13.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Diċembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9030)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/829/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru għal varjetà wiesgħa ta’ tagħmir għal meded qosra, inklużi l-applikazzjonijiet bħalma huma s-sistemi ta’ twissija, it-tagħmir għall-komunikazzjonijiet lokali, mezzi li jiftħu l-bibien, impjanti mediċi u għal sistemi ta’ trasport intelliġenti. It-tagħmir għal meded qosra jkun tipikament prodott għas-suq tal-massa u/jew prodott li jista’ jinġarr u li jista’ jittieħed u jintuża faċilment f’pajjiżi oħra; id-differenzi fil-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ispettru għalhekk ma jippermettux il-moviment ħieles tagħhom, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u joħolqu riskji ta’ interferenza li tagħmel il-ħsara ma’ applikazzjonijiet u servizzi tar-radju oħrajn. |
(2) |
Madankollu, minħabba żviluppi rapidi fit-teknoloġija u fid-domanda soċjali, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra. Dawn jeħtieġu aġġornamenti regolari fil-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru. |
(3) |
Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għal żviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam tat-tagħmir għal meded qosra. |
(4) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/432/KE (3), 2009/381/KE (4) u 2010/368/UE (5) diġà emendaw il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għat-tagħmir għal meded qosra mogħtija fid-Deċiżjoni 2006/771/KE billi ssostitwew l-Anness għaliha. |
(5) |
Fir-rapport tagħha ta’ Marzu 2011 (6) mibgħut b’reazzjoni għall-mandat imsemmi hawn fuq, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE. |
(6) |
Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Tagħmir li jopera skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (7) sabiex l-ispettru jintuża b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, u dan jintwera jew permezz ta’ lħiq ta’ standards armonizzati jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi-President
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.
(3) ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.
(4) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.
(5) ĠU L 166, 1.7.2010, p. 33.
(6) Ir-Rapport tas-CEPT nru 38, RSCOM 11-17.
ANNESS
“ANNESS
Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra
Tip ta’ tagħmir għal meded qosra |
Medda ta’ frekwenza (1) |
Limitu tal-qawwa tat-trażmissjoni/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (2) |
Parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom) (3) |
Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (4) |
Skadenza tal-implimentazzjoni |
Tagħmir mhux speċifiku għal meded qosra (5) |
6 765 -6 795 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
13,553-13,567 MHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
26,957-27,283 MHz |
10 mW ta’ qawwa effettiva rradjata (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri |
|
Applikazzjonijiet tal-vidjo huma esklużi |
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
40,660-40,700 MHz |
10 mW ta’ e.r.p.. |
|
Applikazzjonijiet tal-vidjo huma esklużi |
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
433,050-434,040 (6) MHz |
1 mW ta’ e.r.p.. u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz |
Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
10 mW ta’ e.r.p.. |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
||
434,040-434,790 (6) MHz |
1 mW ta’ e.r.p.. u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz |
Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
10 mW ta’ e.r.p.. |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
||
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 100 % suġġett għal spazjar tal-istazzjonijiet sa 25 kHz Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|||
Tagħmir mhux speċifiku għal meded qosra (ikompli) |
863,000-865,000 MHz |
25 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
865,000-868,000 MHz |
25 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
868,000-868,600 MHz |
25 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
868,700-869,200 MHz |
25 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
869,400-869,650 MHz (6) MHz |
500 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 10 % L-ispazjar tal-istazzjonijiet għandu jkun ta’ 25 kHz, ħlief li l-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja |
Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
25 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
||
Tagħmir mhux speċifiku għal meded qosra (ikompli) |
869,700-870,000 (6) MHz |
5 mW ta’ e.r.p.. |
Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi |
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
25 mW ta’ e.r.p.. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
||
2 400 -2 483,5 MHz |
10 mW ta’ qawwa isotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.) |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
