|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ April 2011
dwar il-miżuri C 11/09 (ex NN 53b/08, NN 2/10 u N 19/10) implimentati mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għal ABN AMRO Group NV (maħluqa wara l-fużjoni bejn Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N)
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2114)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/823/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom (1) skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil Fortis Bank Nederland (“FBN”) (jiġifieri s-sussidjarja Bankarja Olandiża tal-kumpanija holding finanzjarja Fortis SA/NV (2)) inklużi l-assi ta’ ABN AMRO Holding li huma l-proprjetà ta’ FBN (“ABN AMRO N”) għal ammont ta’ EUR 12,8 biljun. Fl-istess tranżazzjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssostitwixxa wkoll lil Fortis Bank SA/NV, is-sussidjarja bankarja Belġjana ta’ Fortis SA/NV, bħala kreditur fis-self lil FBN b’valur nominali ta’ EUR 16,1 biljun (3). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ta wkoll lil FBN faċilità ta’ likwidità fuq perjodu qasir ta’ EUR 45 biljun u qabel li jikkumpensa lil Fortis SA/NV għall-ispejjeż u l-obbligi li rriżultaw mill-ftehim tal-azzjonisti tal-konsorzju (“FAK”). Il-FAK iddeskriva d-drittijiet u l-obbligi tat-tliet istituzzjonijiet finanzjarji (Fortis SA/NV, Banco Santander u Royal Bank of Scotland (“RBS”) jew it-tliet “membri tal-konsorzju”) li kienu ssottomettew offerta konġunta għal ABN AMRO Holding permezz tal-entità legali maħluqa ġdida “RFS Holdings”. Fis-7 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifika lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2008 (jiġifieri l-akkwiżizzjoni ta’ FBN għal EUR 12,8 biljun, in-novazzjoni tas-self fuq perjodu ta’ żmien twil b’valur nominali ta’ EUR 16,1 biljun u l-faċilità tal-likwidità fuq perjodu qasir ta’ EUR 45 biljun, minn hawn ‘il quddiem “it-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008”) bħala miżuri li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat sabiex tinkiseb ċertezza legali fuq dawk il-miżuri. Minħabba li l-miżuri kienu diġà ġew implimentati, il-Kummissjoni rreġistrat il-każ bħala każ NN (jiġifieri, NN53b/08). |
|
(2) |
Matul in-negozjati li wasslu għall-akwiżizzjoni ta’ FBN fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bbaża fuq rapport ta’ valutazzjoni esterna minn […] (*1), liema kopja ntbagħtet lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni informat lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar l-opinjoni preliminari tagħha li l-miżuri tat-3 ta’ Ottubru 2008 jidhru li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil FBN. Fl-20 ta’ Novembru 2008, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(4) |
Fil-21 ta’ Novembru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda uffiċjalment li ma jżommx lil FBN u ABN AMRO N separati, iżda li joħloq fużjoni taż-żewġ kumpaniji (“il-fużjoni”), b’konformità mal-pjanijiet aktar bikrin ta’ Fortis SA/NV. |
|
(5) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni ħadet Deċiżjoni (4) (“id-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008”) fejn iddikjarat li l-miżuri mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-3 ta’ Ottubru 2008 favur Fortis Bank SA/NV kienu għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq komuni. Madankollu, il-premessa 4 ta’ dik id-Deċiżjoni ddikjarat espliċitament li l-Kummissjoni kienet ser tiġġudika fi proċedura separata jekk il-miżuri implimentati fit-3 ta’ Ottubru 2008 kinux jinkludu wkoll għajnuna lil FBN. |
|
(6) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi informa lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jakkwista lil ABN AMRO N minn FBN għal EUR 6,5 biljun. L-akkwiżizzjoni seħħet fl-24 ta’ Diċembru 2008. Fit-2 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Olandiżi nnotifikaw dik l-akkwiżizzjoni lill-Kummissjoni bħala miżura li ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għal raġunijiet ta’ ċertezza legali. |
|
(7) |
Fl-24 ta’ Diċembru 2008, RBS, Banco Santander u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirmaw emenda għall-FAK li permezz tagħha l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssostitwixxa lil Fortis SA/NV fil-FAK. |
|
(8) |
Fis-6 ta’ Marzu 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat lill-Kummissjoni rapport tad-diliġenza (5) fir-rigward tan-negozji akkwistati li kien tħejja minn […] fuq it-talba tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(9) |
Permezz tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 (“id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009”), il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat taħt il-każ numru C11/09 (ex-NN53b/08), fir-rigward tal-għajnuna allegata mogħtija lil FBN u ABN AMRO N. |
|
(10) |
Fis-6 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet ittra ta’ lment minn Van Lanschot Bank (“il-kwerelant”), kompetitur Olandiż ta’ FBN u ABN AMRO N. Dik l-ittra ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi fit-22 ta’ Lulju 2009, fejn staqsiet għall-kummenti. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi talab estensjoni tad-data tal-iskadenza fl-20 ta’ Awwissu 2009 u bagħat risposta dettaljata lill-kwerelant fit-22 ta’ Settembru 2009. Il-kwerelant ipprovda aktar informazzjoni permezz tal-ittri tal-21 ta’ Awwissu 2009 u tat-28 ta’ Awwissu 2009. Dawn l-ittri ntbagħtu lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi fit-23 ta’ Settembru 2009 u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi wieġeb fid-29 ta’ Ottubru 2009. |
|
(11) |
Fil-15 ta’ Mejju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat ittra lill-Kummissjoni fejn wieġeb numru ta’ mistoqsijiet li tqajmu fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009. Risposta dettaljata dwar is-sustanza – li għaliha l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien talab aktar żmien – intbagħtet lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Awwissu 2009. |
|
(12) |
F’dokument informali mibgħut fil-15 ta’ Ġunju 2009 u matul laqgħa ta’ segwitu mal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ġunju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi informa lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta pjan ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 2,5 biljun li jippermetti lil ABN AMRO N li tissepara mill-kumpanija holding tagħha ABN AMRO Bank (6). Matul dik il-laqgħa, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li, wara l-ewwel injezzjoni ta’ EUR 2,5 biljun, huma meħtieġa miżuri addizzjonali li għadhom mhux kwantifikabbli. |
|
(13) |
Fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni kienet stiednet lill-kontrollur finanzjarju Olandiż (“DNB”) biex jikkummenta dwar is-sodezza ta’ FBN u ABN AMRO N rispettivament. Il-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni mitluba dwar FBN permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ġunju 2009 u aġġornament fil-5 ta’ Jannar 2010. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat ukoll ittra minn DNB dwar ABN AMRO N fl-20 ta’ Jannar 2010. |
|
(14) |
Fis-6 ta’ Lulju 2009, ABN AMRO Bank – il-kumpanija holding ta’ ABN AMRO N – bagħtet ittra lill-Kummissjoni fejn ikkummentat dwar id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009. Dik l-ittra ntbagħtet lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi fit-22 ta’ Lulju 2009 u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi wieġeb fit-22 ta’ Settembru 2009. |
|
(15) |
Fid-9 ta’ Lulju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi informa lill-Kummissjoni li FBN kienet fdiet fuq perjodu qasir il-finanzjament kollu li kienet irċeviet mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi taħt il-faċilità ta’ likwidità tat-3 ta’ Ottubru 2008 ta’ EUR 45 biljun. |
|
(16) |
Fil-15 ta’ Lulju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi informa lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet ta’ FBN li takkwista Fortis Clearing Americas (“FCA”) minn Fortis Bank SA/NV. |
|
(17) |
Fis-17 ta’ Lulju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifika formalment pjan b’miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni li jiswew EUR 2,5 biljun (7) li jikkonsistu minn swap tal-inadempjenza tal-kreditu (credit default swap - “CDS”) b’effett ta’ serħan tal-kapital ta’ EUR 1,7 biljun (“l-istrument ta’ serħan tal-kapital” jew “CRI” – credit relief instrument) u Titolu Konvertibbli Mandatorju (Mandatory Convertible Security – “MCS”) ta’ EUR 800 miljun. Il-miżuri ġew irreġistrati fil-bidu taħt il-każ numru N429/09, iżda minħabba li l-miżuri ġew implimentati qabel ma l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni dwarhom, il-każ ġie ttrasferit mir-reġistru ta’ għajnuna nnotifikata għar-reġistru ta’ għajnuna mhux notifikata (taħt in-numru NN 2/10). |
|
(18) |
Fl-10 ta’ Settembru 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat dokument informali lill-Kummissjoni b’aġġornament tal-proċess ta’ separazzjoni u indikazzjonijiet li miżuri addizzjonali (mhux kwantifikati) ta’ għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiġu evitati. |
|
(19) |
Matul laqgħa mal-Kummissjoni fid-9 ta’ Novembru 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li FBN u ABN AMRO N ikunu jeħtieġu miżuri addizzjonali li jiswew EUR 4,39 biljun, li jġib l-ammont totali tal-miżuri (inklużi l-miżuri notifikati fis-17 ta’ Lulju 2009) għal EUR 6,89 biljun. Il-miżuri ġew dettaljati ulterjorment f’addendum tal-10 ta’ Novembru 2009 għad-dokument informali tal-10 ta’ Settembru 2009, u f’nota spjegattiva addizzjonali tat-13 ta’ Novembru 2009. |
|
(20) |
Fis-26 ta’ Novembru 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda lill-Kummissjoni b’rapport ta’ […] li jikkumenta dwar it-tranżazzjoni tal-24 ta’ Diċembru 2008. Is-sottomissjoni kien fiha wkoll ċertu materjal ta’ sfond li jispjega […]. |
|
(21) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssottometta lill-Kummissjoni l-ewwel verżjoni (8) ta’ pjan ta’ ristrutturar għal ABN AMRO Group (il-“Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009”), l-entità l-ġdida li rriżultat mill-fużjoni bejn FBN u ABN AMRO N. Dak il-pjan iddeskriva l-istrateġija tal-entità l-ġdida u kien fih ukoll projezzjonijiet finanzjarji għal xenarju bażi. |
|
(22) |
Fl-14 ta’ Jannar 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifika formalment il-miżuri ġodda ta’ għajnuna mill-Istat ta’ EUR 4,39 biljun flimkien mal-miżuri diġà notifikati f’Lulju 2009. Il-Kummissjoni rreġistrat il-miżuri l-ġodda taħt in-numru N19/10. |
|
(23) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010 (“id-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010”), il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura tal-investigazzjoni C11/09 sabiex tinkludi l-miżuri rreġistrati taħt NN2/10 u N19/10. F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni approvat temporanjament dawk il-miżuri bħala miżuri ta’ għajnuna għas-salvataġġ sal-31 ta’ Lulju 2010. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat lill-Kummissjoni ittra b’impenn ta’ projbizzjoni ta’ tmexxija ta’ prezzijiet applikabbli sal-aħħar tal-2010. |
|
(24) |
Fit-23 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni rċeviet risposta mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi – li kien talab għal estensjoni tad-data tal-iskadenza – għad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien ipprovda wkoll informazzjoni addizzjonali dwar il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 ta’ABN AMRO Group il-ġdid b’fost affarijiet oħra projezzjonijiet finanzjarji għall-agħar sitwazzjoni possibbli. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni staqsiet mistoqsijiet addizzjonali fit-8 ta’ April 2010, li ġew imwieġba fis-7 ta’ Mejju 2010. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda wkoll lill-Kummissjoni b’informazzjoni addizzjonali dwar ir-responsabbiltajiet reċiproċi li rriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Rimedju ta’ Fużjoni (9) fis-26 ta’ Mejju 2010. Fl-istess ġurnata, il-Kummissjoni bagħtet ittra elettronika b’mistoqsijiet ta’ segwitu, li ġew imwieġba fid-9 ta’ Ġunju 2010. |
|
(26) |
Fl-20 ta’ Lulju 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi staqsa lill-Kummissjoni sabiex tesdendi l-approvazzjoni temporanja tal-miżuri ta’ għajnuna għas-salvataġġ irreġistrata taħt NN2/10 u N19/10. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat ukoll ittra li testendi l-impenn ta’ projbizzjoni ta’ tmexxija ta’ prezzijiet sal-iktar data bikrija tat-30 ta’ Ġunju 2011 jew sad-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni. |
|
(27) |
Fit-30 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-approvazzjoni temporanja tal-miżuri ta’ għajnuna għas-salvataġġ irreġistrata taħt il-każijiet numru NN2/10 u N19/10 sakemm il-Kummissjoni tkun iffinalizzat l-investigazzjoni tagħha C11/09. |
|
(28) |
Fl-20 ta’ Awwissu 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat lill-Kummissjoni dokument li jispjega fid-dettall l-istrateġija ta’ ħruġ tiegħu. |
|
(29) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda pjan ta’ negozju għad-diviżjoni tal-ekwità privata ta’ ABN AMRO Group. Pjan simili għad-diviżjoni “Energy, Commodities and Transportation” (“Enerġija, Prodotti Bażiċi u Trasport”) ta’ ABN AMRO Group intbagħat lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Jannar 2010. |
|
(30) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2010, ABN AMRO Group ħabbar li kien se jeżerċita d-dritt ta’ xiri li jtemm l-istrument ta’ serħan tal-kapital mill-31 ta’ Ottubru 2010. |
|
(31) |
Fit-8 ta’ Novembru 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat aġġornament (“il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010”) – datat id-29 ta’ Ottubru 2010 – tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ ABN AMRO Group tal-4 ta’ Diċembru 2009. Fl-10 ta’ Jannar 2011, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bagħat dokument li jispjega kif ABN AMRO Group aġġorna l-previżjonijiet tat-8 ta’ Novembru 2010 meta mqabbla mal-previżjonijiet oriġinali tal-4 ta’ Diċembru 2009. |
|
(32) |
Matul il-proċedura, seħħu ħafna skambji ta’ informazzjoni, telekonferenzi u laqgħat bejn ir-rappreżentanti tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, ABN AMRO N u FBN u l-Kummissjoni Ewropea. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-BENEFIĊJARJI U L-MIŻURI
