22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPM/1/2011

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (EUPM BiH)

(2011/864/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/781/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2011/781/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPM BiH, inkluża b’mod partikolari d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-24 ta’ Ottubru 2008, il-KPS, permezz tad-Deċiżjoni 2008/835/PESK (2), ħatar lis-Sur Stefan FELLER bħala Kap tal-Missjoni EUPM BiH. Il-mandat tiegħu ġie estiż permezz tad-Deċiżjoni 2009/958/PESK (3) sal-31 ta’ Diċembru 2010 u sussegwentement permezz tad-Deċiżjoni 2010/754/PESK (4) sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2011/781/PESK, il-Kunsill, inter alia, estenda t-tul ta’ żmien tal-EUPM BiH sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(4)

Fis-7 ta’ Diċembru 2011, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-KPS jestendi l-mandat tas-Sur Stefan FELLER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPM BiH b’sitt xhur addizzjonali, sat-30 ta’ Ġunju 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Stefan FELLER bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (EUPM BiH) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 30.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 79.

(4)  ĠU L 320, 7.12.2010, p. 9.