29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9562)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/898/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel imsejsa, fost l-oħrajn, fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawk il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li ġej mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jinkludu rekwiżiti strutturali għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib, u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti ta’ iġjene fir-rigward ta’ ħalib nej u prodotti tal-ħalib.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE (3) jistabbilixxi li ċerti rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 m'għandhomx japplikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fir-Rumanija elenkati fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/852/KE tistipula wkoll li, permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II tagħha jistgħu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u mhux konformi, sakemm it-tali pproċessar isir fuq linji tal-produzzjoni separati.

(5)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2009/852/KE tistabbillixxi li l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III tagħha jistgħu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati.

(6)

F'Settembru 2011, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li, minn Jannar 2012, l-istabbilimenti kollha tal-ipproċessar tal-ħalib li bħalissa huma elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/852/KE se jkunu f'konformità mar-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004. Konsegwentement, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/852/KE għandu jitħassar.

(7)

L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2009/852/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Barra minn hekk, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li, sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2009/852/KE, żdied konsiderevolment il-proporzjon ta’ ħalib nej li hu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f'dak l-Istat Membru. Ir-Rumanija stabbilixxiet ukoll pjan ta’ azzjoni bil-għan li tkopri l-katina kollha tal-produzzjoni tal-ħalib f'dak l-Istat Membru, li jiżgura konformità mar-regoli tal-UE.

(9)

Madanakollu, skont ir-rapport sottomess mir-Rumanija abbażi tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2009/852/KE u tal-informazzjoni provduta mill-Awtoritajiet Rumeni matul il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Ottubru 2011, is-sitwazzjoni tas-settur tal-ħalib fir-Rumanija għadha xorta mhix konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(10)

Meqjusa s-sitwazzjoni attwali, u biex ikun evitat li jixxekklu l-isforzi tal-Awtoritajiet Rumeni, hu xieraq li tkun estiża l-applikazzjoni tal-miżuri stabbilita fid-Deċiżjoni 2009/852/KE.

(11)

Ir-Rumanija għandha tissokta bil-proċess ta’ konformità tal-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2009/852/KE mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(12)

B'mod partikolari, ir-Rumanija għandha tissokta bil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u tippreżenta rapporti regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress lejn konformità sħiħa ma’ dawk ir-rekwiżiti. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawk ir-rapporti, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa.

(13)

Id-Deċiżjoni 2009/852/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/852/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitħassar;

(2)

fl-Artikolu 3, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(3)

fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Ir-Rumanija għandha tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness IV.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Anness II u III isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Jekk, abbażi tar-rapporti ppreżentati mir-Rumanija, il-Kummissjoni tikkonsidra li x'aktarx il-konformità mhux se tinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2013, hija għandha tipproponi miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.”;

(5)

fl-Artikolu 7, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(6)

L-Annessi I, II u III huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59.


ANNESS

L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2009/852/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jitħassar;

(2)

L-Annessi II u III jinbidlu b’dan li ġej:

