21.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/860/PESK
tad-19 ta’ Diċembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 12(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. |
(2) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni u entitajiet, kif tinsab fl-Anness II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikoli 4(1)(b) u (c) u 5(1)(b) u (c) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha. |
(4) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrata li tikkonċerna entità waħda inkluża fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi emendata. |
(5) |
Barra minn hekk il-Kunsill iddeċieda li aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK. |
(6) |
Il-lista tal-persuni u l-entitajiet imniżżla fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandhom jiġu emendati kif imniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KOROLEC
(1) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.
ANNESS
Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness III il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (A) u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (B): A. Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(c) u 5(1)(c)
B. Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(c)
|