiex jitkabbar is-sehem tas-suq, l-industrija tal-Unjoni mhux sejra tkun f’pożizzjoni li żżomm il-livell tal-prezzijiet attwali. Din il-probabilità ta' twaqqigħ tal-prezzijiet sejra tipperikola tabilħaqq l-irkupru attwali tal-industrija tal-Unjoni u timmina l-profittabilità.

(66)

It-tieni nett, minħabba l-kapaċitajiet tal-produzzjoni konsiderevoli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, hemm ukoll il-probabilità li l-importazzjoni (ta’ prodotti li huma l-oġġett ta' dumping) ser tiżdied f’livelli ta' prezzijiet baxxi. Dan, min-naħa tiegħu, ikun ifisser li l-industrija tal-Unjoni sejra titlef il-bejgħ fis-suq, u minħabba r-rata diġà baxxa tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-PIR, dan jista’ jwassal għal aktar tnaqqis fil-produzzjoni jew saħansitra għal aktar għeluq ta' produtturi tal-Unjoni.

(67)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni hija li fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, hemm il-probabilità ta' rikorrenza tad-dannu minn importazzjoni mill-ġdid tal-prodott kkonċernat li huwa l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

Kunsiderazzjonijiet oħrajn: aċċess għall-materja prima fil-Gabon

(68)

Okoumé huwa injam tropikali li jikber prinċipalment fil-Gabon u f’livell inqas fil-Ginea Ekwatorjali u fil-Kamerun. L-assoċjazzjoni tal-kwerelant ipprovdiet evidenza li l-gvern tal-Gabon ipprojbixxa, mill-1 ta' Jannar 2010, l-esportazzjoni ta' zkuk mhux imqaxxra tal-okoumé mill-Gabon bl-għan li jżomm fil-pajjiż it-trasformazzjoni taz-zkuk f’fuljetta. Għaldaqstant ġie eżaminat jekk tali projbizzjoni, għalkemm seħħet wara l-PIR, ikollhiex impatt sostanzjali fuq din ir-reviżjoni.

(69)

L-informazzjoni li waslet permezz tal-investigazzjoni indikat li l-kumpaniji Asjatiċi, li jimportaw/jesportaw aktar minn 60 % taz-zkuk tal-Gabon, jidhru li huma f’pożizzjoni b’saħħitha biex jinnegozjaw mas-Société Nationale des Bois du Gabon (SNBG), l-esportatur ewlieni tal-injam okoumé u mal-gvern tal-Gabon u jidhru li kellhom impatt inqas bid-deċiżjoni mill-kumpaniji Ewropej. Fin-nuqqas tal-koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-valutazzjoni tal-impatt f’dan ir-rigward ma tistax titwettaq aktar.

(70)

Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 biss, jiġifieri wara l-PIR u kien japplikaw perjodu tranżitorju sa Mejju 2010 għaz-zkuk maqtugħin diġà fi tmiem l-2009 li xorta setgħu jiġu esportati. Sabiex ikun eżaminat l-effett tad-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni fuq il-produtturi tal-Unjoni, fl-14 ta' Settembru 2010, intalbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-membri tal-assoċjazzjoni tal-kwerelant. Waslu tweġibiet mingħand erba’ produtturi tal-Unjoni. Tnejn mill-produtturi fil-kampjun għandhom l-impjant tat-tqaxxir tagħhom fil-Gabon u għaldaqstant jidher li mhumiex sejrin jkunu affettwati mill-projbizzjoni. Madankollu, il-produtturi fil-kampjun kollha kkonfermaw l-informazzjoni li l-kumpaniji Ċiniżi għandhom pożizzjoni ta' negozjar b’saħħitha biex jiksbu l-materja prima u li l-effikaċja tal-inforzar tal-liġi għad trid tidher. Il-produtturi tal-Unjoni kkonfermaw li l-provvista tal-okoumé naqset u l-prezzijiet żdiedu wara l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni taz-zkuk fil-Gabon u li l-produtturi li għandhom impjant tat-tqaxxir tal-okoumé fl-Unjoni sejrin ikunu dawk li jsofru l-iktar mis-sitwazzjoni l-ġdida.