ANNESS II

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Nru

Numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

1

L35

SC DANONE PDPA ROMANIA SRL

București, 032451

2

MM 1795

SC CALITATEA SRL

Tăuții Măgherăuș, județul Maramureș, 437349

ANNESS III

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nru

Numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

1

AB 641

SC BIOMILK SRL

Lopadea Nouă, județul Alba, 517395

2

AB 3386

SC LACTATE C.H. SRL

Sânmiclăuș, județul Alba, 517761

3

BH 4020

SC MOISI SERV COM SRL

Borșa, nr. 8, județul Bihor, 417431

4

L136

SC CAMPAEI PREST SRL

Hidișeul de Sus, județul Bihor, 417277

5

L72

SC LACTOMUNTEAN SRL

Teaca, județul Bistrița-Năsăud, 427345

6

L78

SC ROMFULDA PROD SRL

Beclean, județul Bistrița-Năsăud, 425100

7

L107

SC BENDEAR CRIS PROD COM SRL

Șieu Măgheruș, județul Bistrița-Năsăud, 427295

8

L110

SC LECH LACTO SRL

Lechința, județul Bistrița-Năsăud, 427105

9

BN 2399

SC CARMO-LACT PROD SRL

Monor, județul Bistrița-Năsăud, 427175

10

BN 2120

SC ELIEZER SRL

Lunca Ilvei, județul Bistrița-Năsăud, 427125

11

L3

SC ABY IMPEX SRL

Șendriceni, județul Botoșani, 717380

12

L116

SC RAM SRL

Ibănești, județul Botoșani, 717215

13

L140

S.C. CARMOLACT SRL

Ucea, județul Brasov, 507235

14

L154

S.C. CAS SRL

Braila, județul Braila, 810224

15

L148

S.C. LACTAS SRL

Ianca, județul Braila, 815200

16

CL 0044

SC IANIS DIM SRL

Lehliu Gară, județul Călărași, 915300

17

L129

SC BONAS IMPORT EXPORT SRL

Dezmir, județul Cluj, 407039

18

L84

SC PICOLACT PRODCOM SRL

Iclod, județul Cluj, 407335

19

L149

S.C. COMLACT SRL

Corusu, județul Cluj, 407056

20

L43

SC LACTOCORV SRL

Ion Corvin, județul Constanța, 907150

21

L40

SC BETINA IMPEX SRL

Ovidiu, județul Constanța, 905900

22

L41

SC ELDA MEC SRL

Topraisar, județul Constanța, 907210

23

L87

SC NICULESCU PROD SRL

Cumpăna, județul Constanța, 907105

24

L118

SC ASSLA KAR SRL

Medgidia, județul Constanța, 905600

25

L130

SC MUNTINA PROD SRL

Constanța, județul Constanța, 900735

26

CT 225

SC MIH PROD SRL

Cobadin, județul Constanța, 907065

27

CT 256

SC IAN PROD SRL

Târgușor, județul Constanța, 90727

28

CT 258

SC BINCO LACT SRL

Săcele, județul Constanța, 907260

29

CT 30

SC EASTERN EUROPEAN FOODS SRL

Mihail Kogălniceanu, județul Constanța, 907195

30

CT 15

SC NIC COSTI TRADE SRL

Dorobanțu, județul Constanța, 907211

31

CT 12203

SC LACTO GENIMICO SRL

Hârșova, județul Constanța, 905400

32

L82

SC TOTALLACT GROUP SA

Dragodana, județul Dâmbovița, 137200

33

DJ 80

SC DUVADI PROD COM SRL

Breasta, județul Dolj, 207115

34

DJ 730

SC LACTIDO SA

Craiova, județul Dolj, 200378

35

L91

SC COSMILACT SRL

Schela, județul Galați, 807265

36

GR 5610

SC LACTA SA

Giurgiu, județul Giurgiu, 080556

37

GJ 231

SC SEKAM PROD SRL

Novaci, județul Gorj, 215300

38

L49

SC ARTEGO SA

Tg. Jiu, Gorj, 210257

39

L65

SC KARPATEN MILK

Suseni, județul Harghita, 537305

40

L124

SC PRIMULACT SRL

Miercurea Ciuc, județul Harghita, 530242

41

HR 119

SC BOMILACT SRL

Mădăraș, județul Harghita, 537071

42

HR 625

SC LACTIS SRL

Odorheiu Secuiesc, județul Harghita, 535600

43

HR 213

SC PAULACT SA

Mărtiniș, județul Harghita, 537175

44

L99

SC VALIZVI PROD COM SRL

Gârbovi, județul Ialomița, 927120

45

IS 1540

+ SC PROMILCH SRL

Podu Iloaiei, județul Iași, 707365

46

L18

S.C. EUROCHEESE SRL

Jilava, județul Ilfov, 077120

47

L47

SC OBLAZA SRL

Bârsana, județul Maramureș, 437035

48

L85

SC AVI-SEB IMPEX SRL

Copalnic Mănăștur, județul Maramureș, 437103

49

L86

SC ZEA SRL

Boiu Mare, județul Maramureș, 437060

50

L16

SC ROXAR PROD COM SRL

Cernești, județul Maramureș, 437085

51

L135

SC MULTILACT SRL

Baia Mare, județul Maramureș, 430015

52

MM 793

SC WROMSAL SRL

Satulung, județul Maramureș, 437270

53

MM 6325

SC ONY SRL

Larga, județul Maramureș, 437317

54

L54

SC RODLACTA SRL

Fărăgău, județul Mureș, 547225

55

L108

SC LACTEX REGHIN SRL

Solovăstru, județul Mureș, 547571

56

L121

SC MIRDATOD PROD SRL

Ibănești, județul Mureș, 547325

57

MS 483

SC HELIANTUS PROD

Reghin, județul Mureș, 545300

58

MS 5554

SC GLOBIVET PHARM SRL

Batoș, județul Mureș, 547085

59

NT 900

SC COMPLEX AGROALIMENTAR SRL

Bicaz, județul Neamț, 615100

60

L96

SC PROD A.B.C. COMPANY SRL

Grumăzești, județul Neamț, 617235

61

L101

SC 1 DECEMBRIE SRL

Târgu Neamț, județul Neamț, 615235

62

L106

SC RAPANU SR. COM SRL

Petricani, județul Neamț, 617315

63

L6

SC LACTA HAN PROD SRL

Urecheni, județul Neamt, 617490

64

L123

SC PROCOM PASCAL SRL

Păstrăveni, județul Neamț, 617300

65

L100

SC ALTO IMPEX SRL

Provița de Jos, județul Prahova, 107477

66

L88

SC AGROMEC CRASNA SA

Crasna, județul Sălaj, 457085

67

L89

SC OVINEX SRL

Sărmășag, județul Sălaj, 457330

68

L71

SC LACTO SIBIANA SA

Șura Mică, județul Sibiu, 557270

69

SM 4189

SC PRIMALACT SRL

Satu Mare, județul Satu Mare, 440089

70

L5

SC NIRO SERV COM SRL

Gura Humorului, județul Suceava, 725300

71

L36

SC PROLACT PROD COM SRL

Vicovu de Sus, județul Suceava, 727610

72

L81

SC RARAUL SA

Câmpulung Moldovenesc, județul Suceava, 727100

73

SV 1085

SC BUCOVINA SA FALTICENI

Fălticeni, județul Suceava, 725200

74

SV 1562

SC BUCOVINA SA SUCEAVA

Suceava, județul Suceava, 720290

75

SV 1888

SC TOCAR PROD SRL

Frătăuții Vechi, județul Suceava, 727255

76

SV 4909

SC ZADA PROD SRL

Horodnic de Jos, județul Suceava, 727301

77

SV 6159

SC ECOLACT SRL

Milișăuți, județul Suceava, 727360

78

TR 27

SC VIOLACT SRL

Putineiu, județul Teleorman, 147285

79

TR 81

SC BIG FAMILY SRL

Videle, județul Teleorman, 145300

80

TR 239

SC COMALACT SRL

Nanov, județul Teleorman, 147215

81

L80

SC INDUSTRIAL MARIAN SRL

Drănceni, județul Vaslui, 737220

82

VN 231

SC VRANLACT SA

Focșani, județul Vrancea, 620122