13.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Diċembru 2011
dwar il-pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-Arranġament ta’ Inċentiv Speċjali għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Governanza Tajba mill-1 ta’ Jannar 2012, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9044)
(2011/830/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 512/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (2) estenda l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 tal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sa data stabbilita mir-Regolament suċċessur, skont liema hi l-ewwel. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 9 tiegħu. |
(3) |
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jixtiequ jibbenefikaw mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali mill-1 ta’ Jannar 2012 kellhom jibagħtu talba dwar dan sal-31 ta’ Ottubru 2011, flimkien mat-tagħrif komprensiv dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjoni u l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni b’mod effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet u l-impenn tagħhom li jaċċettaw u jikkonformaw bis-sħiħ mal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza u reviżjoni previst fil-konvenzjonijiet rilevanti. Biex jingħata l-arranġament ta’ inċentiv speċjali, il-pajjiż li jkun qed jagħmel it-talba jrid ikun ukoll pajjiż vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008. |
(4) |
Sal-31 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni kienet rċeviet talba mingħand ir-Repubblika tal-Cape Verde (minn hawn ‘il quddiem il-Cape Verde) biex, mill-1 ta’ Jannar 2012, tibbenefika mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba. |
(5) |
It-talba ġiet eżaminata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008. |
(6) |
L-eżami tat-talba wera li l-Cape Verde jissodisfa r-rekwiżiti kollha neċessarji tal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 732/2008. Għaldaqstant, l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għandu jingħata lill-Cape Verde mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sa data stabbilita mir-Regolament suċċessur, skont liema tkun l-ewwel. |
(7) |
Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Cape Verde. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni ma taffettwax l-istatus tal-benefiċjarju skont l-arranġament ta’ kull pajjiż elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/938/KE tad-9 ta’ Diċembru 2008 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (3), kif emendat bid-Deċiżjoni 2009/454/KE, (4), u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/318/UE tad-9 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2011 kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (5), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Cape Verde għandha tibbenefika mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba stipulat fir-Regolament (KE) Nru 732/2008 mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sad-data stabbilita mir-Regolament suċċessur, skont liema tiġi l-ewwel.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Cape Verde.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Karel DE GUCHT
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 28.
(3) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 90.
(4) ĠU L 149, 12.6.2009, p. 78.
(5) ĠU L 142, 10.6.2010, p. 10.