2.1. Il-ħolqien ta’ ABN AMRO Group
|
(33) |
Fir-rebbiegħa tal-2007, il-membri tal-konsorzju ħolqu entità legali ġdida “RFS Holdings” sabiex jakkwistaw lil ABN AMRO Holding. |
|
(34) |
Il-membri tal-konsorzju kellhom l-intenzjoni li jisseparaw lil ABN AMRO Holding fi tliet partijiet u l-arranġamenti għal dak il-proċess ta’ separazzjoni ġew stabbiliti fil-“FAK”. |
|
(35) |
Sabiex jiffaċilitaw is-separazzjoni, il-membri tal-konsorzju ħolqu l-hekk imsejħa “ishma ta’ rintraċċar” li jirrapreżentaw is-sjieda ekonomika tan-negozji attribwiti lil kull membru tal-konsorzju. Bħala riżultat ta’ dan, RBS, Banco Santander u Fortis SA/NV saru s-sidien ekonomiċi (10) ta’ rispettivament l-hekk imsejħa R-share, S-share u N-share (“ABN AMRO R”, “ABN AMRO S” u “ABN AMRO N”). |
|
(36) |
ABN AMRO R jinkludi fost affarijiet oħra l-unità tan-negozju (“BU” – Business Unit) Global Business & Markets, BU Asia, BU Global Transaction Services u n-netwerk internazzjonali, filwaqt li ABN AMRO S jinkludi fost affarijiet oħra BU Latin America u BU Antonveneta (Italy). |
|
(37) |
ABN AMRO N jinkludi l-BUs Netherlands u Private Banking kif ukoll International Diamond and Jewelry Group. |
|
(38) |
L-elementi li ma setgħux jiġu allokati lill-membri individwali tal-konsorzju nġabu flimkien fl-hekk imsejjħa ABN AMRO Z-share (“ABN AMRO Z”), li baqgħet responsabbli għall-funzjonijiet tal-uffiċċju prinċipali, pereżempju. Kull membru tal-konsorzju kellu sehem pro rata (11) f’ABN AMRO Z. |
|
(39) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi xtara lil FBN minn Fortis Bank SA/NV għal EUR 12,8 biljun. Bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi sar ukoll is-sid indirett ta’ ABN AMRO N, minħabba li FBN kien – fi ħdan Fortis Bank SA/NV – is-sid legali ta’ ABN AMRO N. Fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ntrabat ukoll li jikkumpensa lil Fortis SA/NV għal kwalunkwe imposta li tiffaċċja Fortis SA/NV bħala konsegwenza tal-preżenza kontinwa tagħha fil-FAK. Fl-24 ta’ Diċembru 2008, RBS, Banco Santander u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirmaw emenda għall-FAK, li permezz tagħha l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssostitwixxa lil Fortis SA/NV fil-FAK. |
|
(40) |
Fl-24 ta’ Diċembru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil ABN AMRO N minn FBN għal EUR 6,5 biljun, fejn sar is-sid dirett ta’ ABN AMRO N. Qabel dik l-akkwiżizzjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien jikkontrolla lil ABN AMRO N indirettament permezz ta’ FBN. |
|
(41) |
Ċart 1: Separazzjoni ta’ ABN AMRO N RBS Santander L-Istat tal- Pajjiżi l- Baxxi R + Z-share S + Z-share N + Z-share RFS Holdings ABN AMRO Holding NV ABN AMRO Bank NV (mogħtija isem fis-6.2.2010 bħala The Royal Bank of Scotland NV) Separazzjoni ta’ ABN AMRO N fis-6.2.2010 ABN AMRO II NV (mogħtija isem ġdid fis-6.2.2010 bħala ABN AMRO Bank) |
|
(42) |
Fil-21 ta’ Novembru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda li jamalgama ABN AMRO N ma’ FBN (li kienet l-intenzjoni mhux implimentata ta’ Fortis SA/NV). Il-fużjoni setgħet tiġi implimentata biss malli ABN AMRO N ġiet isseparata minn ABN AMRO Bank, il-kumpanija holding tagħha. Bħala l-ewwel pass, l-attivitajiet ta’ ABN AMRO N ġew ittrasferiti f’entità legali ġdida fi ħdan ABN AMRO Bank li ġiet imsejħa ABN AMRO II. |
|
(43) |
Fis-6 ta’ Frar 2010, ABN AMRO II ġiet isseparata kif deskritt fil-premessa 41 u mogħtija l-isem ġdid ta’ ABN AMRO Bank. Fl-istess ħin, l-entità legali magħrufa preċedentement bħala ABN AMRO Bank ingħatat l-isem il-ġdid “The Royal Bank of Scotland NV” (“RBS NV”) (ara ċ-ċart ta’ hawn fuq). |
|
(44) |
Qabel l-entità l-ġdida, ABN AMRO Bank, setgħet tamalgama ma’ FBN, l-ewwel kellha timplimenta rimedju ta’ fużjoni. Meta Fortis SA/NV akkwistat lil ABN AMRO N fl-2007, il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet (12) (id-“Deċiżjoni dwar il-Fużjoni”) li fużjoni bejn ABN AMRO N u FBN twassal għal problemi ta’ konċentrazzjoni fis-suq bankarju Olandiż, speċjalment fis-segmenti tas-servizzi bankarji kummerċjali u tal-fatturament. |
|
(45) |
Sabiex tirrimedja dawk il-problemi ta’ konċentrazzjoni, Fortis SA/NV ikkommettiet li tbiegħ numru ta’ attivitajiet (jiġifieri, id-diviżjoni tal-fatturament IFN u s-servizzi bankarji kummerċjali ta’ “New HBU”) lil Deutsche Bank. Meta l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil FBN u ABN AMRO N fit-3 ta’ Ottubru 2008, Fortis SA/NV kienet għadha ma lestietx il-bejgħ maħsub ta’ New HBU u IFN lil Deutsche Bank. Malli l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda li jipproċedi bil-fużjoni bejn FBN u ABN AMRO N, reġa’ beda n-negozjati ma’ Deutsche Bank (13). Il-bejgħ ta’ New HBU u IFN lil Deutsche Bank ġie konkluż fl-1 ta’ April 2010. |
|
(46) |
New HBU kellha assi totali ta’ EUR [10 - 20] biljun u kienet timpjega madwar [1 000 - 1 500] ekwivalenti għall-full-time (full time equivalents - “FTEs”). New HBU kienet tinkludi lil Hollandsche Bank Unie (“HBU”) (bank kummerċjali possedut minn ABN AMRO N), ċerti uffiċċji tal-bejgħ ta’ ABN AMRO (13 minn total ta’ 78) u ċerti Unitajiet għall-Klijenti Korporattivi ta’ ABN AMRO (2 minn total ta’ 5). |
|
(47) |
ABN AMRO Bank u FBN uffiċjalment amalgamaw sabiex jifformaw ABN AMRO Group fl-1 ta’ Lulju 2010, kif deskritt fiċ-Ċart 2 fil-premessa 49. |
|
(48) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ttrasferixxa l-ġestjoni tas-sehem tiegħu f’ABN AMRO Z lil ABN AMRO Bank il-ġdid għaliex ma riedx jiddedika riżorsi għall-ġestjoni ta’ kuljum ta’ dik il-parteċipazzjoni. Madankollu, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi baqa’ s-sid legali ta’ ABN AMRO Z u huwa intitolat għall-qligħ kollu potenzjali u responsabbli għat-telf kollu potenzjali ta’ ABN AMRO Z. (14) |
|
(49) |
Ċart 2: Il-Ħolqien ta’ ABN AMRO Group L-Istat Pajjiżi Baxxi ABN AMRO Group NV FBN ABN AMRO II NV (mogħtija l-isem ġdid ABN AMRO Bank NV fis-6.2.2010) RBS Santander Z-share Z-share Z-share RFS Holdings ABN AMRO Holding ABN AMRO Bank NV (mogħti isem ġdid fis- 6.2.2010 bħala RBS NV) |
2.2. Benefiċjarji
2.2.1. L-attivitajiet ekonomiċi ta’ ABN AMRO N u ABN AMRO Z
|
(50) |
ABN AMRO N – fuq bażi independenti t-tielet l-akbar bank fil-Pajjiżi l-Baxxi wara Rabobank u ING – kien jikkonsisti minn BU Netherlands u BU Private Banking. |
|
(51) |
L-ewwel unità tan-negozju, BU Netherlands kienet toffri servizzi bankarji għall-konsumaturi u kummerċjali permezz ta’ netwerk ta’ fergħat ta’ 510 ħanut bankarju u 78 fergħa konsultattiva kif ukoll permezz ta’ mezzi alternattivi bħall-Internet, ATMs (15) u ċentri telefoniċi. BU Netherlands kienet timpjega madwar 19 000 FTEs. |
|
(52) |
Fis-servizzi bankarji għall-konsumatur, BU Netherlands kellha franchise għall-konsumatur b’saħħitha maqsuma f’“servizzi għall-konsumatur tal-massa” (aktar minn [3,5 - 5] miljun klijent) u “servizzi bankarji ta’ preferenza” (aktar minn [250 000 – 420 000] klijent) (16), fejn offriet firxa wiesgħa ta’ prodotti (bħal kontijiet ta’ tfaddil, investimenti, ipoteki, assigurazzjoni, self u pagamenti tal-karti tal-kreditu). |
|
(53) |
Fis-servizzi bankarji kummerċjali, ABN AMRO N kienet toffri servizzi lil [300 000 – 400 000] klijent SME (17) u [9 000 – 21 000] klijent korporattiv kbir (għalkemm skont it-termini tal-FAK, l-akbar klijenti ta’ ABN AMRO Bank kienu attribwiti lil RBS) b’firxa wiesgħa ta’ prodotti (bħal krediti, ġestjoni ta’ pagamenti u flus, kontijiet tat-tfaddil, teżor, ġestjoni tar-riskju u tal-assigurazzjoni, soluzzjonijiet u prodotti finanzjarji kumplessi, kiri u fatturament). |
|
(54) |
It-tieni unità tan-negozju, BU Private Banking kienet timmira lejn individwi b’assi investibbli netti ta’ aktar minn EUR 1 miljun bi prodotti differenti ta’ ġestjoni ta’ assi u ta’ ppjanar tal-patrimonju. BU Private Banking kienet bniet netwerk żviluppat sew, permezz ta’ tkabbir organiku fil-Pajjiżi l-Baxxi u Franza u permezz ta’ akkwiżizzjonijiet fil-Ġermanja (Delbrück Bethmann Maffei) u l-Belġju (Bank Corluy). BU Private Banking kienet tinkludi wkoll l-impriża konġunta tal-assigurazzjoni Franċiża Neuflize Vie. |
|
(55) |
In-negozji akkwistati fit-3 ta’ Ottubru 2008 mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kienu jinkludu wkoll International Diamond and Jewelry Group, li hija diviżjoni ddedikata għall-kumpaniji involuti fil-manifattura tal-ġojjelli u l-kummerċ tad-djamanti. |
|
(56) |
ABN AMRO Z ma kienx fiha assi operazzjonali iżda kienet tinkludi fost affarijiet oħra assi tat-taxxa, numru ta’ parteċipazzjonijiet (fost oħrajn fis-Saudi Hollandi Bank) u l-bqija tal-portafoll tal-ekwità privata. F’termini ta’ responsabbiltajiet, kien hemm provvediment għas-saldu tal-obbligi fir-rigward tal-Ministeru tal-Ġustizzja Amerikan, provvedimenti oħra (parzjalment relatati mal-personal) u finanzjament bejn kumpaniji ta’ assi tal-kumpaniji. Kif iddikjarat fin-nota f’qiegħ il-paġna (11), is-sehem tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jirrapreżenta 33,81 % ta’ ABN AMRO Z. |
|
(57) |
Numru ta’ dejta finanzjarja prinċipali pro forma ta’ ABN AMRO N huma mogħtija fil-qosor fit-Tabella 1 hawn taħt: Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(58) |
Għas-sena finanzjarja 2009, ABN AMRO N irrappurtat telf ta’ EUR 117 –il miljun. It-telf kien minħabba indeboliment tas-self ogħla, pressjoni fuq il-marġini tal-imgħax, imposti ogħla relatati mal-iskema ta’ garanzija fuq id-depożiti Olandiża u l-ispejjeż tas-separazzjoni u l-integrazzjoni (23). Esklużi l-ispejjeż tas-separazzjoni u tal-integrazzjoni, ABN AMRO N kieku kienet tirreġistra profit nett żgħir għall-2009 ta’ EUR 52 miljun. |
2.2.2. Fortis Bank Nederland (FBN)
|
(59) |
Fuq bażi indipendenti, FBN kienet ir-raba’ l-akbar bank fis-suq Olandiż (wara Rabobank, ING u ABN AMRO N, iżda qabel SNS REAAL). |
|
(60) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi (u preċedentement Fortis SA/NV) kellu direttament 92,6 % ta’ FBN, bl-istrument ta’ investiment Fortis FBN(H) Preferred Investments BV fil-pussess tal-bqija tas-sehem ta’ 7,4 % fil-forma ta’ ishma ta’ preferenza. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu 70 % tal-ishma f’dak l-istrument ta’ investiment, bit-30 % li baqa’ f’idejn numru ta’ investituri privati (24). L-ishma ta’ preferenza f’pussess privat kellhom valur nominali ta’ EUR 210 miljun u dividend (mhux kumulattiv) ta’ 5,85 % (25). |
|
(61) |
L-attivitajiet ta’ FBN kienu suddiviżi fi tliet segmenti – servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji privati u servizzi bankarji merkantili. |
|
(62) |
Is-servizzi bankarji għall-Konsumatur kienu jinkludu s-servizzi bankarji għall-konsumatur tradizzjonali (b’netwerk ta’ 157 fergħa, [2 - 3] miljun klijent individwali u [20 000 – 60 000] klijent SME) iżda wkoll Directbank (li kien joffri soluzzjonijiet ipotekarji permezz ta’ intermedjarji) u l-prodotti finanzjari u tal-karti tal-ħlas għall-konsumatur ta’ Alfam u ICS rispettivament. |
|
(63) |
Is-servizzi bankarji Privati ġew żviluppati l-aktar taħt il-marka kummerċjali ta’ Fortis Mees Pierson u kienu joffru servizzi ta’ ġestjoni tal-ġid (ippjanar tal-patrimonju, investiment, self u assigurazzjoni) fuq bażi segmentata lil [15 000 – 40 000] klijent madwar il-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(64) |
Fis-Servizzi bankarji Merkantili, FBN iddistingwiet seba’ subdiviżjonijiet differenti. Fid-diviżjoni “Commercial Banking” (“Servizzi Bankarji Kummerċjali”) (1), FBN kellha 23 ċentru tan-negozju li joffru prodotti multipli lil kumpaniji bi dħul li jlaħħaq il- EUR 250 miljun. Il-kumpaniji bi dħul ta’ aktar minn EUR 250 miljun kif ukoll is-settur pubbliku kienu moqdija minn subdiviżjoni oħra, “Corporate & Public Banking” (“Servizzi Bankarji Korporattivi u Pubbliċi”) (2). Kien hemm ukoll is-subdiviżjonijiet “Investment banking” (“Servizzi Bankarji ta’ Investiment”) (3) (26), “Specialised Financial Services” (“Servizzi Finanzjarji Speċjalizzati”) (4) (27), “Energy, Commodities & Transportation” (“Enerġija, Prodotti Bażiċi u Trasport”) (5), “Global Markets & Institutional Banking” (“Swieq Globali u Servizzi Bankarji Istituzzjonali”) (6) (28) u “Clearing Funds & Custody” (“Ikklerjar ta’ Fondi u Kustodja”) (7) (29). |
|
(65) |
Għadd ta’ dejta finanzjarja prinċipali ta’ FBN hija sintetizzata fit-Tabella 2 hawn taħt: Tabella 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
Fl-2008, FBN għamlet telf ta’ EUR 18,5 biljun, iżda dak it-telf kien sa ċertu punt marbut ma’ elementi eċċezzjonali. Il-kumpanija kienet obbligata tirrapporta telf nett ta’ EUR 16,8 biljun fuq is-sehem tagħha f’RFS Holdings u l-bejgħ tagħha u ġarrbet ukoll indeboliment ta’ EUR 922 miljun (nett tat-taxxi) fid-diviżjoni tagħha Prime Fund Solutions minħabba l-frodi ta’ Madoff (33). Il-profitt nett sottostanti, esklużi dawk l-elementi, kien ta’ EUR 604 miljun, miksub kważi esklussivament fl-ewwel nofs tal-2008. |
|
(67) |
Fl-2009, FBN kisbet profit nett ta’ EUR 406 miljun, bl-għajnuna ta’ żewġ gwadanji eċċezzjonali (saldu fi flus ta’ EUR 362,5 miljun ma’ Fortis Capital Company) u l-irkupru tal-provvedimenti relatati ma’ Madoff ta’ EUR 16-il miljun. Il-profitt nett sottostanti naqas għal EUR 27 miljun (34) (minn EUR 604 miljun fl-2008). |
2.2.3. ABN AMRO Group
|
(68) |
ABN AMRO Group, li nħoloq wara l-fużjoni bejn FBN u ABN AMRO Bank (jiġifieri l-attivitajiet ta’ ABN AMRO N) fl-1 ta’ Lulju 2010, jiġbor fi ħdanu l-attivitajiet kollha ta’ FBN u ABN AMRO N f’żewġ BU separati, “Retail and Private banking” (“Servizzi Bankarji għall-Konsumaturi u Privati”) u “Commercial and Merchant banking” (“Servizzi Bankarji Kummerċjali u Merkantili”). Il-grupp kellu dħul operattiv pro forma fl-2008 ta’ EUR 7,15 biljun u assi totali pro forma ta’ EUR 360 biljun. Skont l-aħħar figuri (35), ABN AMRO Group għandu ekwità totali IFRS (36) ta’ EUR 11,7 biljun. |
|
(69) |
ABN AMRO Group huwa diversifikat sew bi dħul operattiv ta’ EUR 4,2 biljun fir-“Retail and Private banking” u dħul operattiv ta’ EUR 2,8 biljun fil-“Commercial and Merchant banking”. Ġeografikament, il-maġġoranza tad-dħul ta’ ABN AMRO Group (jiġifieri [65 - 95] % tat-total) joriġina fil-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(70) |