5 725 -5 875 MHz |
25 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
24,150-24,250 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
61,0-61,5 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
122-123 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
244-246 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
Sistemi għat-trażmissjoni tad-dejta b’medda wiesgħa |
2 400 -2 483,5 MHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. u densità tal-e.i.r.p. ta’ 100 mW/100 kHz japplikaw meta tintuża l-modulazzjoni tal-bdil kontinwu minn frekwenza għall-oħra, b’densità ta’ e.i.r.p. ta’ 10 mW/MHz tapplika meta jintużaw tipi oħra ta’ modulazzjoni |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. |
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
57,0-66,0 GHz |
40 dBm ta’ e.i.r.p. u densità ta’ 13-il dBm/MHz ta’ e.i.r.p. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. |
L-istallazzjonijiet fissi esterni huma esklużi |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
Sistemi ta’ twissija |
868,600-868,700 MHz |
10 mW ta’ e.r.p.. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Il-medda kollha ta’ frekwenza tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 % |
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
869,250-869,300 MHz |
10 mW ta’ e.r.p.. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 % |
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
869,300-869,400 MHz |
10 mW ta’ e.r.p.. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 % |
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
869,650-869,700 MHz |
25 mW ta’ e.r.p.. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
Sistemi soċjali ta’ twissija (8) |
869,200-869,250 MHz |
10 mW ta’ e.r.p.. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 % |
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
Applikazzjonijiet induttivi (9) |
9,000-59,750 kHz |
72 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2010 |
59,750-60,250 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
60,250-74,750 kHz |
72 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
74,750-75,250 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
75,250-77,250 kHz |
72 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
77,250-77,750 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
77,750-90 kHz |
72 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
90-119 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
119-128,6 kHz |
66 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
128,6-129,6 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
129,6-135 kHz |
66 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
135-140 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
140-148,5 kHz |
37.7 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
148,5-5 000 kHz Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu. |
– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenza ta’ aktar minn 10 kHz |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
Applikazzjonijiet induttivi (ikompli) |
400-600 kHz |
– 8 dBμA/m f’10 metri |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10) |
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
3 155 -3 400 kHz |
13,5 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
5 000 -30 000 kHz Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu. |
– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenza ta’ aktar minn 10 kHz |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
6 765 -6 795 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
7 400 -8 800 kHz |
9 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
10 200 -11 000 kHz |
9 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
13 553 -13 567 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
60 dBμA/m f’10 metri |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10) u għall-EAS (11) |
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
||
26 957 -27 283 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
|
Impjanti mediċi attivi (12) |
9-315 kHz |
30 dBμA/m f’10 metri |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
|
L-1 ta’ Ottubru 2008 |
30,0-37,5 MHz |
1 mW ta’ e.r.p.. |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal tagħmir mediku li jiddaħħal fil-ġisem, li jkollu membrana ta’ qawwa baxxa ħafna għall-kejl tal-pressjoni tad-demm |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
402-405 MHz |
25 μW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenza ikbar sa 300 kHz. Jistgħu jintużaw tekniki oħra għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza, inklużi meded ta’ frekwenza ikbar minn 300 kHz, dejjem jekk iwasslu għal prestazzjoni li tkun tal-inqas ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kompatibbli mal-utenti l-oħra partikolarment mar-radjusondi metereoloġiċi |
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
Impjanti mediċi attivi u periferali assoċjati miegħu (13) |
401-402 MHz |
