3.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/3


POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

li tadotta l-Pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

2011/C 261/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

fis-26 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012 (1),

(2)

il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mal-Parti I tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), li, fin-nuqqas ta' qafas finanzjarju multiannwali stabbilit skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jikkostitiwixxi l-istrument attwali applikabbli tad-dixxipplina baġitarja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ġiet adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Lulju 2011.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew it-tniżżil minn fuq il-websajt tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  COM(2011) 300.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.