Fir-“Retail and Private banking”, ABN AMRO Group integrat għandu ishma tas-suq ta’ [15 - 20] % u [15 - 20] % (37) fis-“servizzi għall-konsumatur tal-massa” u “servizzi bankarji ta’ preferenza” (38) rispettivament, li jagħmluh it-tielet l-akbar fis-suq bankarju Olandiż f’termini ta’ sehem mis-suq. Fis-servizzi bankarji privati (bl-isem kummerċjali ABN AMRO Mees Pierson), ABN AMRO Group huwa bla dubju l-akbar fis-suq Olandiż b’sehem mis-suq ta’ madwar [30 - 40] % (39). Fil-“Commercial and Merchant banking”, is-sehem mis-suq ta’ ABN AMRO Group huwa ta’ madwar [15 - 25] % (40). |
|
(71) |
ABN AMRO Group ma għadux jinkludi lil New HBU u l-attivitajiet ta’ fatturament ta’ IFN li ġew divestiti fil-qafas tar-Rimedju ta’ Fużjoni fl-1 ta’ April 2010. |
|
(72) |
Bħala parti mill-proċess ta’ ristrutturar, żewġ diviżjonijiet żgħar ta’ FBN (jiġifieri Intertrust u Prime Fund Solutions (“PFS”)) ġew divestiti ukoll u ma għadhomx parti minn ABN AMRO Group. |
|
(73) |
F’Settembru 2009, FBN (u s-soċju tagħha Banque Générale du Lussemburgu (“BGL”)) (41) biegħu lil Intertrust lill-ispeċjalist tal-ekwità privata Waterland. Intertrust hija waħda mill-akbar atturi fil-fondi fiduzjarji u l-ġestjoni korporattiva. Din timpjega 1 000 espert fi 19-il pajjiż u għandha dħul operattiv u RWA ta’ EUR […] miljun u EUR […] miljun rispettivament. |
|
(74) |
F’Mejju 2010, FBN ħabbret ukoll il-bejgħ ta’ PFS lil Credit Suisse. PFS tipprovdi servizzi ta’ fondi lill-industrija tal-ġestjoni tal-assi alternattivi inklużi, pereżempju, amministrazzjoni, servizzi bankarji, kustodja u finanzjament. Il-klijenti tagħha jvarjaw minn maniġers tal-assi speċjalizzati għal istituzzjonijiet globali kbar bħal fondi tal-pensjoni u ta’ investimenti sovrani. PFS kienet responsabbli għall-provvediment ta’ wara t-taxxa ta’ EUR 922 miljun relatat mal-frodi ta’ Madoff li FBN irreġistrat fl-2008. PFS għandha dħul ta’ EUR […] miljun u RWA ta’ EUR […] miljun. |
|
(75) |
Fl-4 ta’ Marzu 2011, ABN AMRO Group ippubblika r-riżultati tiegħu għas-sena fiskali 2010, li juru telf nett ta’ EUR 414 miljun. Esklużi l-ispejjeż tas-separazzjoni u l-integrazzjoni, ABN AMRO Group irrapporta profitt sottostanti ta’ EUR 1 077 miljun. Mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-Livell 1 Ewlieni, il-Livell 1 u l-proporzjon tal-kapital totali ta’ ABN AMRO Group kienu 10,4 %, 12,8 % u 16,6 % rispettivament. F’konsultazzjoni mal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, ABN AMRO Group stabbilixxa politika ta’ dividends li timmira lejn ħlas tad-dividends ta’ 40 % tal-profitt annwali rappurtat. |
2.3. Deskrizzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 u l-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010
|
(76) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda lill-Kummissjoni bil-Pjan ta’ Ristrutturar tal-4 ta’ta’ Diċembru 2009 fl-4 ta’ Diċembru 2009. Aktar informazzjoni ngħatat f’Marzu 2010 (42). Fużjoni bejn FBN u ABN AMRO N hija ċentrali għall-kunċett tan-negozju żviluppat fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009. ABN AMRO Group, il-bank ġdid li joħroġ mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009, se jiffoka fuq is-segment tas-suq medju fil-Pajjiżi l-Baxxi (43) u se jkun attiv fir-“Retail and Private banking” u l-“Commercial and Merchant Banking”. |
|
(77) |
Il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 jibda mid-dijanjożi li l-ħtiġijiet kapitali ma kinux relatati mal-prestazzjoni sottostanti ta’ FBN u ABN AMRO N, iżda mal-ħtieġa li tiġi ffinanzjata s-separazzjoni rispettiva tagħhom mill-kumpaniji holding tagħhom u l-ispejjeż tal-integrazzjoni bil-quddiem tal-fużjoni. |
|
(78) |
F’xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna mill-Istat, il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 jirrikonoxxi li, mingħajr l-isforz koordinat tal-gvernijiet ta’ Benelux, Fortis SA/NV kienet tikkollassa, li kien iwassal ukoll għall-falliment ta’ FBN u ABN AMRO N. |
|
(79) |
Il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 jinkludi projezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2009-2012 b’disagregazzjoni diviżjonali f’Retail Banking, Private Banking NL, Private Banking International u Commercial & Merchant Banking. Speċifikament għall-2012, ABN AMRO Group ikkalkula wkoll profitt “run-rate”, li jeskludi l-ispejjeż tat-tranżizzjoni u jassumi li s-sinerġiji tal-ispejjeż diġà ngħataw kunsiderazzjoni għas-sena sħiħa. Dawk il-projezzjonijiet ingħataw għal xenarju bażi u l-agħar sitwazzjoni possibbli. |
|
(80) |
Fit-8 ta’ Novembru 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi aġġorna l-projezzjonijiet finanzjarji tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 għall-perjodu sal-2012, inklużi projezzjonijiet addizzjonali għall-2013 fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010. |
|
(81) |
Fix-xenarju bażi, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jibda bil-preżunzjoni li l-volumi tan-negozju se jikbru skont l-inflazzjoni. L-ispejjeż tal-personal huma preżunti li jiżdiedu b’[1 - 6] % fis-sena u l-ispejjeż l-oħra b’rata aktar moderata ta’ [1 - 5] % fis-sena. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jantiċipa wkoll li l-provvedimenti tat-telf tas-self ta’ ABN AMRO Group jibdew jonqsu mil-livell għoli rappurtat fl-2009. |
|
(82) |
Fix-xenarju bażi fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010, ABN AMRO Group jikseb riżultat nett negattiv ta’ EUR […] miljun fl-2010 qabel ma jerġa’ lura għall-profitti mill-2011 ‘il quddiem (jiġifieri, profitt ta’ EUR […] miljun fl-2011). |
|
(83) |
Fl-2012 u l-2013, huwa mistenni li l-profitti netti ta’ ABN AMRO Group jiżdiedu għal rispettivament EUR […] miljun u EUR […] miljun, li jsarraf f’Redditu fuq l-Ekwità (44) (“RoE” - Return on Equity) ta’ madwar […] %. It-titjib tal-profitabilità ta’ ABN AMRO Group huwa mmexxi minn titjib fid-dħul operattiv (li għandu jirkupra wara ċ-ċifra dgħajfa tal-2009), il-programm ta’ tnaqqis tal-ispejjeż li b’veloċità regolari għandu jnaqqas l-ispejjeż b’EUR 1,1 biljun qabel it-taxxa fis-sena u normalizzazzjoni tal-provvedimenti tat-telf tas-self wara punt massimu fl-2009. Fl-2013, il-proporzjon tad-dħul relatat mal-ispejjeż ta’ ABN AMRO Group huwa mbassar li jkun […] %. |
|
(84) |
Xenarju bażi Tabella 3
|
|
(85) |
Fl-agħar sitwazzjoni possibbli fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi beda b’suppożizzjonijiet aktar konservattivi milli bix-xenarju bażi. Dan uża l-marġini tal-imgħaxijiet li kienu 7,5 % aktar baxxi milli tax-xenarju bażi, previżjonijiet aktar kawti għall-kummissjonijiet u t-tariffi (tkabbir ta’ 4 % fis-sena għall-kuntrarju ta’ 7 % fix-xenarju bażi), sinerġiji aktar baxxi (impatt ta’ - EUR […] miljun fuq il-profitt tal-2013) u rata ta’ rkupru aktar baxxa bi 15 % tal-provvedimenti kontra t-telf tas-self (impatt ta’ - EUR […] miljun fuq il-profitt tal-2013). |
|
(86) |
Filwaqt li dawk iċ-ċifri aktar konservattivi għandhom iwasslu għal riżultati aktar baxxi, ABN AMRO Group xorta jkun jista’ jagħmel profitt. L-agħar sitwazzjoni possibbli tipprevedi profitt nett sottostanti ta’ EUR […] miljun u EUR […] miljun rispettivament fl-2012 u fl-2013 (li jipparaguna ma’ EUR […] miljun u EUR […] miljun rispettivament fix-xenarju bażi). |
|
(87) |
Fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 tiegħu, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi tratta wkoll l-istrateġija ta’ ħruġ tiegħu, fejn enfasizza li ma għandux l-intenzjoni li jibqa’ investitur fuq perjodu ta’ żmien twil f’ABN AMRO Group. |
|
(88) |
Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Awwissu 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda lill-Kummissjoni aktar dettalji dwar l-istrateġija ta’ ħruġ tiegħu. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li qed jikkontempla pjazzament fil-forma ta’ IPO (46), iżda qed iżomm ruħu disponibbli għal opzjonijiet oħra bħal bejgħ privat lil investitur jew parteċipant tas-suq. Fl-ittra tiegħu tal-20 ta’ Awwissu 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jindika li l-ewwel sehem ta’ bejn [0 - 50] - [10 - 60] % jista’ jkun disponibbli għal IPO mhux aktar kmieni minn […], u warajh it-tieni offerta ta’ [0 - 50] - [10 - 60] % oħra fl-2015. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jrid jaqla’ lura l-investiment inizjali tiegħu biż-żieda tal-ispejjeż ta’ finanzjament tiegħu ta’ [2 - 5] %. Hija l-intenzjoni tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li jnaqqas is-sehem tiegħu f’ABN AMRO Group b’sa massimu ta’ [25 - 65] %, preferibbilment qabel it-tmiem tal-[2014 - 2018]. Fl-aħħarnett, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa impenjat kompletament lejn ħruġ komplet. Id-deċiżjoni finali fuq l-IPO tibqa’ tal-Ministru tal-Finanzi Olandiż u tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tas-suq, il-“prontezza tal-IPO” ta’ ABN AMRO Group u l-introjtu mistenni. Fl-24 ta’ Jannar 2011, il-gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi stabbilixxa wkoll pubblikament l-istrateġija ta’ ħruġ tiegħu (47). |
|
(89) |
Il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 (kif ukoll il-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010) juri li – wara l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha tal-għajnuna mill-Istat – ABN AMRO Group huwa kapitalizzat biżżejjed. Matul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-proporzjonijiet imbassra tal-Livell 1 għandhom jibqgħu adegwatament ‘il fuq minn […] % bejn l-2009 u l-2012, u jiżdiedu iktar għal […] % fl-2013. |
|
(90) |
Fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jispjega li ABN AMRO Group diġà għamel divestiment ta’ numru ta’ negozji. Minbarra l-bejgħ ta’ New HBU u IFN matul il-proċess tar-Rimedju ta’ Fużjoni, ABN AMRO N u FBN għamlu wkoll divestiment ta’ Intertrust u PFS. |
|
(91) |
Paragunat ma’ ABN AMRO Group, Intertrust u PFS flimkien jirrapreżentaw [0 - 5] %, [0 - 5] % u [0 - 5] % f’termini ta’ dħul operattiv, spejjeż u RWA totali mbassra tiegħu rispettivament. |
|
(92) |
Matul il-proċess ta’ ristrutturar, FBN għamlet ukoll akkwiżizzjoni sabiex tikkoreġi allinjament żbaljat li rriżulta mis-separazzjoni ta’ Fortis SA/NV. FBN kienet is-sid legali ta’ BU Brokerage, Clearing and Custody u l-uffiċċji kollha relatati ma’ dak in-negozju minbarra l-uffiċċju ta’ Chicago, li baqa’ parti minn Fortis Bank SA/NV. Sabiex tikkoreġi l-allinjament żbaljat marbut mas-separazzjoni, FBN akkwistat il-fergħa ta’ Chicago ta’ Fortis Clearing Americas minn Fortis Bank SA/NV fil-31 ta’ Lulju 2009 għal prezz ta’ madwar USD […] miljun. |
2.4. Deskrizzjoni tal-miżuri
|
(93) |
Sabiex tidentifika l-miżuri individwali ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tuża f’din id-Deċiżjoni l-istess kodiċi ta’ ittri bħal dawk fid-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Frar 2010. |
2.4.1. Miżuri koperti mid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009
|
(94) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil FBN (inkluż ABN AMRO N) minn Fortis SA/NV għal EUR 12,8 biljun (il-“Miżura X”). Il-Kummissjoni ma fetħitx il-proċedura fir-rigward ta’ dik il-miżura, li bħala tali ma pprovdietx għajnuna mill-Istat lil FBN, anki jekk kienet parti minn tranżazzjoni li tipprovdi għajnuna mill-Istat lil FBN (ara l-premessa 32 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009). |
|
(95) |
Fi żmien l-akkwiżizzjoni ta’ FBN mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, FBN kienet tiddependi ħafna fuq Fortis Bank SA/NV għall-fondi tagħha. Sabiex tiġi żgurata separazzjoni sħiħa ta’ FBN minn Fortis Bank SA/NV, kien neċessarju li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jtemm ir-relazzjoni ta’ finanzjament bejn FBN u Fortis Bank SA/NV. Sabiex jaqta’ r-rabtiet eżistenti, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ta lil FBN faċilità ta’ likwidità fuq perjodu qasir ta’ EUR 45 biljun (il-“Miżura Y1”) fit-3 ta’ Ottubru 2008. Dik il-faċilità ta’ likwidità ppermettiet lil FBN tħallas lura lil Fortis Bank SA/NV is-self fuq perjodu qasir ta’ EUR 34 biljun. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssostitwixxa wkoll lil Fortis Bank SA/NV bħala mutwanti ta’ self fuq perjodu twil lil FBN għal ammont nominali ta’ EUR 16.1 biljun f’hekk imsejħa “novazzjoni” (il-“Miżura Y2”) (48). |
|
(96) |
Il-faċilità ta’ likwidità fuq perjodu qasir koperta mill-Miżura Y1 baqgħet fis-seħħ sal-aħħar ta’ Ġunju 2009. Filwaqt li dik il-miżura kienet fis-seħħ ir-remunerazzjoni nbidlet numru ta’ drabi. Fil-perjodu bejn is-6 ta’ Ottubru 2008 u t-23 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda lil FBN finanzjament fuq perjodu qasir f’EONIA (49) (għal self immedjat b’ammont massimu ta’ EUR 5 biljun) jew EURIBOR (50) (għal likwidità fuq perjodu itwal b’ammont massimu ta’ EUR 40 biljun) mingħajr firxiet addizzjonali. Wara t-23 ta’ Ottubru 2008, kien hemm perjodu qasir (sal-5 ta’ Novembru 2008) li matulu l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi applika l-EONIA + 50 punt ta’ bażi u EURIBOR + 50 punt ta’ bażi. Matul dak it-tieni perjodu, l-arranġament baqa’ għal ammonti massimi ta’ EUR 5 biljun għal likwidità immedjata u EUR 40 biljun għal likwidità fuq perjodu itwal. Fil-perjodu bejn il-5 ta’ Novembru 2008 u l-1 ta’ Marzu 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi biddel ir-remunerazzjoni għal EONIA + 25 punt ta’ bażi għal self immedjat, EURIBOR + 25 punt ta’ bażi għal self b’maturità (51) ta’ anqas minn 3 xhur u EURIBOR + 50 punt ta’ bażi għal self b’maturità ta’ aktar minn tliet xhur (52). Wara l-1 ta’ Marzu 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi żviluppa sistema b’żewġ passi biex jinkoraġġixxi lil FBN tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-Istat. L-ewwel ammont ta’ finanzjament (irrispettivament mill-maturità) kien disponibbli għal EURIBOR + 25 punt ta’ bażi iżda malli dak il-limitu nqabeż, FBN setgħet biss tieħu likwidità addizzjonali għal EURIBOR + 50 punt ta’ bażi (53). L-ammont tal-faċilità ta’ likwidità totali u l-ammont tal-ewwel limitu massimu gradwalment tbaxxew. Fid-9 ta’ Lulju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi informa lill-Kummissjoni li FBN kienet ħallset lura s-self tagħha fuq perjodu qasir lill-Istat. |
|
(97) |
Is-self fuq perjodu twil mogħti lura lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi (il-Miżura Y2) ammonta għal EUR 16,1 biljun, inkluż EUR 8,15 biljun ta’ kapital tal-Livell 2 (li minnu kien hemm EUR 3 biljun tal-Livell 2 ta’ fuq) u EUR 7,95 biljun ta’ kreditu preferenzjali. |
