22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/867/PESK

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit- 28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), sabiex, inter alia, jimplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011).

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/178/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jimplimenta l-UNSCR 1973(2011).

(3)

Fit-22 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/625/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jimplimenta l-UNSCR 2009 (2011).

(4)

Fl-10 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/729/PESK (4) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jimplimenta l-UNSCR 2016 (2011).

(5)

Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat ta’ Sigurtà tal-Kunsill stabbilit konformement mal-UNSCR 1970 (2011), filwaqt li aġixxa skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2009(2011), iddeċieda li jneħħi l-indikazzjoni relatata ma’ żewġ entitajiet.

(6)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(1a) tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   Il-fondi kollha, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

Libyan Investment Authority; u

(b)

Libyan Africa Investment Portfolio,

li huma ffriżati mis-16 ta’ Settembru 2011 għandhom jibqgħu ffriżati.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.

(3)  ĠU L 246, 23.9.2011, p. 30.

(4)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 35.