10.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/51


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 11 tal-15 ta' Jannar 2011 )

F'paġna 1, il-premessa 4:

minflok:

“(4)

Is-setgħa biex jiġu emendati l-listi fl-Annessi I u IA għar- Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s- sigurtà internazzjonali mis-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall- emenda u l-eżami tal-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.”

,

aqra:

“(4)

Fid-dawl tat-theddida reali għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali maħluqa mis-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess tal-emendament u r-reviżjoni tal-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, jeħtieġ li s-setgħa tal-emendament tal-listi fl-Annessi I u IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 tiġi eżerċitata mill-Kunsill.”

.