|
(98) |
Fl-24 ta’ Diċembru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil ABN AMRO N minn FBN għal EUR 6,5 biljun (il-“Miżura Z”). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma ħallasx fi flus iżda ħallas għax-xiri billi kkanċella d-debitu fuq perjodu twil ta’ EUR 6,5 biljun li kien kiseb fit-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 bħala parti mill-Miżura Y2. Fi kliem ieħor, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrinunzja l-EUR 6,5 biljun ta’ pretensjonijiet lejn FBN biex iħallas għal ABN AMRO N (54). |
2.4.2. Miżuri koperti mid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010
|
(99) |
Uħud mill-miżuri koperti bid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010 (55) ġew notifikati lill-Kummissjoni f’Lulju 2009 u l-bqija f’Jannar 2010. F’Lulju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifika strument ta’ serħan tal-kapital (Capital Relief Instrument) jew “CRI” (il-“Miżura A” b’effett ta’ serħan tal-kapital ta’ EUR 1,7 biljun), Titolu Konvertibbli Mandatorju (Mandatory Convertible Security - “MCS”) ta’ EUR 500 miljun (il-“Miżura B1”) u t-tieni ammont MCS ta’ EUR 300 miljun (il-“Miżura B2”). |
|
(100) |
F’Jannar 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ta avviż dwar il-miżuri kapitali addizzjonali li jiswew EUR 4,39 biljun. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssottoskriva għal strumenti MCS addizzjonali ta’ EUR 2,28 biljun biex ikopri l-ispejjeż ta’ separazzjoni addizzjonali (EUR 780 miljun, il-“Miżura B3”), id-defiċit kapitali li rriżulta mill-bejgħ ta’ New HBU (EUR 300 miljun, il-“Miżura B4”) u l-ispejjeż ta’ integrazzjoni (EUR 1,2 biljun, il-“Miżura B5”). Sabiex iġib il-kapital ta’ Livell 1 ta’ FBN konformi mar-rekwiżiti regolatorji, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonverta wkoll EUR 1,35 biljun tal-kapital ta’ Livell 2 ta’ FBN li diġà kien fil-pussess tiegħu f’kapital tal-Livell 1 (il-“Miżura C”). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħallas ukoll lill-membri l-oħra tal-konsorzju EUR 740 miljun fi flus (il-“Miżura D”) kif kien previst fil-FAK sabiex isolvi l-kwistjonijiet li ħarġu biss matul il-proċess ta’ separazzjoni. Fl-aħħarnett, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda wkoll garanzija fuq responsabbiltajiet reċiproċi li rriżultaw mill-bejgħ ta’ New HBU (il-“Miżura E”). |
L-istrument ta’ serħan tal-kapital (il-Miżura A, ekwivalent ta’ kapital ta’ EUR 1,7 biljun)
|
(101) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi biegħ il-protezzjoni tal-kreditu permezz ta’ CDS fuq portafoll ipotekarju Olandiż ta’ ABN AMRO N, li jirrapreżenta madwar [30-80] % tal-portafoll totali ta’ self fuq id-djar ta’ ABN AMRO N. Dik il-miżura kellha l-effett li tnaqqas l-assi peżati għar-riskju ta’ ABN AMRO N. |
|
(102) |
Bħala ħlas għall-protezzjoni tal-kreditu, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rċieva tariffa annwali ta’ 51,5 punti ta’ bażi (kkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-portafolli fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ referenza). |
|
(103) |
It-tariffa ġiet ikkalkulata bl-użu tal-metodoloġija tal-kost ekwivalenti għall-kapital. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddetermina kemm l-ABN AMRO N setgħet tillibera kapital permezz tal-istrument ta’ serħan tal-kapital (jiġifieri EUR 1,7 biljun, abbażi tar-rekwiżiti ta’ Basel I li kienu għadhom jiġu applikati fiż-żmien meta l-ftehim tas-CRI kien implimentat) u mbagħad ikkalkula redditu ta’ 10 % fuq dak is-serħan tal-kapital (jiġifieri 10 % fuq EUR 1,7 biljun), li kien ekwivalenti għal 51,5 punti ta’ bażi tal-valur tal-portafoll inizjali ta’ EUR 34,5 biljun. |
|
(104) |
Kull sena, ABN AMRO N żammet l-ewwel ammont ta’ telf ta’ 20 punt ta’ bażi (ikkalkulat bħala perċentwal tal-valur tal-portafoll inizjali). |
|
(105) |
ABN AMRO N żammet segment vertikali ta’ 5 % tal-bqija tar-riskju. |
|
(106) |
L-ipprezzar tal-istrument tal-protezzjoni tal-kreditu ma għandux jiġi aġġustat malli ABN AMRO N tadotta bi sħiħ ir-rekwiżiti kapitali ta’ Basel II, anki jekk l-effett ta’ serħan tal-kapital tas-CRI mbagħad ikun sostanzjalment iżgħar. |
|
(107) |
Fil-prinċipju, il-kuntratt CDS kellu maturità ta’ seba’ snin, iżda ABN AMRO N kellha drittijiet ta’ xiri li jippermettulha ttemm il-kuntratt f’numru ta’ dati ta’ referenza determinati minn qabel (pereżempju Ottubru 2010, Jannar 2011 u Jannar 2012). (56) |
|
(108) |
Taħt il-FAK, it-tliet imsieħba tal-konsorzju kellhom jiżguraw li ABN AMRO Z tibqa’ kapitalizzata biżżejjed. F’dak il-kuntest, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu jikkontribwixxi EUR 2,2 biljun għad-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z. L-għan tas-CRI kien li jippermetti lil ABN AMRO N li jagħmel parti minn dik il-kontribuzzjoni ta’ EUR 2,2 biljun lil ABN AMRO Z. |
|
(109) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprefera s-soluzzjoni mhux konvenzjonali tas-CRI minflok iż-żieda tal-kapital tradizzjonali minħabba li, qabel is-separazzjoni, ma setax jagħmel kontribuzzjonijiet ta’ kapital garantiti (ring-fenced) f’ABN AMRO Bank. Fi kliem ieħor, minħabba li ABN AMRO N ma kinitx entità legali separata, injezzjoni ta’ kapital f’ABN AMRO Bank setgħet tibbenefika wkoll liż-żewġ membri l-oħra tal-konsorzju. Dik it-tip ta’ azzjoni seta’ kellha implikazzjonijiet gravi speċjalment f’xenarji ta’ żieda fid-diffikultà finanzjarja. |
|
(110) |
Meta s-separazzjoni seħħet, ABN AMRO N saret entità legali separata (l-ABN AMRO Bank il-ġdida). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kompla jerfa’ r-responsabbiltà taħt il-FAK sabiex ikopri d-defiċit kapitali ta’ EUR 2,2 biljun ta’ ABN AMRO Z. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda li ABN AMRO N għandha tuża l-flus mill-istrumenti MCS (jiġifieri l-Miżura B3 safejn hija relatata mal-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun u EUR 1,2 biljun tal-Miżura B5) sabiex tinjetta EUR 1,7 biljun f’ABN AMRO Z, filwaqt li tkun żammet is-CRI eżistenti f’ABN AMRO Bank il-ġdid sabiex tkopri l-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun u l-ispejjeż ta’ integrazzjoni ta’ EUR 1,2 biljun. |
|
(111) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2010, ABN AMRO Bank u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħabbru li s-CRI se jiġi terminat mit-30 ta’ Ottubru 2010. Tabilħaqq, minħabba li ABN AMRO Bank sadanittant kienet implimentat ir-rekwiżiti ta’ Basel II, is-CRI sar anqas interessanti u anqas neċessarju (57). |
It-Titolu Konvertibbli Mandatorju biex ikopri parti mid-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z (Il-Miżura B1, EUR 500 miljun)
|
(112) |
Minħabba li s-CRI ma kienx biżżejjed biex ikopri d-defiċit kapitali sħiħ ta’ EUR 2.2 biljun ta’ ABN AMRO Z, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda kapital żejjed lil ABN AMRO Bank permezz ta’ MCS. |
|
(113) |
Dak l-MCS kien kategorizzat bħala kapital ibridu tal-Livell 1, kien iġorr kupun ta’ 10 % u kkonverta awtomatikament f’ishma ta’ ABN AMRO II meta seħħet is-separazzjoni ta’ ABN AMRO N minn ABN AMRO Bank. Minn dak il-mument ‘il quddiem, kien jikkwalifika bħala kapital ewlieni tal-Livell 1. Il-konverżjoni saret b’valur nominali (58). Il-miżura ppermettiet lil ABN AMRO II (mogħtija l-isem ġdid ABN AMRO Bank) li tikkontribwixxi EUR 500 miljun lil ABN AMRO Z. |
It-Titolu Konvertibbli Mandatorju biex ikopri l-ispejjeż tas-separazzjoni (Il-Miżuri B2 u B3, total ta’ EUR 1.08 biljun)
|
(114) |
Sabiex ikopri l-ispejjeż relatati mas-separazzjoni ta’ ABN AMRO N minn ABN AMRO Bank, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssottoskriva MCS addizzjonali. L-ewwel ammont ta’ madwar EUR 300 miljun (il-Miżura B2) ġie notifikat f’Lulju 2009, bil-bqija (jiġifieri EUR 780 miljun) notifikat f’Jannar 2010 (il-Miżura B3). |
|
(115) |
L-ammont sħiħ ta’ EUR 1,08 biljun (jiġifieri l-Miżuri B2 u B3 flimkien) kien meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż li ġejjin:
|
|
(116) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda diżaggregazzjoni ulterjuri tal-ispejjeż tas-separazzjoni ta’ EUR 480 miljun. Dawn kienu relatati mal-espożizzjoni għal responsabbiltajiet reċiproċi (EUR [0 - 200] miljun), it-tħollija ta’ ittri ta’ allokazzjoni tar-riskju (EUR [0 - 200] miljun), ix-xiri mill-ġdid ta’ noti ta’ sigurtà (EUR [0 - 200] miljun), it-trasferiment minn ABN AMRO R tar-riskju tas-suq relatat mal-kummerċ tal-klijenti ta’ ABN AMRO N (EUR [0 - 200] miljun), it-twaqqif ta’ strumenti ta’ serħan tal-kapital (EUR [0 - 200] miljun) u l-ispejjeż varji tas-separazzjoni u tat-tħollija (EUR [0 - 300] miljun). |
|
(117) |
Wara s-separazzjoni mill-kumpanija holding tagħha ABN AMRO Bank, ABN AMRO II kellha bżonn tistabbilixxi uffiċċju tas-suq monetarju indipendentement, li sewa EUR 90 miljun. |
|
(118) |
Fl-aħħarnett, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi injetta EUR 500 miljun oħra f’kapital sabiex jiżgura li ABN AMRO N setgħet topera b’ċertu marġini ‘l fuq mir-rekwiżiti regolatorji minimi. |
It-Titolu Konvertibbli Mandatorju biex ikopri d-defiċit kapitali minħabba l-bejgħ ta’ New HBU (Il-Miżura B4, EUR 300 miljun)
|
(119) |
FBN u ABN AMRO N setgħu jamalgamaw biss malli jiġu solvuti l-kwistjonijiet ta’ konċentrazzjoni identifikati fid-Deċiżjoni dwar il-Fużjoni. Għalhekk, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda li jbiegħ lil New HBU u IFN lil Deutsche Bank. Dik it-tranżazzjoni madankollu rriżultat fi ħtieġa ta’ kapital addizzjonali ta’ EUR 470 miljun, li ABN AMRO N ma setgħetx tittratta waħedha. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda li jgħin u jinjetta EUR 300 miljun fil-forma ta’ MCS (59). |
It-Titolu Konvertibbli Mandatorju biex ikopri l-ispejjeż tal-integrazzjoni (Il-Miżura B5, EUR 1,2 biljun)
|
(120) |
Sabiex jimplimentaw il-fużjoni, ABN AMRO N u FBN (u wara l-fużjoni ABN AMRO Group) kellhom iħallsu bil-quddiem spejjeż tal-integrazzjoni ta’ EUR 1,2 biljun (wara t-taxxa), relatati mal-ispejjeż tas-sensji, l-integrazzjoni ta’ pjattaformi tal-ICT u r-ristrutturar tan-netwerk ta’ fergħat. Minħabba li ABN AMRO N u FBN ma kinux kapaċi jiffinanzjaw dawk l-ispejjeż huma stess, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda li jinjetta kapital fil-forma ta’ MCS (60). |
Konverżjoni tal-kapital ibridu tal-Livell 2 ta’ FBN f’kapital ewlieni tal-Livell 1 (il-Miżura C, EUR 1,35 biljun)
|
(121) |
FBN kienet obbligata żżid il-kapital tal-Livell 1 tagħha wara li d-DNB (61) kien indika li kien hemm defiċit kapitali tal-Livell 1 ta’ madwar EUR 1,26 biljun. Wara s-separazzjoni mill-kumpanija holding tagħha Fortis SA/NV, FBN kellha tonfoq ukoll EUR 90 miljun sabiex tkopri l-ispejjeż relatati mal-istabbiliment ta’ uffiċċju tat-Teżor, mudelli relatati ma’ Basel, liċenzji u servizzi ta’ konsulenza. |
|
(122) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda l-kapital żejjed billi kkonverta d-debitu tal-Livell 2 b’valur nominali ta’ EUR 1,35 biljun f’kapital tal-Livell 1. Bħala konsegwenza, it-tranżazzjoni ma involviet l-ebda flus ġodda (62). |
Obbligi ta’ ħlas lejn membri oħra tal-konsorzju (il-Miżura D, EUR 740 miljun)
|
(123) |
Meta l-membri tal-konsorzju nnegozjaw l-akkwiżizzjoni ta’ ABN AMRO Holding fl-2007, dawn irrealizzaw li mhux il-fatti kollha kienu magħrufin dak iż-żmien. Għalhekk, il-FAK kien fih numru ta’ prinċipji ġenerali sabiex jitħallsu ċerti obbligi ta’ ħlas, li kienu se jsiru apparenti biss matul il-proċessi ta’ separazzjoni. L-ammonti preċiżi jirriżultaw minn proċess ta’ negozjati li fih ipparteċipa l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi (u qablu Fortis SA/NV). |
|
(124) |
L-ammont totali ta’ EUR 740 miljun huwa relatat ma’: (…) Dawn il-movimenti ta’ flus ‘il barra huma parzjalment ikkumpensati bil-fatt li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rċieva […] mill-membri l-oħra tal-konsorzju relatati mal-ispejjeż mitlufa. |
|
(125) |
Il-bilanċ tal-obbligi ta’ ħlas fir-rigward tal-membri l-oħra tal-konsorzju (jiġifieri EUR 740 miljun) tħallas fi flus, parzjalment direttament lill-membri l-oħra tal-konsorzju u parzjalment lil ABN AMRO (issa RBS NV). |
Responsabbiltajiet reċiproċi (Il-Miżura E, EUR 950 miljun)
|
(126) |
Anki wara d-divestiment ta’ New HBU, ABN AMRO Bank (issa RBS NV) u ABN AMRO II (jew is-suċċessuri legali tagħha) se jibqgħu obbligati lejn il-kredituri ta’ New HBU jekk New HBU ma tkunx kapaċi tissodisfa l-obbligi tagħha lejn il-kredituri proprja. Bl-istess mod New HBU se tiffaċċja responsabbiltajiet reċiproċi lejn il-kredituri ta’ ABN AMRO Bank u ABN AMRO II. Minħabba li r-responsabbiltajiet reċiproċi huma minħabba l-bejgħ ta’ New HBU li rriżulta minn deċiżjoni ta’ ABN AMRO II u l-azzjonisti tagħha, kienet ukoll ir-responsabbiltà tagħhom li jsibu soluzzjoni. Is-soluzzjoni proposta kienet timplika li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi u Deutsche Bank (jiġifieri x-xerrej ta’ New HBU) qablu li New HBU u ABN AMRO II jikkumpensaw lil xulxin għal dawn ir-responsabbiltajiet reċiproċi billi jipprovdu kollateral lil xulxin, sabiex inaqqsu r-rekwiżiti kapitali regolatorji indotti għall-20 % mixtieq. Bħala riżultat ta’ dak il-ftehim, ABN AMRO II kellha tipprovdi kollateral lil New HBU għal ammont li jlaħħaq EUR 950 miljun (li jonqos maż-żmien malli jimmaturaw ir-responsabbiltajiet sottostanti) għar-responsabbiltajiet ta’ New HBU lejn ABN AMRO II u lejn ABN AMRO Bank (issa RBS NV). Minħabba li ABN AMRO II ma kellhiex il-mezzi biex tipprovdi l-kollateral meħtieġ fir-rigward tar-responsabbiltà lejn ABN AMRO Bank (issa RBS NV), l-Istat ipprovda l-kontrokumpens fil-forma ta’ garanzija fuq id-debitu ta’ ABN AMRO Bank (issa RBS NV). |
|
(127) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprezza dak ir-riskju daqs li kieku kien garanzija tal-Istat fuq debitu subordinarju ta’ ABN AMRO Bank (issa RBS NV). L-ipprezzar – ibbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) (63)– ġie stabbilit għal 200 punt ta’ bażi flimkien mal-firxa tas-CDS medjana (64). |
|
(128) |
It-Tabella 4 tiddeskrivi fil-qosor il-miżuri valutati f’din id-Deċiżjoni. Il-kolonna “Raġuni” hija l-istess bħal dik fit-Tabella 1 fil-punt (57) tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010. Kif indikat fil-premessa 110, wara s-separazzjoni ta’ ABN AMRO N minn ma’ ABN AMRO Bank fis-6 ta’ Frar 2010, il-miżuri u l-għanijiet tal-miżuri ġew mibdula. Aktar speċifikament, il-Miżura A ntużat minn dik id-data ‘l quddiem għall-għanijiet tal-Miżura B3 (safejn tikkonċerna l-marġini ta’ prudenza) u l-Miżura B5 u vice versa. Tabella 4
