17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/78


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/845/PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2011

dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/694/PESK dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

T. NALEWAJK


(1)   ĠU L 303, 19.11.2010, p. 13.

(2)   ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33 (MT: ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 1).