30.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/17


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

(2011/900/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3), ir-raba' subparagrafu, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedi li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni kkalkolata konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regoli ta’ Proċedura”).

(2)

L-Artikolu 2(2) tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill, konformement mad-data li jkunu disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, għandu jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu kompriż bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012, għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Ġermanja

81 751,6

Franza

65 075,4

Renju Unit

62 435,7

Italja

60 626,4

Spanja

46 152,9

Polonja

38 200,0

Rumanija

21 413,8

Pajjiżi l-Baxxi

16 655,8

Greċja

11 325,9

Belġju

10 918,4

Portugall

10 637,0

Repubblika Ċeka

10 532,8

Ungerija

9 985,7

Svezja

9 415,6

Awstrija

8 404,3

Bulgarija

7 504,9

Danimarka

5 560,6

Slovakkja

5 435,3

Finlandja

5 375,3

Irlanda

4 480,9

Litwanja

3 244,6

Latvja

2 229,6

Slovenja

2 050,2

Estonja

1 340,2

Ċipru

804,4

Lussemburgu

511,8

Malta

417,6

Total

502 486,7

Livell minimu (62 %)

311 541,8 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).