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ
3.1. Raġunijiet għall-ftuħ fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009
|
(129) |
Fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni fetħet proċeduri minħabba li kellha raġunijiet biex temmen li l-Miżuri Y1, Y2 u Z (65) kienu jirrappreżentaw għajnuna mill-Istat favur FBN u ABN AMRO N. Il-Kummissjoni kienet temmen li dawk il-miżuri ppermettew lil FBN u ABN AMRO N li jibqgħu fis-suq u jsegwu l-attivitajiet tagħhom. Din kellha raġunijiet biex temmen li dawk il-miżuri kienu selettivament vantaġġużi għal FBN u ABN AMRO N. |
|
(130) |
Fil-premessi 29 u 30 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni nnotat li l-Miżuri X, Y1 u Y2 kienu parti mill-istess kuntratt ta’ bejgħ, li kellu l-għan li jissepara lil FBN mill-bqija ta’ Fortis SA/NV. Id-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 kienet diġà kkonkludiet li meta daħal f’dak il-kuntratt fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx aġixxa bħala investitur normali f’ekonomija tas-suq. |
|
(131) |
Fil-premessa 33 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni argumentat li l-Miżura Y1 kienet tidher vantaġġuża għal FBN għaliex din kienet rċeviet ammont ta’ finanzjament, li ma kinitx issib fuq is-swieq, minħabba li s-swieq dak iż-żmien kienu diżordinati. B’kunsiderazzjoni ta’ dawk iċ-ċirkostanzi estremi fis-suq, il-Kummissjoni ddubitat ukoll li r-rati tal-imgħax meħtieġa mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kienu jkunu aċċettabbli għal investitur privat. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li s-solidità tal-fornitur tal-finanzjament ġdid tagħha kien jidher vantaġġuż għal FBN. FBN ma baqgħetx tiddependi fuq kumpaniji b’likwidità limitata f’diffikultà finanzjarja bħal Fortis SA/NV iżda rċeviet il-finanzjament tagħha mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-Miżura Y1 kinitx kumpatibbli mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (il-“Komunikazzjoni Bankarja”) (66) għaliex din la kienet proporzjonata u lanqas limitata għall-minimu neċessarju. Tħassib aktar speċifiku tqajjem fil-premessa 52 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 dwar il-kumpatibbiltà tal-elementi li ġejjin: (1) ir-remunerazzjoni mħallsa minn FBN, (2) il-perjodu massimu li matulu FBN ma setgħetx tibbenefika minn finanzjament, (3) il-maturità massima tal-istrumenti konċernati u (4) l-volum tal-faċilità ta’ likwidità. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni indikat ukoll li l-Miżura Y2 jista’ jkun fiha elementi ta’ għajnuna mill-Istat jekk Fortis Bank SA/NV kienet fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni f’pożizzjoni li titlob tifdija immedjata tas-self fit-tul kieku kellha tinbidel is-sjieda ta’ FBN. Jekk kien hemm tabilħaqq klawsola ta’ tifdija relatata mas-sjieda, il-Miżura Y2 ippermettiet lil FBN li tibbenefika minn self fit-tul b’rati ta’ imgħax ta’ qabel il-kriżi. Il-Miżura Y2 implikat li FBN ma kinitx obbligata ssib finanzjament alternattiv għall-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti dak iż-żmien. Barra minn hekk, minħabba li Fortis Bank SA/NV kellha d-dritt titlob tifdija, l-għażla tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li jipprovdi self fit-tul minflok self fuq perjodu qasir setgħet tqajjem dubji. Għalhekk, fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li l-Miżura Y2 kien fiha għajnuna mill-Istat għal perjodu ta’ żmien itwal minn dak strettament neċessarju. Sabiex tkun tista’ tevalwa l-implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat tal-Miżura Y2, il-Kummissjoni talbet lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi biex jipprovdi aktar informazjzoni dwar it-termini kuntrattwali ta’ tifdija bikrija tal-kuntratti tas-self fit-tul. |
|
(134) |
Fil-premessa 54 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni esprimiet dubju wkoll dwar jekk l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kienx ħa miżuri biżżejjed sabiex jillimita d-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni, b’konformità mal-punt (27) tal-Komunikazzjoni Bankarja. |
|
(135) |
Il-Kummissjoni kienet ikkonċernata wkoll li ABN AMRO N kienet – potenzjalment indirettament – ibbenefikat mill-miżuri ta’ likwidità pprovduti lil FBN. Għalhekk, din talbet lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta’ finanzjament u l-istrateġija ta’ finanzjament ta’ ABN AMRO N. |
|
(136) |
Fir-rigward tal-Miżura Z, il-Kummissjoni kellha dubju li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħallas lil FBN il-prezz tas-suq għall-akkwiżizzjoni ta’ ABN AMRO N. Il-Kummissjoni osservat li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħallas aktar mill-valutazzjoni tal-“kundizzjoni tas-suq kurrenti” tat-3 ta’ Ottubru 2008 tal-espert tal-valutazzjoni tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi stess […] fir-rapport tiegħu li ġie msemmi fil-premessa 2. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx applika fattur ta’ korrezzjoni biex jirrifletti id-deklin tas-suq tal-borża li seħħ bejn Ottubru u Diċembru 2008 u li kien evidenti speċjalment għall-istokks tal-bank. Jekk l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħallas iżżejjed meta xtara lil ABN AMRO N, il-Miżura Z kienet ekwivalenti għal għajnuna mill-Istat li għenet fir-rikapitalizzazzjoni ta’ FBN. |
|
(137) |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni osservat ukoll fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien għadu ma ssottomettiex evalwazzjoni ta’ FBN u ABN AMRO N mid-DNB. Lanqas ma pprovda pjan ta’ vijabbiltà jew pjan ta’ ristrutturar bi projezzjonijiet finanzjarji dettaljati. Minħabba li la pjan ta’ vijabbiltà u lanqas pjan ta’ ristrutturar ma kienu disponibbli, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk, bħala riżultat tal-Miżuri X, Y1, Y2 u Z, ABN AMRO N u FBN kellhomx biżżejjed kapital u kinux kapaċi jiksbu livell aċċettabbli ta’ profitabilità. |
3.2. Raġunijiet għall-estensjoni tal-proċeduri fid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010
|
(138) |
Meta fis-17 ta’ Lulju 2009 u fil-15 ta’ Jannar 2010, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifika l-miżuri żejda favur FBN u ABN AMRO N bħala miżuri li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni kienet ikkonċernata li wħud minn dawn il-miżuri addizzjonali kienu jirrapreżentaw għajnuna mill-Istat żejda lil FBN u ABN AMRO N. |
|
(139) |
Fid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni osservat li taħt il-FAK l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu numru ta’ obbligi, li ma kinux obbligi ta’ ABN AMRO N. Il-miżuri meħudin mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi biex jikkonforma mal-obbligi tal-FAK (u b’mod partikolari l-obbligi li jħallas l-ispejjeż ta’ ABN AMRO Z u l-obbligu li jissepara lil ABN AMRO N minn ABN AMRO Bank) jidhru għall-ewwel li ma jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat lil ABN AMRO N. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni indikat li l-Miżuri A u B1 dehru primarjament imfassla biex ikopru d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z, iżda fl-istess ħin ma kienx ċar għall-Kummissjoni jekk kienx hemm ukoll benefiċċju indirett għall-attivitajiet ekonomiċi ta’ ABN AMRO N. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni riedet tkun taf jekk ABN AMRO N u ABN AMRO Z – mingħajr l-istatus legali separat – kinux delimitati biżżejjed (ring-fencing) fil-konfront ta’ xulxin. Il-Kummissjoni riedet ukoll tirċievi aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet wara d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z u pereżempju dwar it-trasferiment ta’ ishma ta’ Unicredito minn ABN AMRO Z għal ABN AMRO N. Il-Kummissjoni kellha wkoll mistoqsijiet dwar ir-remunerazzjoni minn ABN AMRO N lil ABN AMRO Z għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-uffiċċju prinċipali. Il-Kummissjoni kellha suspett li – mill-anqas parti ta’ – is-sottokapitalizzazzjoni ta’ ABN AMRO Z kienet marbuta mal-fatt li ABN AMRO N ma ħallsitx prezz tas-suq għas-servizzi tal-uffiċċju prinċipali ta’ ABN AMRO Z. |
|
(141) |
Anki jekk is-separazzjoni ta’ ABN AMRO N minn ABN AMRO Bank hija obbligu tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi taħt il-FAK, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li r-rikapitalizzazzjoni mill-Istat li ffinanzjat l-ispejjeż tas-separazzjoni setgħet kienet għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni osservat li mhux l-ispejjeż kollha kategorizzati bħala spejjeż tas-separazzjoni kien strictu senso marbuta mal-obbligi tas-separazzjoni kif deskritt fil-FAK. Il-Kummissjoni nnotat li l-kategorija “spejjeż tas-separazzjoni” inkludiet ammont ta’ EUR 500 miljun li kien meħtieġ biex jipprovdi lil ABN AMRO Group b’marġini ta’ prudenza fuq ir-rekwiżiti minimi ta’ prudenza. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni osservat li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien għen lil FBN u ABN AMRO N iħallsu l-ispejjeż relatati mal-fużjoni. Sabiex issolvi l-problemi ta’ konċentrazzjoni maħluqa bil-fużjoni, ABN AMRO N iddeċidiet li tbiegħ lil IFN u New HBU, li wassal għal defiċit kapitali ġdid. Il-Kummissjoni osservat li FBN u ABN AMRO N kienu kapaċi jagħmlu profitt mill-benefiċċji tal-fużjoni (pereżempju sinerġiji tal-fużjoni, il-vantaġġi ta’ kumpanija aktar b’saħħitha b’ishma tas-suq ogħla fis-suq Olandiż, …), filwaqt li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ffinanzja l-ispejjeż bil-quddiem. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm obbligu legali għall-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li jħallas dawk l-ispejjeż minħabba li dawn kienu oriġinaw mid-deċiżjoni tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-21 ta’ Novembru 2008 biex issir fużjoni bejn FBN u ABN AMRO N u mhux mill-FAK. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni nnotat il-fatt li l-fużjoni u l-kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mas-separazzjoni rriżultaw f’responsabbiltajiet reċiproċi (il-Miżura E). Il-liġi korporattiva Olandiża kienet timplika li ABN AMRO Bank (issa RBS NV) u ABN AMRO II jibqgħu obbligati lejn id-detenturi tad-debiti ta’ New HBU jekk New HBU (jew is-sid ġdid tagħha Deutsche Bank) jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tal-ħlas tagħhom. New HBU kellha obbligi simili fil-konfront tad-detenturi tad-debiti ta’ ABN AMRO Bank (issa RBS NV) u ABN AMRO II. Il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li dik is-soluzzjoni ta’ indennizz, li kienet timplika li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien jiggarantixxi lid-detenturi tad-debitu ta’ ABN Amro Bank (issa RBS NV) għal primjum ta’ 200 punt ta’ bażi flimkien mal-firxa tas-CDS medjana, kienet timplika għajnuna mill-Istat. |
|
(144) |
Il-Kummissjoni qajmet tħassib ukoll dwar it-tfassil tal-istrument ta’ serħan tal-kapital (il-Miżura A). Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-Miżura A kienet fundamentalment differenti mill-miżuri l-oħra għall-assi indeboliti għaliex din ma kinitx ġiet stabbilita biex tipproteġi lil ABN AMRO N kontra deklin ulterjuri fl-assi tossiċi b’valutazzjoni inċerta ħafna. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li sabiex tkun kumpatibbli mas-suq intern, il-Miżura A kellha tikkonforma mal-prinċipji ġenerali tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi Indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (67) (il-“Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti”). Aktar speċifikament, għandu jkun hemm biżżejjed evidenza ta’ pprezzar xieraq, li jfisser li l-bank ma għandux jittrasferixxi t-telf mistenni lill-Istat. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni riedet ukoll tifhem x’impatt seta’ jkollhom għadd ta’ karatteristiċi kuntrattwali speċifiċi (pereżempju l-mekkaniżmu ta’ restituzzjoni u s-segment vertikali) fuq il-flussi tal-flus u l-ipprezzar attwali. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni kellha wkoll dubji li kien hemm inċentivi insuffiċjenti li jiżguraw li ABN AMRO N jkollha ttemm l-istrument malli ma jibqax strettament neċessarju. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 kienx jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (68) (il-“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) f’termini ta’ vijabbiltà, kondiviżjoni tal-piżijiet u distorsjoni mhux mistħoqqa tal-kompetizzjoni. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ABN AMRO Group jidher li għandu jirrealizza biżżejjed dħul biex ikopri l-ispejjeż operattivi kollha tiegħu (inkluż l-indebolimenti) u jiggwadanja redditu fuq l-ekwità aċċettabbli. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li r-redditu fuq l-ekwità ta’ ABN AMRO Group kien jiddependi ħafna fuq ir-realizzazzjoni ta’ numru ta’ suppożizzjonijiet prinċipali. L-ewwel, jekk ABN AMRO Group irid isir kosteffiċjenti bi proporzjon aċċettabbli tad-dħul meta relatat mal-ispejjeż, huwa kruċjali li ABN AMRO Group jimplimenta s-sinerġiji mbassra (jiġifieri EUR 1,1 biljun qabel it-taxxa li jaqbel ma’ profitt nett għall-2013 ta’ […] biljun EUR). It-tieni, kif indikati fil-premessa 118 tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, kien ukoll ta’ importanza kruċjali għall-vijabbiltà ta’ ABN AMRO Group li dan ikun kapaċi jtejjeb il-marġini ta’ imgħax nett tiegħu mil-livelli baxxi ta’ FBN u ABN AMRO N fit-tieni nofs tal-2008 u l-ewwel nofs tal-2009. Fid-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni indikat li kienet teħtieġ aktar dettalji dwar dawk il-kwistjonijiet, sabiex tevalwa jekk il-vijabbiltà għat-tul kinitx verament restawrata. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 ma kienx għadu jinkludi l-projezzjonijiet finanzjarji għall-agħar sitwazzjoni possibbli kif meħtieġ fil-punt (13) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rustrutturar. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet għal tali projezzjonijiet tal-agħar sitwazzjoni possibbli, sabiex tkun tista’ tivverifika l-prestazzjoni ta’ ABN AMRO Group f’kundizzjonijiet tas-suq aktar diffiċli. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 kien fih ftit informazzjoni dwar sottodiviżjonijiet iżgħar, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġġudika jekk il-kwistjonijiet kollha tal-vijabbiltà f’dak il-livell ġewx indirizzati b’mod suffiċjenti. Aktar speċifikament, il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk il-vijabbiltà ta’ PFS, diviżjoni ta’ FBN, li rrappurtat telf kbir relatat ma’ Madoff fl-2008, kinitx garantita biżżejjed. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-għajnuna mill-Istat kinitx limitata għall-minimu neċessarju għar-restawr tal-vijabbiltà ta’ ABN AMRO Group. F’dak ir-rigward, hija nnotat li ABN AMRO Group kien indika li xtaq jagħmel akkwiżizzjonijiet żejda żgħar, li qies neċessarju sabiex jerġa’ jibni l-kompetenzi tal-prodotti mitlufa matul il-proċessi tas-separazzjoni minn Fortis SA/NV u ABN AMRO Holding. Fid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni argumentat li l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża biex tiffinanzja akkwiżizzjonijiet jew investimenti ġodda sakemm dawn ma kinux essenzjali għar-restawr tal-vijabbiltà ta’ impriża. Il-Kummissjoni staqsiet lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi biex jiċċara aktar il-politika ta’ akkwiżizzjoni ta’ ABN AMRO Group u biex jipprovdilha fost affarijiet oħra lista dettaljata tal-attivitajiet li ABN AMRO Group kien jeħtieġ biex jerġa’ jibni għal raġunijiet ta’ vijabbiltà. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk il-fornituri kollha tal-kapital ibridu ta’ FBN u ABN AMRO N kinux ħallsu s-sehem tagħhom tar-ristrutturar. Il-Kummissjoni kienet imħassba li, pereżempju, l-azzjonisti preferuti ta’ FBN (69) ma kinux ikkontribwixxew biżżejjed sabiex jiżurgaw li l-intervent tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma jkunx limitat għall-minimu neċessarju. |