(71)

F’kull ċirkostanza, il-projbizzjoni tapplika fil-prinċipju għall-esportazzjoni kollha, jiġifieri anki għall-esportazzjoni lejn ir-RPĊ. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni ġuridika ġdida fil-Gabon ma jidhirx li taffettwa r-reviżjoni f’din ir-reviżjoni tal-iskadenza.

2.   Il-konklużjoni dwar il-probabilità tar-rikorrenza tad-dannu

(72)

Fuq il-bażi tar-reviżjoni ta' hawn fuq, il-konklużjoni hija li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’rikorrenza tal-ħsara għall-industrija tal-Unjoni kkawżata minn importazzjoni tal-prodott kkonċernat li huwa l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

G.   REVIŻJONI INTERIM LIMITATA GĦALL-ASPETTI TA’ ĦSARA MINĦABBA D-DEĊIŻJONI TAL-CONSEIL DE LA CONCURRENCE FRANĊIŻ

(73)

Kif kien indikat fil-premessa (4), għadd ta' produtturi Franċiżi kienu soġġetti għal proċediment tal-Qorti Franċiża rigward l-imġiba anti-kompetittiva li minħabba fiha kien ikkunsidrat xieraq li titnieda reviżjoni interim ex officio biex tkun eżaminata mill-ġdid b’mod partikolari l-qagħda tal-ħsara tal-industrija tal-Unjoni mqabbla mal-qagħda li pprevaliet fil-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

(74)

Fil-proċediment tal-qorti msemmija hawn fuq, il-Conseil de la Concurrence Franċiż immulta sitt produtturi tal-plywood Franċiżi minħabba mġiba anti-kompetittiva (jiġifieri applikaw l-istess livelli tal-prezzijiet u żidiet fil-prezzijiet b’mod simultanju) matul il-perjodu Novembru 1995 sa Mejju 2004. Fis-sentanza tagħha tad-29 ta' Settembru 2009, il-Cour d’Appel de Paris ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Conseil de la Concurrence għalkemm naqqset kemmxejn l-ammont tal-multi.

(75)

Fl-analiżi tad-dannu tal-proċediment oriġinali, iddaħħlu fil-kampjun ħames produtturi Ewropej: tlieta Franċiżi, wieħed Taljan u wieħed Portugiż. Tnejn mit-tliet produtturi Franċiżi fil-kampjun wara kienu soġġetti għall-multi msemmija hawn fuq. Sabiex tkun eżaminata l-influwenza potenzjali tal-imġiba kontra l-kompetizzjoni ta' hawn fuq, fuq l-reviżjoni tad-dannu, l-ewwel tqabblu l-prezzijiet tal-bejgħ medji ta' kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun oriġinali. Instab li ż-żewġ produtturi Franċiżi li wara kienu mmultati tabilħaqq kellhom il-prezz ta' kull unità tal-bejgħ medja ogħla mit-tliet kumpaniji l-oħra fil-kampjun. Din id-differenza fil-prezz tista’ tkun spjegata parzjalment bir-riżultati tal-investigazzjoni oriġinali jiġifieri mit-taħlita ta' prodotti differenti ta' dawn il-produtturi. Madankollu, meta jsir it-tqabbil f’livell aktar iddettaljat, jidher li l-prezzijiet tal-unitajiet tal-bejgħ taż-żewġ produtturi Franċiżi fil-PI oriġinali kienu ogħla wkoll kemm għall-okoumé plywood sħiħ (7-30 % ogħla) kif ukoll għall-plywood b’wiċċ bl-okoumé (3-19 %).

(76)

Għaldaqstant, f’pass suċċessiv, id-data taż-żewġ kumpaniji Franċiżi mmultati tneħħiet mill-kalkolazzjoni tad-dannu u l-istampa tad-dannu tal-każ oriġinali ġiet eżaminata fuq il-bażi tad-data mit-tliet kumpaniji li baqgħu fil-kampjun. Minħabba li l-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u t-tkabbir) kienu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-għaxar produtturi tal-Unjoni, id-data tal-kumpaniji Franċiżi l-oħrajn immultati tneħħiet ukoll minn din il-kalkolazzjoni.

