|
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/31 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/94/UE
tat-28 ta’ Novembru 2011
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE jistabbilixxi l-mudell li abbażi tiegħu l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-liċenzji nazzjonali tas-sewqan. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, ir-referenza għall-Komunità fil-liċenzja tas-sewqan għandha tinbidel b’referenza għall-Unjoni Ewropea. Il-mudell għandu wkoll jiġi aġġornat biex jirrifletti l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Skont l-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE, il-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jindika l-kategorija tal-vetturi li d-detentur huwa intitolat li jsuq. |
|
(3) |
Huwa neċessarju li l-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan jiġi aġġornat fid-dawl tal-kategoriji l-ġodda tal-vetturi introdotti bid-Direttiva 2006/126/KE. B’mod partikolari, ġew introdotti l-liċenzji tas-sewqan għall-kategorija AM (mopeds) u l-kategorija A2 (muturi) u dawn ser ikunu applikabbli mid-19 ta’ Jannar 2013. Għaldaqstant, il-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi aġġustat. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
L-Istati Membri huma inkorraġġiti biex ifasslu għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom infushom li, safejn ikun possibbli, għandhom juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ transpożizzjoni, u li dawn it-tabelli jsiru pubbliċi. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE ġie emendat kif muri fl-Anness.
Artikolu 2
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Jannar 2013.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE hu emendat kif ġej:
|
1. |
It-titolu huwa sostitwit b’li ġej: “ DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN ” |
|
2. |
Fil-punt (1), il-kliem “mudell tal-Komunità tal-liċenzja tas-sewqan” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “mudell tal-Unjoni Ewropea tal-liċenzja tas-sewqan”. |
|
3. |
Fil-punt (3), il-punt (c) hu sostitwit b’li ġej:
|
|
4. |
Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 1 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (e) qed jiġi sostitwit b’ dan li ġej:
|
|
5. |
Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 2 tal-liċenzja tas-sewqan:
|
|
6. |
Fil-punt 4, qed jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
7. |
Il-mudell tal-Komunità tal-liċenzji tas-sewqan huwa sostitwit b’dan li ġej: “ MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN Paġna 1 Paġna 2
|
|
8. |
Il-kampjun tal-mudell tal-liċenzja jiġi mħassar. |