|
(151) |
Barra minn hekk, f’termini ta’ dewmien, l-għajnuna mill-Istat għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li numru ta’ miżuri kienu meħtieġa biex jindirizzaw il-problemi temporanji, iżda l-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kienx ħa passi biżżejjed sabiex jiżgura li l-miżuri jinħallu malli ma jibqgħux neċessarji. |
|
(152) |
Fir-rigward tal-Miżura A, il-Kummissjoni osservat li s-CRI ma jibqax attraenti malli ABN AMRO N tingħata l-permess li timplimenta r-rekwiżiti ta’ Basel II. Għalkemm is-CRI kien fih karatteristiċi ta’ opzjoni ta’ eżerċizzju li jippermetti t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, il-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm skeda ta’ żmien ċara għall-ħruġ tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(153) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun, il-Kummissjoni nnotat li l-intenzjoni kienet li ABN AMRO Group jissostitwixxi dak l-ammont b’kapital awtofinanzjat. Għal darb’ oħra l-Kummissjoni osservat li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-għażla taż-żmien. |
|
(154) |
Fir-rigward tal-ispejjeż ta’ integrazzjoni ta’ EUR 1,2 biljun (jiġifieri l- Miżura B5), il-Kummissjoni osservat li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li dawn kienu jwasslu għal sinerġiji importanti ta’ EUR 1,1 biljun (qabel it-taxxa) fis-sena, li fil-prinċipju setgħu jintużaw biex iħallsu lura l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx waqqaf mekkaniżmu biex jiżgura t-tali ħlas lura. Fir-rigward tal-ħtiġijiet kapitali relatati mal-bejgħ ta’ New HBU, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-kreditu ġenerali kienu se jonqsu malajr hekk kif is-self jimmatura gradwalment. Għal darb’ oħra, il-Kummissjoni enfasizzat li l-għajnuna mill-Istat għandha titħallas lura malli ma tibqax neċessarja. |
|
(155) |
F’termini ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-ħtiġijiet kapitali ta’ FBN u ABN AMRO N ġew sa ċertu punt mis-separazzjoni tagħhom minn mal-kumpaniji holding preċedenti tagħhom u mill-ispejjeż ta’ integrazzjoni bil-quddiem, u mhux minn teħid ta’ riskju eċċessiv jew ġestjoni ħażina fi ħdan FBN u ABN AMRO N stess. Kontra dan l-isfond, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa improbabbli li jkunu meħtieġa aktar divestimenti. |
|
(156) |
Fl-istess ħin, madankollu, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 kien fih biżżejjed miżuri dwar l-imġiba sabiex jiżgura li FBN u ABN AMRO N ma jużawx l-għajnuna mill-Istat biex jikbru għad-detriment tal-kompetituri tagħhom, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni ta’ politika ta’ pprezzar mhux sostenibbli jew l-akkwiżizzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li jista’ jnaqqas l-inċentivi ta’ dawk li mhumiex benefiċjarji biex jikkompetu, jinvestu u jinnovaw u jista’ jiskoraġġixxi d-dħul fis-suq bankarju Olandiż. |
|
(157) |
F’termini ta’ ħruġ, il-Kummissjoni argumentat li jkun utli kieku l-Istat tal-Pajjiżi Baxxi jiżviluppa u jikkomunika b’mod ċar strateġija ta’ ħruġ. Tabilħaqq, l-interventi ripetuti u massivi tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jistgħu jiġu perċepiti mid-depożitarji bħala sinjal ta’ appoġġ permanenti. |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
4.1. L-ewwel sett ta’ kummenti minn Van Lanschot (ittra tas-6 ta’ Mejju 2009)
|
(158) |
Il-kwerelant argumenta li bis-saħħa tal-għajnuna mill-Istat u s-sjieda tal-Istat, FBN u ABN AMRO N (inklużi s-sussidjarji tagħhom bħal MoneYou u Mees Pierson) offrew rati ta’ imgħax għoljin mhux sostenibbli fuq kontijiet ta’ tfaddil u ta’ depożitu individwali, u b’hekk stabbilizzaw is-suq bankarju Olandiż. |
|
(159) |
Il-kwerelant jemmen li r-rati ta’ imgħax offruti minn FBN u ABN AMRO N kienu qed jagħmlu telf. F’dan ir-rigward, irrefera għall-fatt li r-rati EURIBOR naqqsu minn 5 % f’Settembru 2008 għal anqas minn 2 % f’Jannar/Frar 2009, filwaqt li r-rati ta’ imgħax offruti minn FBN u ABN AMRO N fuq il-kontijiet tat-tfaddil attwalment żdiedu. |
|
(160) |
Il-kwerelant enfasizza wkoll l-ispeċifiċitajiet fis-suq bankarju privat Olandiż paragunati mas-suq bankarju għall-konsumatur, li jidhru li jżidu l-effett ta’ distorsjoni tal-miżuri meħudin. L-ammonti tat-tfaddil fis-servizzi bankarji privati huma bħala medja akbar minn dawk fis-servizzi bankarji għall-konsumatur. Għal ammonti ta’ tfaddil baxxi, il-klijenti jimpurtahom anqas mill-profil ta’ riskju tal-bank tagħhom għaliex dawn huma protetti mill-Iskema Olandiża ta’ Garanzija fuq id-Depożiti (sa ammont ta’ EUR 100 000). Il-kuxjenza dwar ir-riskju tiżdied madankollu malli jinqabeż dak il-limitu, li huwa pjuttost komuni fis-servizzi bankarji privati. |
|
(161) |
Il-kwerelant argumenta wkoll li FBN u ABN AMRO N jibbenefikaw minn garanzija impliċita tal-istat. Dan argumenta li l-klijenti ta’ FBN u ABN AMRO N huma konvinti li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi mhux se jippermetti li banek tal-Istat ifallu. |
|
(162) |
Il-kwerelant – li rnexxielu jissupera l-kriżi mingħajr l-għajnuna mill-Istat – enfasizza li kien affettwat serjament mill-imġiba distortiva ta’ FBN u ABN AMRO N għaliex tradizzjonalment kien jiddependi sa grad importanti fuq is-suq tat-tfaddil Olandiż biex jiffinanzja l-assi tiegħu (70). F’termini ta’ ċifri assoluti, il-kwerelant kellu tfaddil u depożiti ta’ EUR 15-il biljun, li kien jimplika li żieda ta’ 1 % fir-rati tal-imgħax setgħet tiswa lill-kumpanija madwar EUR 150 miljun fis-sena (71). Minbarra dik iż-żieda fl-ispejjeż, kien hemm ukoll effett tal-volum hekk kif Van Lanschot tilef il-klijenti. |
4.2. Kummenti ta’ segwitu ta’ Van Lanschot (ittri tal-21 u t-28 ta’ Awwissu 2009)
|
(163) |
Skont il-kwerelant, l-imġiba mhux tas-soltu ta’ FBN u ABN AMRO N ippersistiet matul ix-xhur tas-sajf tal-2009. |
|
(164) |
Bħala argument addizzjonali, il-kwerelant irrefera għall-bidliet kbar u mhux tas-soltu fil-volum u fl-ishma mis-suq fis-suq tat-tfaddil Olandiż li kien tradizzjonalment stabbli. F’dan ir-rigward, il-kwerelant irrefera għall-istqarrijiet uffiċjali ta’ FBN u ABN AMRO N li rrappurtaw influssi ta’ depożiti ta’ EUR 9 biljun u EUR 21 biljun rispettivament fl-ewwel nofs tal-2009 (72). Il-kwerelant qies dawk iċ-ċifri bħala mdaqqsa minħabba l-fatt li s-suq totali tat-tfaddil Olandiż jiswa madwar EUR 287 biljun. |
|
(165) |
Bħala eżempju ieħor tal-ipprezzar mhux tas-soltu, il-kwerelant irrefera għall-fatt li r-rati tal-imgħax tat-tfaddil fil-pajjiżi ġirien bħall-Belġju, Franza u l-Ġermanja kienu segwew id-deklin tar-rati EURIBOR, filwaqt li r-rati tal-imgħax tat-tfaddil Olandiżi kienu persistentement għoljin. |
4.3. Kummenti minn ABN AMRO Bank (ittra tas-6 ta’ Lulju 2009)
|
(166) |
F’kumment dwar id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 fejn ġiet imnedija l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ABN AMRO Bank (jiġifieri l-kumpanija holding ta’ ABN AMRO N) ipprovdiet aktar informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta’ finanzjament u l-istrateġija ta’ finanzjament tagħha. ABN AMRO Bank ċaħdet li bbenefikat – direttament jew indirettament – minn kwalunkwe għajnuna ta’ finanzjament mogħtija lil FBN (il-Miżuri Y1 u Y2). ABN AMRO Bank qalet li ma kinitx teħtieġ għajnuna biex tiffinanzja lilha nnifisha matul il-kriżi bis-saħħa tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tagħha. Din enfasizzat ukoll li l-istatistiċi ta’ likwidità baqgħu sew fil-limiti regolatorji u fil-limiti interni tagħha wkoll. |
5. KUMMENTI MILL-ISTAT TAL-PAJJIŻI L-BAXXI
5.1. Kummenti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009
|
(167) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrikonoxxa li FBN kienet kapaċi ssegwi l-attivitajiet tagħha minħabba l-akkwiżizzjoni tagħha mill-Istat (73), iżda argumenta li l-akkwiżizzjoni kienet konformi mal-hekk imsejjaħ “prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq” (MEIP - market economy investor principle). Bħala riżultat, skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx hemm vantaġġ selettiv u bħala konsegwenza ebda għajnuna mill-Istat. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li – anki jekk it-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 kienu maħsuba primarjament sabiex jipprevjenu d-destabilizzazzjoni ta’ FBN u ABN AMRO N u tas-sistema bankarja Olandiża b’mod ġenerali – permezz tax-xiri tal-parteċipazzjonijiet f’FBN u ABN AMRO N kellu l-għan li jsir redditu fit-tul pożittiv. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza li l-prezz għal FBN (inkluż ABN AMRO N) kien fil-firxa ta’ valutazzjoni tal-espert ta’ valutazzjoni esterna tiegħu. |
|
(168) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li kien ħallas prezz tas-suq ġust għal FBN iżda żied li anki kieku kien ħallas iżżejjed, dak il-ħlas kien ikun għajnuna mill-Istat lil Fortis SA/NV (li kienet il-kumpanija li qed tbiegħ) u mhux għajnuna mill-Istat lil FBN. |
|
(169) |
Fir-rigward tal-Miżura Y1, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li kien ipprovda finanzjament fuq perjodu qasir lil FBN skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Dan argumenta li qabel il-kriżi FBN irċeviet finanzjament mill-kumpanija holding tagħha għal rati EONIA jew EURIBOR mingħajr ebda firxa żejda. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-ipprezzar li kien applika (kif deskritt fil-premessa 96) kien konformi mal-prattika tas-suq. Aktar speċifikament, dan argumenta wkoll li s-sistema ta’ pprezzar tiegħu użata għall-perjodu wara l-5 ta’ Novembru 2008 (b’firxa ta’ 50 punt ta’ bażi għas-self ta’ aktar minn tliet xhur) kienet allinjata mal-Iskema ta’ Garanzija Olandiża (74). |
|
(170) |
Rigward il-perjodu li matulu l-faċilità ta’ likwidità ta’ FBN kienet disponibbli, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spejga li kien beda negozjati sabiex itemm il-faċilità ta’ likwidità f’Jannar 2009 bil-għan li jtemm il-faċilità ta’ likwidità malajr kemm jista’ jkun. B’dan il-għan, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi introduċa f’Marzu 2009 sistema ta’ pprezzar ġdida b’żewġ passi, li għamlet il-finanzjament aktar għali jekk jaqbeż limitu definit minn qabel. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżuma li FBN setgħet tħallas lura l-faċilità ta’ likwidità b’rata ta’ EUR 4 sa 5 biljun fix-xahar u kellha l-intenzjoni li ttemm il-faċilità ta’ likwidità sal-aħħar tal-2009. Fir-realtà, FBN ħallset lura l-faċilità ta’ likwidità aktar malajr minn kemm kien antiċipat. Il-faċilità ta’ likwidità kienet diġà ntemmet fl-1 ta’ Lulju 2009. |
|
(171) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-maturità massima tal-likwidità mogħtija taħt il-faċilità ta’ likwidità kienet proporzjonata. F’dan ir-rigward, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li fl-ewwel perjodu (jiġifieri mis-6 sat-23 ta’ Ottubru 2008), kien ta likwidità b’maturità ta’ mhux iktar minn ftit ġimgħat. Meta l-faċilità ta’ likwidità ġiet sussegwentement aġġustata, il-maturità massima ġiet imtawwla għal disa’ xhur sabiex jiġu evitati punti massimi ta’ tifdija.. |
|
(172) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li l-volum totali tal-faċilità ta’ likwidità (jiġifieri EUR 5 biljun immedjatament u EUR 40 biljun għal finanzjament fuq perjodu itwal) kien ibbażat fuq il-bżonnijiet ta’ finanzjament reali ta’ FBN u għalhekk kien il-minimu neċessarju. Il-faċilità ta’ likwidità fuq perjodu qasir ta’ EUR 45 biljun qieset il-volatilità normali tal-pożizzjoni monetarja ta’ FBN u ppermettiet ukoll lil FBN li tħallas lura immedjatament madwar EUR 34 biljun lil Fortis SA/NV. |
|
(173) |
Fir-rigward tas-self fuq perjodu twil (jiġifieri l-Miżura Y2), l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrikonoxxa li Fortis Bank SA/NV seta’ talab il-ħlas lura tas-self b’rata tal-imgħax fissa (iżda mhux tas-self b’rata varjabbli) (75). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta madankollu li kien issostitwixxa biss lil Fortis Bank SA/NV filwaqt li ħalla l-kundizzjonijiet kollha tal-kuntratti eżistenti l-istess. Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-kuntratt bejn Fortis Bank SA/NV u FBN kien kuntratt tas-suq normali bejn atturi tas-suq privati. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li – minħabba il kien issostitwixxa investitur tal-ekonomija tas-suq – l-imġiba tiegħu kienet awtomatikament konformi mal-MEIP. Bħala tali, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qies li ma kellux jiġġustifika għalfejn ir-rati setgħu kienu ogħla jew għalfejn issostitwixxa dak is-self fit-tul b’self fuq perjodu qasir (76). |
|