25 μW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenza ikbar sa 100 kHz. Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
|
L-1 ta’ Novembru 2010 |
405-406 MHz |
25 μW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenza ikbar sa 100 kHz. Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
|
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
Tagħmir li jiddaħħal fil-ġisem tal-annimali (14) |
315-600 kHz |
– 5 dΒμΑ/m f’10 m |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
|
L-1 ta’ Novembru 2010 |
12,5-20,0 MHz |
– 7 dΒμΑ/m f’10 m f’medda ta’ frekwenzi ta’ 10 kHz |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal applikazzjonijiet mill-għatba ‘l ġewwa |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
|
Trażmettituri FM ta’ qawwa baxxa (15) |
87,5-108,0 MHz |
50 nW ta’ e.r.p. |
L-ispazjar tal-istazzjonijiet sa 200 kHz |
|
L-1 ta’ Novembru 2010 |
Applikazzjonijiet tal-awdjo mingħajr fili (16) |
863-865 MHz |
10 mW ta’ e.r.p.. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2010 |
Applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tar-radju (17) |
2 400 -2 483,5 MHz |
25 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
17,1-17,3 GHz |
26 dBm ta’ e.i.r.p. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi bbażati fuq l-art |
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
Radar li Jaqbdu l-Livell tat-Tankijiet (18) |
4,5-7,0 GHz |
24 dBm ta’ e.i.r.p. (19) |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
8,5-10,6 GHz |
30 dBm e.i.r.p. (19) |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
24,05-27,0 GHz |
43 dBm e.i.r.p. (19) |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
57,0-64,0 GHz |
43 dBm e.i.r.p. (19) |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
75,0-85,0 GHz |
43 dBm e.i.r.p. (19) |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
Kontroll ta’ mudelli (20) |
26 990 -27 000 kHz |
100 mW ta’ e.r.p.. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
27 040 -27 050 kHz |
100 mW ta’ e.r.p.. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
27 090 -27 100 kHz |
100 mW ta’ e.r.p.. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
27 140 -27 150 kHz |
100 mW ta’ e.r.p.. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
27 190 -27 200 kHz |
100 mW ta’ e.r.p.. |
|
|
L-1 ta’ Novembru 2009 |
|
Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID) |
2 446 -2 454 MHz |
500 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
Telematiki tat-Trasport u t-Traffiku bl-Art |
24,050-24,075 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
24,075-24,150 GHz |
0.1 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
24,075-24,150 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Limiti ta’ żmien ta’ waqfien u l-medda tal-modulazzjoni tal-frekwenza japplikaw kif speċifikat fl-istandards armonizzati. |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-radars tal-vetturi |
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
24,150-24,250 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
63-64 GHz |
40 dBm ta’ e.i.r.p. |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet japplika għal sistemi ta’ vettura għal vettura, vettura għall-infrastruttura u l-infrastruttura għall-vettura biss |
L-1 ta’ Ġunju 2012 |
|
76,0-77,0 GHz |
Massimu ta’ 55 dBm ta’ e.i.r.p. u medja ta’ 50 dBm ta’ e.i.r.p. u medja ta’ 23.5 dBm ta’ e.i.r.p. għal radars bl-impulsi |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi tal-infrastruttura u l-vetturi terrestri |
L-1 ta’ Novembru 2010 |
(1) L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-meded ta’ frekwenza qrib xulxin f’din it-tabella bħala medda ta’ frekwenza waħda sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull waħda mill-meded ta’ frekwenza qrib xulxin.
(2) L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa tat-trażmissjoni, is-saħħa tal-kamp jew id-densità tal-qawwa mogħtija f’din it-tabella. B’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas restrittivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta’ spettru b’qawwa tat-trażmissjoni, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.
(3) L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn il-“parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)”, u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti oħra ta’ aċċess għal u ta’ mitigazzjoni tal-ispettru. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-“parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)” f’kaxxa tat-tabella partikolari jew jippermettu valuri ogħla.
(4) L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-“restrizzjonijiet oħra fuq l-użu”, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda minnhom jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.
(5) Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi (użu tipiku huwa fit-telemetrija, it-telekmand, is-sistemi ta’ twissija, id-dejta b’mod ġenerali u applikazzjonijiet simili oħrajn).
(6) Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ alternattivi tal-kundizzjonijiet għall-użi kollha possibbli.