(77)

Instab li r-riżultati tal-investigazzjoni oriġinali rigward l-hekk imsejħa indikaturi mikroekonomiċi ma jinbidlux b’mod sinifikanti mingħajr id-data mill-kumpaniji Franċiżi mmultati. Matul il-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni oriġinali, il-profittabilità tal-kumpaniji fil-kampjun naqset minn 3,5 % għal – 8,9 %. Li kieku l-produtturi Franċiżi mmultati ġew esklużi mill-kampjun, il-profittabilità kienet tonqos minn 3,1 % għal – 6,5 %. Id-dħul mill-investiment tal-kumpaniji fil-kampjun naqas minn 15,6 % għal – 27,5 %; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati, id-dħul kien jonqos minn 19,3 % għal – 38,9 %. L-investimenti tal-kumpaniji fil-kampjun naqsu bi 80 %; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati, dawn kienu jonqsu b’86 %. Il-likwidità tal-produtturi fil-kampjun naqset minn 7,6 miljun EUR għal 59 000 EUR; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati dan kien jonqos minn 1,5 miljun EUR għal -69 000 EUR. Rigward id-data makroekonomika tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali, tkun innotata stampa aktar sfumata jekk tkun eskluża d-data mill-produtturi Franċiżi mmultati. Matul il-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni oriġinali, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’10 %; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati din kienet tonqos b’1 %. L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqsu b’9 %; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati dawn kienu jibqgħu stabbli. Il-valur tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 %; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati dan kien jiżdied b’5 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 %; mingħajr il-produtturi Franċiżi mmultati dan kien jiżdied b’1 %.

(78)

Għaldaqstant, anki jekk l-istampa tad-danni ssir aktar sfumata meta jkunu esklużi l-kumpaniji Franċiżi mmultati, xorta jibqa’ jkun hemm ħsara materjali fl-investigazzjoni oriġinali. Dan isegwi, b’mod partikolari, mill-iżvilupp tal-hekk imsejħa indikaturi makroekonomiċi.

(79)

Kien eżaminat ukoll jekk l-imġiba kontra l-kompetizzjoni tal-produtturi Franċiżi setax kellha effett potenzjali fuq l-istampa tal-ħsara tar-reviżjoni attwali. L-ewwel nett, minħabba li l-kartell waqaf fl-2004, l-ebda wieħed mill-indikaturi ma jista’ jkun influwenzat direttament aktar mill-azzjonijiet kontra l-kompetizzjoni. Għaldaqstant, kien stmat jekk indirettament, jiġifieri permezz tal-ispiża tal-multi, setax xorta waħda jkun hemm influwenza fuq ir-reviżjoni tal-ħsara. Instab li l-ebda wieħed miż-żewġ produtturi Franċiżi fil-kampjun ma nkluda l-ammont tal-multa meta kkalkula l-profittabilità tiegħu. Għaldaqstant, instab li l-prattiki kontra l-kompetizzjoni tal-passat jew il-multi imposti ma kellhomx effett fuq ir-reviżjoni attwali tal-ħsara.

(80)

Fuq il-bażi tar-reviżjoni ta' hawn fuq, il-konklużjoni hija li l-imġiba kontra l-kompetizzjoni tal-produtturi Franċiżi m’affettwatx b’mod partikolari l-qagħda tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-qagħda li pprevaliet fil-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, ir-reviżjoni interim parzjali għandha tintemm.

H.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(81)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex ma jinżammux il-miżuri anti-dumping eżistenti. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw b’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(82)

Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, u għaldaqstant tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-istima ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.

(83)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabilità ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping li jkun ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li, f’dan il-każ partikolari, mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni u ta' produtturi oħra tal-Unjoni

(84)

It-tkomplija tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat iżżid il-possibbiltà għall-industrija tal-Unjoni li tilħaq livell raġonevoli ta' profittabilità, billi tgħin sabiex ikun evitat li l-industrija tal-Unjoni tiġi mbuttata ‘l barra mis-suq minħabba l-volumi sostanzjali ta' importazzjoni ta' prodotti li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Fil-fatt, hemm probabilità ċara li jkun hemm dumping li jkun ta' ħsara f’volumi sostanzjali li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tirreżisti. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni sejra tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

(85)

Għaldaqstant, il-konklużjoni hija li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ b’mod ċar ikun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u ta' produtturi oħrajn tal-Unjoni.