(174) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta wkoll li kien komuni ħafna għall-kumpaniji, meta jagħmlu l-akkwiżizzjonijiet, li simultanjament jipprovdu likwidità lis-sussidjarji akkwistati ġodda. |
|
(175) |
Rigward jekk għajnuna mill-Istat diretta jew indiretta ngħatatx lil ABN AMRO N, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħad li ABN AMRO N irċeviet finanzjament mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jew FBN. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li ABN AMRO N, bil-franchise bankarja għall-konsumatur u privata kbira tagħha, kellha biżżejjed fondi tagħha stess. |
|
(176) |
Fir-rigward tal-Miżura Z, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li l-prezz tat-tranżazzjoni ta’ EUR 6,5 biljun kien prezz tas-suq ġust. Dan enfasizza li l-prezz kien bejn il-valutazzjoni tal-“kundizzjonijiet kurrenti tas-suq” ta’ EUR [4-6,5] biljun u l-valutazzjoni “matul iċ-ċiklu” ta’ EUR [6,5-9] biljun kif ikkalkulat mill-espert tal-valutazzjoni estern tiegħu fil-bidu ta’ Ottubru 2008 (qabel it-tranżazzjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008). Rigward il-fatt li l-akkwiżizzjoni (il-Miżura Z) seħħet xahrejn u nofs wara li saret il-valutazzjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi emmen li ma kinux meħtieġa korrezzjonijiet minħabba li l-inċertezzi kienu diġà riflessi fil-valutazzjoni tal-bidu ta’ Ottubru 2008 (77). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta wkoll li s-servizzi bankarji ta’ investiment u l-assi tossiċi normalment kienu l-bażi tal-problemi ta’ kunfidenza f’banek oħra, li jiġu tradotti fi tnaqqis importanti tal-prezzijiet tal-ishma għal dawk il-banek. ABN AMRO N, għall-kuntrarju, bil-profil ta’ bank għall-konsumatur u kummerċjali stabbli tiegħu, kien fundamentalment differenti minn banek oħra. Minħabba dak il-kuntest, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li korrezzjoni tal-prezz b’analoġija għal banek oħra ma kinitx tagħmel sens. |
|
(177) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza wkoll li l-membri l-oħra tal-konsorzju, u b’mod partikolari RBS, kellhom japprovaw it-tranżazzjoni u li […]. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jirreferi wkoll għall-punti (166) u (177) tar-rapport preliminari tal-esperti lill-Laqgħa Ġenerali tal-Azzjonisti ta’ Fortis SA/NV fil-11 ta’ Frar 2009 fi Brussell (78), fejn jgħid li dawk il-punti jappoġġjaw l-argument tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li kien ħallas prezz ġust għal FBN, ABN AMRO N, Fortis Insurance u Fortis Corporate Insurance fit-3 ta’ Ottubru 2008, li jikkostitwixxi għalhekk prezz ta’ referenza validu għall-bejgħ ta’ Diċembru 2008. |
|
(178) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi implimenta l-Miżura Z billi rrinunzja għall-pretensjonijiet li kellu lejn FBN. Barra minn hekk, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li l-Kummissjoni – kieku kellha tasal għall-konklużjoni li l-Miżura Z timplika għajnuna mill-Istat – għandha tapplika korrezzjoni. Minħabba li strumenti simili ta’ banek oħra kienu qed jiġu negozjati għal skont sostanzjali għall-valur pari, (79) kien loġiku li l-valur tas-suq tal-istrumenti tad-dejn irrinunzjati mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien ukoll taħt il-valur pari. Fi kliem ieħor, iċ-ċirkostanzi prevalenti tas-suq kienu jissuġġerixxu li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx intitolat għal valur pari iżda għal valur tas-suq aktar baxx. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi prevalenti tas-suq li kienu eżistenti dak iż-żmien, kien intitolat biss għal valur tas-suq ta’ EUR [4,55 - 5,85] biljun (jiġifieri l-valur pari tas-self ta’ EUR 6,5 biljun korrett għal skont tas-suq ta’ EUR [0,65 - 1,95] biljun). |
|
(179) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2009, il-Ministru tal-Finanzi Olandiż bagħat lill-Kummissjoni l-evalwazzjoni ta’ FBN minn DNB kif mitlub fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009. […] (80), (81), (82) |
|
(180) |
DNB informa wkoll lill-Kummissjoni fil- […] ABN AMRO N permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Jannar 2010. […] |
5.2. Kummenti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar id-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010
|
(181) |
B’mod ġenerali, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-miżuri ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat għaliex il-miżuri:
|
|
(182) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-Kummissjoni applikat l-MEIP għal kull miżura individwali li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien ħa. B’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri relatati mal-fużjoni (jiġifieri l-Miżuri B4 u B5), l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza li l-fużjoni kienet investiment ta’ valur preżenti nett pożittiv (“NPV” – net present value) u għalhekk kumpatibbli mal-MEIP. |
|
(183) |
Fi kliem ieħor, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma aċċettax il-pożizzjoni preliminari tal-Kummissjoni, kif żviluppata fil-premessa 96 tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, li l-MEIP ma kienx japplika għall-miżuri li segwew it-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008, minħabba li dawk il-miżuri kienu parti minn operazzjoni akbar ta’ salvataġġ u ristrutturar. |
|
(184) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrikonoxxa li r-regoli tal-għajnuna mill-Istat jimplikaw li l-MEIP ma japplikawx meta jsiru ħafna injezzjonijiet ta’ kapital interkonnessi f’perjodu qasir. Madankollu argumenta li din l-analiżi ma kinitx tgħodd għal FBN u ABN AMRO N għaliex it-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 – fil-fehma tiegħu – ma kienx fihom miżuri ta’ għajnuna mill-Istat u, barra minn hekk, il-miżuri ta’ segwitu ma kinux konnessi mat-tranżazzjoni inizjali. |
|
(185) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna li taħthom l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien obbligat jixtri lil FBN. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal ukoll li l-bejgħ ta’ New HBU kien ta’ piż kbir għall-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi u għal ABN AMRO N b’impatt negattiv fuq il-kapital ta’ EUR 470 miljun. |
|
(186) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li kien ibbaża l-miżuri kollha tiegħu fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni Bankarja (83) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (84) (il- “Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”). B’mod ġenerali, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-miżuri tiegħu kienu mmirati sew, proporzjonati għall-isfidi ffaċċjati u mfassla sabiex jimminimizzaw l-effetti ta’ konsegwenzi negattivi mifruxa fuq il-kompetituri. |
|
(187) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-Miżura A u l-Miżura B1 ma kinux jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat, għaliex l-Istat kien obbligat kuntrattwalment biex isolvi l-problemi ta’ kapital iffaċjati minn ABN AMRO Z. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien obbligat kuntrattwalment taħt il-FAK biex jimplimenta s-separazzjoni ta’ ABN AMRO Holding. DNB ippermetta li tibda s-separazzjoni ta’ ABN AMRO II biss jekk il-membri kollha tal-konsorzju jkunu ħallsu s-sehem tagħhom fid-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ammetta li kien ipprovda kapital lil ABN AMRO Z permezz ta’ ABN AMRO N iżda enfasizza li ABN AMRO N kienet aġixxiet biss bħala strument intermedju. Fl-aħħarnett, ABN AMRO N kienet għaddiet kapital biss lil ABN AMRO Z u l-Miżura A ma tatx vantaġġ selettiv lil ABN AMRO N. |
|
(188) |
Fir-rigward ta’ jekk id-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z kienx ir-riżultat ta’ vantaġġi selettivi mogħtija lil ABN AMRO N, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li l-membri tal-konsorzju kienu diġà żguraw fi żmien l-akkwiżizzjoni ta’ ABN AMRO Holdings mill-konsorzju (ara l-premessa 33) li l-attivitajiet tal-ishma ta’ rintraċċar differenti (kif definiti fil-premessa 35) kienu delimitati biżżejjed fil-konfront ta’ xulxin. Dak l-arranġament kien ifisser li kien hemm ukoll distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ta’ ABN AMRO N u ABN AMRO Z. Dan kien ifisser pereżempju li ABN AMRO N kellha l-istruttura ta’ governanza korporattiva tagħha stess u r-rappurtar tagħha stess. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ġibed ukoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn il-fatt li ABN AMRO N kellha status legali separat mis-6 ta’ Frar 2010 (85). |
|
(189) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda wkoll evidenza li d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z diġà kien jeżisti fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008. Il-bilanċ tal-ftuħ ta’ ABN AMRO Z kien diġà EUR 7,4 biljun negattiv fit-3 ta’ Ottubru 2008 u s-sehem ta’ Fortis SA/NV fih kien ta’ madwar EUR 2,5 biljun. Fir-rigward tas-sors tad-defiċit kapitali, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ammetta li kien sar trasferiment ta’ valur ta’ EUR 1 biljun tal-ishma ta’ Unicredito minn ABN AMRO Z għall-ishma ta’ rintraċċar operattivi (inkluż madwar EUR 300 miljun lil ABN AMRO N), iżda dan kien ipprova informazzjoni li turi li t-trasferiment tal-ishma ta’ Unicredito seħħ fi Frar 2008, ferm qabel l-intervent tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. Għalhekk it-trasferiment tal-ishma ta’ Unicredito ma setax jitqies bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(190) |
Fir-rigward tal-ispejjeż ta’ ABN AMRO Z relatati mal-funzjonijiet tal-uffiċċju prinċipali, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza li dawn l-ispejjeż naqsu drammatikament wara l-akkwiżizzjoni ta’ ABN AMRO Holding mill-membri tal-konsorzju deskritta fil-premessa 33. Minħabba li l-membri tal-konsorzju ma kellhomx interess fiż-żamma ta’ uffiċċju prinċipali integrat kbir, kien loġiku li dawk l-ispejjeż jinżammu baxxi kemm jista’ jkun. Iċ-ċifri mogħtija mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi wrew li l-ispejjeż tal-funzjoni ta’ grupp ta’ ABN AMRO Z kienu ta’ EUR [0 - 0,5] biljun fl-2008 u EUR [0 - 0,2] biljun fl-2009, li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qies bħala negliġibbli. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza wkoll li kellu l-obbligu li jassorbi dawk l-ispejjeż meta ssostitwixxa lil Fortis SA/NV bħala parti għall-FAK, wara l-akkwiżizzjoni ta’ FBN (inkluż ABN AMRO N) fit-3 ta’ Ottubru 2008. |
|
(191) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li jekk il-Kummissjoni tqis il-Miżura A bħala għajnuna mill-Istat, il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti (86) ma għandhiex tapplika. Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, ma kien hemm l-ebda inċertezza dwar il-valutazzjoni tal-assi protetti, li għalhekk ma setgħux jitqiesu bħala “indeboliti” fis-sens użat fil-Komunikazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-fehma, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jirribatti li s-CDS ta’ ABN AMRO N xorta jikkonforma mal-prinċipji ġenerali ta’ dik il-Komunikazzjoni. Barra minn hekk, dan argumenta li l-istrument ta’ protezzjoni tal-kreditu kien neċessarju u proporzjonati, filwaqt li jżomm fuq livell minimu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(192) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi afferma li r-remunerazzjoni tas-CRI – redditu ta’ 10 % tal-kapital meħlus – kien għoli biżżejjed. Dan ipprovda wkoll evidenza li l-ewwel ammont ta’ telf ta’ 20 punt ta’ bażi kien sostanzjalment ogħla mit-telf mistenni. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi afferma li t-telf storiku (jiġifieri ta’ [0 - 15] punti ta’ bażi) u t-telf imbassar tal-2010 (jiġifieri ta’ [0 - 30] punti ta’ bażi) fuq il-portafoll ipotekarju ta’ ABN AMRO N ipprovda previżjoni tajba għal firxa ta’ telf futur mistenni. Barra minn hekk l-informazzjoni tas-suq mir-rapporti ta’ klassifikazzjoni (87) kkonfermat li t-telf tal-ewwel ammont qabeż it-telf mistenni. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrefera wkoll għal dokument tal-bank ta’ investiment […], li kien jissimula kif il-flussi tal-flus tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi setgħu jevolvu taħt xenarji ta’ diffikultà differenti. |
|
(193) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien jemmen ukoll li s-CRI kien fih biżżejjed inċentivi ta’ ħruġ. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn is-sejħiet inklużi fis-CRI u għall-fatt li s-CRI jonqos mill-attraenza malli ABN AMRO Group jkun permess jopera taħt ir-rekwiżiti ta’ Basel II. Kontra dan l-isfond, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jemmen li ABN AMRO N probabbli jsejjaħ is-CRI f’Jannar 2011, meta t-tranżizzjoni għar-rekwiżiti ta’ Basel II kien mistenni li tirriżulta fi tnaqqis tal-kapital meħlus. |
|
(194) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li l-ispejjeż tas-separazzjoni (jiġifieri l-Miżuri B2 u B3) kienu r-riżultati tal-FAK, li għalih l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien de facto parti mit-3 ta’ Ottubru 2008. Skont it-termini tal-FAK, l-Istat – għall-kuntrarju ta’ ABN AMRO N – kien obbligat jaqsam lil ABN AMRO Holding fi tliet partijiet. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħad li dawk l-ispejjeż ipprovdew lil ABN AMRO N b’benefiċċju u spjega wkoll li kien ħallas għall-ispejjeż tas-separazzjoni għaliex kien l-obbligu kuntrattwali tal-Istat li jimplimenta s-separazzjoni. |
|
(195) |
Fir-rigward tal-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun – kategorizzati wkoll taħt l-ispejjeż tas-separazzjoni -, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li kienet prattika komuni bankarja. Il-banek ma jistgħux joperaw bil-kapital minimu meħtieġ biss iżda jeħtieġu marġini ta’ konfort addizzjonali. Inkella, jekk il-banek jiffaċċjaw intopp – anki żgħir- isibu ruħhom immedjatament fi problemi finanzjarji. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika, madankollu, li l-kontribuzzjoni tiegħu għall-marġini ta’ prudenza għandha tkun temporanja u li, fuq perjodu twil, ABN AMRO N għandha tiġġenera l-marġini ta’ prudenza hi stess mingħajr l-għajnuna mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(196) |