(7) Iċ-“ċiklu ta’ ħidma” tfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta t-tagħmir ikun qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-“ċiklu ta’ ħidma”.
(8) It-tagħmir ta’ sistemi soċjali ta’ twissija jintużaw biex jgħinu lin-nies anzjani jew b’diżabilità meta jsibu ruħhom f’diffikultà.
(9) Din il-kategorija tkopri, pereżempju, it-tagħmir għall-immobilizzazzjoni tal-karozzi, l-identifikazzjoni tal-annimali, is-sistemi ta’ twissija, id-detezzjoni tal-kejbils, il-ġestjoni tal-iskart, l-identifikazzjoni personali, il-konnessjonijiet bil-vuċi mingħajr fili, il-kontroll tal-aċċess, is-sensuri tal-prossimità, is-sistemi ta’ kontra s-serq, inklużi s-sistemi induttivi tar-RF ta’ kontra s-serq, it-trasferiment tad-dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, l-identifikazzjoni awtomatika tal-oġġetti, is-sistemi ta’ kontroll mingħajr fili u n-nollijiet awtomatiċi tat-toroq.
(10) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID).
(11) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għas-Sorveljanza Elettronika tal-Oġġetti (EAS).
(12) Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju tat-tagħmir mediku attiv li jista’ jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).
(13) Din il-kategorija tkopri sistemi ddisinjati speċifikament bil-għan li jipprovdu komunikazzjoni diġitali mingħajr l-użu tal-vuċi bejn tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem, kif definit fin-nota tal-qiegħ nru 19, u/jew tagħmir li jitqiegħed f’ġisem il-bniedem jew tagħmir ieħor estern għall-ġisem li jintuża biex jittrasferixxi informazzjoni fiżjoloġika mhux urġenti relatata mal-pazjent individwali.
(14) Din il-kategorija tkopri tagħmir għat-trażmissjoni, li jitqiegħed fil-ġisem tal-annimali biex iwettaq funzjonijiet dijanjostiċi u/jew biex jagħti trattament terapewtiku.
(15) Din il-kategorija tinkludi applikazzjonijiet li joħolqu konnessjoni bejn tagħmir tal-awdjo personali, inklużi l-mowbajls, u sistemi ta’ divertiment awtomotivi jew tad-dar.
(16) Applikazzjonijiet għal sistemi tal-awdjo mingħajr fili, fosthom: mikrofoni mingħajr fili’ lawdspikers mingħajr fili; “headphones” mingħajr fili; “headphones” mingħajr fili biex jinġarru, bħal CDs, każetts jew tagħmir tar-radju li jistgħu jinġarru u li ġġorrhom fuq il-persuna; “headphones” mingħajr fili għall-użu f’vetturi, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u mikrofoni mingħajr fili, għall-użu waqt il-kunċerti u produzzjonijiet oħra teatrali.
(17) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni, tal-veloċità u/jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ oġġett, jew biex jinkiseb tagħrif relatat ma’ dawn il-parametri.
(18) Radars li Jaqbdu l-Livell tat-Tankijiet (it-TLPRs) huma tip speċifiku ta’ applikazzjoni għad-determinazzjoni tar-radju li jintuża għall-kejl tal-livelli tat-tankijiet u li huma stallati f’tankijiet tal-metall jew tal-konkrit imsaħħaħ, jew fi strutturi simili magħmulin minn materjal b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni komparabbli. L-iskop tat-tankijiet huwa li jaħżnu xi sustanza.
(19) Il-limitu tal-qawwa japplika ġo tank magħluq u jikkorrispondi ma’ densità tal-ispettru ta’ -41.3 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. barra tank għall-ittestjar ta’ 500 litru.
(20) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet użati biex jiġi kkontrollat il-moviment ta’ mudelli (prinċipalment mudelli żgħar ta’ vetturi) fl-arja, fuq l-art jew inkella fuq jew taħt wiċċ l-ilma.”