1.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/12 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Frar 2011
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF) għas-sena finanzjarja 2009
(2011/644/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perijodu 2008 sa 2013 skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Exropej li għalihom tapplika l-Paerti Erbgħa tat-Trattat KE (3) (“il-Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 142 sa 144 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2009 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) (5), dwar is-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 11(8) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-għaxar EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF matul is-sena finanzjarja 2009 kienet sodisfaċenti, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF għas-sena finanzjarja 2009.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(3) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(5) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 243.