2.   L-interess ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(86)

Żewġ importaturi mhux relatati tal-Unjoni kkoperaw fl-investigazzjoni. It-tnejn opponew it-tkomplija tal-miżuri u indikaw li l-miżuri ma kinux effettivi, li l-prodotti Ċiniżi ma kinux komparabbli ma' prodotti simili prodotti mill-industrija tal-Unjoni minħabba d-differenzi fil-kwalità u esprimew dubji rigward il-kompetittività tal-industrija tal-okoumé plywood tal-Unjoni. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn l-indikazzjonijiet ma ġiet issostanzjata. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri anti-dumping attwalment fis-seħħ affettwaw b’mod konsiderevoli l-importaturi, ġie konkluż li t-tkomplija tal-miżuri mhijiex sejra taffettwa lill-importaturi tal-Unjoni sa xi punt sinifikanti.

3.   L-interess tal-utenti fl-Unjoni

(87)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand tliet utenti fl-Italja, il-Greċja u Franza rispettivament. Minħabba li l-ebda wieħed minnhom ma xtara l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u fin-nuqqas ta' aktar evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ attwali affettwaw b’mod konsiderevoli lill-utenti, jista’ jkun konkluż li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti fl-Unjoni.

4.   Il-konklużjoni rigward l-interess tal-Unjoni

(88)

Għaldaqstant, jitqies li ma jeżistux raġunijiet konvinċenti ta' interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ.

I.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(89)

Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien maħsub li jkun irrakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu.

Kumpanija

Rata tad-dazju

%

Nantong Zongyi Plywood Co., Ltd

9,6

Zhejiang Deren Bamboo-Wood Technologies Co., Ltd

23,5

Zhonglin Enterprise (Dangshan) Co., Ltd

6,5

Jiaxing Jinlin Lumber Co., Ltd

17

Il-kumpaniji l-oħra kollha

66,7

(90)

Huma ngħataw ukoll perjodu ta' żmien li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kienu kkunsidrati bil-mod dovut fejn kien iġġustifikat.

(91)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li, skont kif previst bl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni tal-okoumé plywood li joriġina fir-RPĊ għandhom jinżammu.

(92)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma unikament applikabbli għall-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenifika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(93)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (6) bla dewmien flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew il-bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament imbagħad jiġi emendat skont kif ikun meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(94)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' ċirkonvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li f’dan il-każ hemm bżonn ta' miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjoni li ma tkunx akkumpanjata minn tali fattura għandha tkun soġġetta għad-dazju anti-dumping applikabbli għal“il-kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(95)

Jekk l-esportazzjoni minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali tiżdied b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta' miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, u sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra ċ-ċirkonvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni bħala konsegwenza tad-dazju għall-pajjiż kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjoni ta' okoumé plywood, iddefinit bħala magħmul biss minn folji tal-injam, b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta' 6 mm, b’mill-inqas waħda mill-folji ta' barra tal-okoumé mhux miksija b’saff permanenti ta' materjali oħra, attwalment klassifikabbli bil-kodiċi NM ex 4412 31 10 (kodiċi TARIC 4412311010) u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Manifattur

Rata tad-dazju

%

Kodiċi addizzjonali TARIC

Nantong Zongyi Plywood Co., Ltd

il-Belt ta' Xingdong, il-Belt ta' Tongzhou, il-Provinċja ta' Jiangsu,

ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

9,6

A526

Zhejiang Deren Bamboo-Wood Technologies Co., Ltd

iż-Żona ta' Żvilupp Ekonomiku Linhai, Zhejiang,

ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

23,5

A527

Zhonglin Enterprise (Dangshan) Co., Ltd

Xue Lou Miao Pu, il-Kontea ta' Dangshan, il-Provinċja ta' Anhui

235323, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

6,5

A528

Jiaxing Jinlin Lumber Co., Ltd

fit-Tramuntana tal-Belt ta' Ganyao, Jiashan, il-Provinċja ta' Zhejiang

ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

17

A529

Il-kumpaniji l-oħra kollha

66,7

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2

Ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 hija b’dan terminata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 336, 12.11.2004, p. 4.

(3)  ĠU C 114, 19.5.2009, p. 11.

(4)  ĠU C 270, 11.11.2009, p. 24.

(5)  ĠU L 181, 18.5.2004, p. 5.

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Id-Direttorat H, NERV-105, B-1049 Brussell.


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: ”Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li (il-volum) ta' [il-prodott ikkonċernat] mibjugħ gћall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea u kopert b’din il-fattura kien immanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

3.

Id-data u l-firma