Rigward il-Miżura B4, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li d-deċiżjoni biex issir fużjoni taż-żewġ banek kienet diġà meħuda u parzjalment implimentata meta akkwista lil FBN. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi appoġġja l-istqarrija tiegħu billi rrefera għall-fatt li ABN AMRO Asset Management kienet diġà ġiet separata u integrata f’Fortis SA/NV fiż-żmien tat-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza wkoll li l-Kummissjoni kienet obbligatu jimplimenta rimedju ta’ fużjoni biex isolvi l-problemi ta’ konċentrazzjon pendenti u li wiret minn Fortis SA/NV ir-Rimedju ta’ Fużjoni ta’ New HBU. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika wkoll li fl-aħħar nett il-mezzi finanzjarji ta’ ABN AMRO N mhux se jiżdiedu u għalhekk iddefenda l-pożizzjoni li l-Miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(197) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li l-fondi tal-Istat mogħtija għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-integrazzjoni (il-Miżura B5) għandhom jitqiesu bħala investiment razzjonali, li jwassal għal redditu b’saħħtu fil-forma ta’ sinerġiji. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi stima dawk is-sinerġiji għal madwar EUR 1,1 biljun fis-sena (qabel it-taxxa), filwaqt li l-ispejjeż tal-integrazzjoni bil-quddiem ammontaw għal EUR 1,2 biljun (wara t-taxxa). Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-NPV totali tal-fużjoni (b’kunsiderazzjoni tas-sinerġiji, l-ispejjeż tal-integrazzjoni u l-ispejjeż tar-Rimedju ta’ Fużjoni) għandu jammonta għal bilanċ pożittiv ta’ EUR 2,88 biljun (88). |
|
(198) |
Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-konverżjoni tal-kapital tal-Livell 2 f’dak tal-Livell 1 (il-Miżura C) ma tatx vantaġġ selettiv lil FBN. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li l-konverżjoni kienet fl-interess tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għaliex dan ikun jista’ jikkonverti s-self b’kupun medju ta’ 2 976 % f’ekwità li, fil-fehma tiegħu, kellha remunerazzjoni attraenti. F’dan ir-rigward, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrefera għar-RoE normalizzat imbassar tal-2012 ta’ ABN AMRO Group ta’ madwar […] % kif stipulat fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009. |
|
(199) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li jekk il-Kummissjoni tikkunsidra l-Miżura C bħala għajnuna mill-Istat, hija m’għandhiex tikkunsidra s-self kollu rrinunzjat bħala għajnuna mill-Istat. Dan spjega li l-konverżjoni tista’ tiġi diżaggregata fi ħlas lura tal-kapital tal-Livell 2 b’valur pari flimkien ma’ injezzjoni ta’ kapital tal-Livell 1 ewlieni (mingħajr implikazzjonijiet tal-flus netti). Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, ma setax raġonevolment jistenna ħlas lura tal-kapital tal-Livell 2 b’valur pari dak iż-żmien, minħabba li l-istrumenti komparabbli ta’ banek oħra kienu qed jinnegozjaw għal skont sostanzjali għall- valur pari biex jirriflettu ċ-ċirkostanzi tas-suq fraġli. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li skont ta’ EUR [135 - 405] miljun kien ġustifikat, ibbażat fuq ċifri komparabbli. |
|
(200) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li l-ħlas ta’ EUR 740 miljun (il-Miżura D) kien wieħed mill-obbligi li rriżulta mill-FAK. Barra minn hekk, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza li kien hemm biss pagamenti lill-membri l-oħra tal-konsorzju u mhux lil ABN AMRO N, għalhekk ma kienx hemm għajnuna mill-Istat ipprovduta lil ABN AMRO N. |
|
(201) |
Rigward il-Miżura E, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li ABN AMRO II ma bbenefikatx mill-kontrokumpens (deskritt fil-premessa 126), iżda li l-Miżura E sempliċement poġġiet lil ABN AMRO II f’pożizzjoni biex tipprovdi kontrokumpens lil Deutsche Bank. Dan qal li l-kontrokumpens ma setax jintuża mill-bank għall-iżvilupp ta’ negozju ġdid u għalhekk ma setax joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(202) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qies il-kontrokumpens bħala konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tal-Kummissjoni. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza li kien ibbaża l-ipprezzar tiegħu fuq ir-Rakkomandazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tal-BĊE. |
|
(203) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkummenta wkoll dwar is-suspett tal-Kummissjoni li l-azzjonijiet ta’ preferenza ta’ FBN (89) ma kinux ikkontribwixxew b’mod suffiċjenti f’termini ta’ qsim tal-piżijiet. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li l-investituri fl-ishma ta’ preferenza ma kinux irċevew dividends fl-2008 (la fi flus u lanqas f’dovuti) u li l-ishma ta’ preferenza kienu negozjati taħt il-valur pari. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kompla jgħid li l-kapaċità ta’ FBN li tħallas jew li tirriżerva dividends fissi fil-futur kienet tiddependi fuq il-fatt li FBN ikollha biżżejjed profitti. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnota li l-klawsola tad-dividends li tikkontrolla l-ishma ta’ preferenza ta’ FBN inkludiet l-hekk imsejjaħ lingwaġġ tad-dividend stopper/pusher (90) u li l-inċertezza dwar il-politika tad-dividends ta ABN AMRO Group naqqset il-kumdità li l-investituri tal-ishma ta’ preferenza setgħu jiksbu mil-lingwaġġ tad-dividend stopper/pusher. |
|
(204) |
Fil-rigward ta’ jekk il-kapital jitħallasx lura malli l-ħtiġijiet kapitali (temporanji) jisparixxu, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li kellu l-intenzjoni li juża l-politika tad-dividends ta’ ABN AMRO Group b’mod li ABN AMRO Group ma jkollux kapital żejjed li jista’ jirriżulta f’distorsjoni tal-kompetizzjoni (91). |
|
(205) |
Rigward id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li ma kienx jaqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li ABN AMRO N u FBN kienu rinforzati fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala riżultat tal-fużjoni lanqas li tali żvilupp kien jhedded li joħloq distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Dan kien jemmen il-kuntrarju u enfasizza f’dan ir-rigward il-fatt li s-separazzjoni ta’ FBN u ABN AMRO N mill-kumpaniji holding rispettivi tagħhom u l-fużjoni sussegwenti kienu jirrikjedu ħafna ħaddiema u implika li l-maniġment ta’ FBN u ABN AMRO N setgħu jiddedikaw anqas ħin għan-negozju kummerċjali ta’ kuljum u għalhekk argumenta li s-separazzjoni u l-fużjoni sussegwenti kellhom impatt negattiv fuq il-pożizzjoni kompetittiva ta’ FBN u ABN AMRO N (jew ABN AMRO Group wara l-fużjoni). |
5.3. Kummenti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi fuq il-kummenti tal-partijiet interessati
5.3.1. Kummenti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar l-ittra tal-kwerelant tas-6 ta’ Mejju 2009
|
(206) |
B’mod ġenerali, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza li, fil-fehma tiegħu, il-miżuri favur FBN u ABN AMRO N ma kinux jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat u għalhekk ma kellhomx effetti ta’ distorsjoni. Dan qies l-imġiba fis-suq ta’ FBN u ABN AMRO N fis-suq tat-tfaddil u d-depożiti bħala konformi ma’ dak ta’ attur tas-suq razzjonali li qed jipproteġi l-imgħaxijiet kummerċjali tiegħu. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jemmen li r-rati tal-imgħax offruti minn FBN u ABN AMRO N ma kinux distortivi. Bħala riżultat, dan argumenta li ma kienx hemm ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
|
(207) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżenta numru ta’ tabelli komparattivi bir-rati tal-imgħax offruti fuq prodotti ta’ depożitu u ta’ tfaddil speċifiċi. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħad li FBN u ABN AMRO N kienu konsistentement qed joffru l-ogħla rati ta’ imgħax, speċjalment meta paragunati ma’ banek Olandiżi iżgħar bħal SNS, NIBC u DSB. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal ukoll li r-rati tal-imgħax fuq il-kontijiet ta’ tfaddil kienu diġà għoljin fil-Pajjiżi l-Baxxi qabel il-kriżi finanzjarja, parzjalment minħabba l-imġiba ta’ banek iżgħar b’politika tal-ipprezzar aggressiva. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jemmen li matul il-kriżi finanzjarja l-banek ippruvaw jipproteġu l-franchises tat-tfaddil tagħhom billi offrew rati tal-imgħax relattivament għoljin fuq prodotti tat-tfaddil għall-klijenti. |
|
(208) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkummenta wkoll fuq l-istrateġija tal-ipprezzar ta’ MoneYou, il-marka kummerċjali tal-Internet ta’ ABN AMRO N, li ġiet introdotta fis-suq f’Settembru 2008. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li MoneYou huwa prodott tal-Internet iddedikat, li huwa differenti b’mod konsiderevoli mill-prodotti aktar tradizzjonali f’termini ta’ bażi tal-ispejjeż u tal-livell ta’ servizz. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li MoneYou kellha tibni r-rikonoxximent tal-marka kummerċjali fl-ewwel sitt xhur tal-eżistenza tagħha u għalhekk kellha toffri rati tal-imgħax li kienu fil-biċċa l-kbira kemxejn aktar baxxi jew ugwali għal dawk offruti minn operaturi oħrajn fis-suq bankarju tal-Internet (92). Mit-tieni trimestru tal-2009 ‘il quddiem, ir-rati tal-imgħax offruti minn MoneYou tbaxxew u MoneYou ppożizzjonat lilha nniffisha fl-hekk imsejjaħ segment tal-livell tan-nofs (93). Fir-rigward ta’ MoneYou, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi żied li din ġabret biss volumi limitati ta’ fondi (jiġifieri EUR [0 - 5] biljun), li jirrapreżentaw madwar [0 - 5] % tal-volum totali fuq is-suq tat-tfaddil Olandiż. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi żied li l-klijenti ta’ qabel ta’ Van Lanschot irrappreżentaw biss parti żgħira tan-negozju ta’ MoneYou (jiġifieri [0 - 5 000] kont jew [0 - 5] % tal-kontijiet ta’ MoneYou). |
|
(209) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħad ukoll li ABN AMRO N u FBN kienu qed jiddependu biss fuq is-suq tat-tfaddil Olandiż biex jiffinanzjaw lilhom infushom. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda informazzjoni ġdida li turi li ABN AMRO N kienet ħarġet bond kopert ta’ EUR 2 biljun fis-6 ta’ Lulju 2009 u li FBN kienet ħarġet EUR 15,5 biljun ta’ strumenti tad-dejn garantiti mill-Istat. Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-allegazzjonijiet tal-kwerelant kienu inkorretti u prematuri. Dan indika li FBN kienet biss teħtieġ ftit żmien sabiex tistabbilixxi l-operazzjonijiet tat-teżor u toħroġ strumenti tad-dejn garantiti mill-Istat. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika wkoll li l-prodotti tad-depożitu u tat-tfaddil huma importanti wkoll sabiex tiġi stabbilita relazzjoni mal-klijent u li dawn għandhom skop differenti u usa’ minn dak ta’ strumenti oħra ta’ finanzjament. F’dak ir-rigward, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qal li telf fis-sehem mis-suq tat-tfaddil u tad-depożitu ta’ bank jista’ jwassal għal telf fis-sehem mis-suq fi prodotti oħra bankarji. |
|
(210) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ċaħad ukoll li l-klijenti u l-parteċipanti tas-suq ipperċepixxew lil ABN AMRO N u FBN bħala banek aktar siguri mill-kompetituri. Dan irrefera għall-klassifikazzjonijiet ta’ FBN u ABN AMRO N mal-aġenziji tal-klassifikazzjoni, fejn kienu taħt il-klassifikazzjoni AAA ta’ Rabobank pereżempju. Il-firxiet tas-CDS relattivi tiegħu juru storja simili. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jemmen ukoll li s-sjieda tal-Istat ma kinitx tagħmel lil ABN AMRO N jew lil FBN aktar siguri f’għajnejn il-konsumaturi u l-parteċipanti tas-suq. F’dan ir-rigward, dan qal li l-ħafna interventi ad hoc tal-Istat kienu wrew li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien, jekk possibbli, jintervjeni fir-rigward ta’ kwalunkwe bank privat. Bħala konsegwenza, dan jemmen li de facto ma kienx hemm differenza perċepita bejn is-sigurtà offruta minn banek privati Olandiżi paragunata ma’ dik ta’ banek posseduti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(211) |
Sabiex jiġi kkalkulat jekk ir-rati tal-imgħax offruti fuq il-prodotti tat-tfaddil kinux qed jagħmlu telf, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li dawn ma għandhomx jiġu pparagunati mar-rati EURIBOR iżda mar-rati li jirriżultaw mill-hekk imsejħa “metodoloġija ta’ replikazzjoni tal-portafolli” (94). Bl-użu ta’ din il-metodoloġija, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi rrikonoxxa li għal ċerti prodotti, kien hemm marġini negattiv temporanju. Madankollu, dan argumenta li din kienet imġiba tas-suq razzjonali u konformi mal-imġiba tas-suq ta’ kompetituri (privati) f’dak il-mument preċiż. |
5.3.2. Kummenti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar l-argumenti tal-kwerelant tal-21 u t-28 ta’ Awwissu 2009
|
(212) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li l-kummenti tiegħu aktar bikrin mogħtija fil-qosor fil-premessi 206 sa 211 dwar il-kwerelant baqgħu validi. |
|
(213) |
Barra minn hekk, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi nnota li d-dikjarazzjoni tal-kwerelant li s-sehem mis-suq ta’ ABN AMRO N u FBN kien żdied kienet ibbażata fuq statisitika diffettuża. Fir-rigward taż-żieda allegata ta’ EUR 21 biljun fid-depożiti miġbura minn ABN AMRO N, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi argumenta li kienu biss EUR 5,1 biljun li kienu dovuti għad-depożiti ta’ tfaddil tal-konsumaturi Olandiżi bil-bqija dovuti għad-depożiti ta’ tfaddil u barranin ta’ klijenti korporattivi. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda wkoll dejta, li turi li parti kbira miż-żieda fil-volumi tad-depożiti u t-tfaddil ta’ FBN kienet ġejja mis-servizzi bankarji korporattivi għall-kuntrarju ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur u privati. |
|
(214) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi osserva li l-klijenti Olandiżi kienu investew aktar fit-tfaddil tagħhom minħabba l-ambjent inċert makroekonomiku. Dan indika d-dejta tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika (“CBS” – Central Bureau of Statistics) li kienet tindika li t-tfaddil żdied b’7,7 % sena wara sena fl-ewwel nofs tal-2009. It-tfaddil tal-klijenti ta’ ABN AMRO N żdied b’7,5 % sena wara sena, li kien jindika li s-sehem mis-suq ta’ ABN AMRO N pjuttost naqas. FBN ippreżentat ukoll evidenza li turi li t-tfaddil tal-klijenti tagħha kien evolva b’konformità mas-suq. |
5.3.3. Kummenti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar il-kummenti ta’ ABN AMRO Bank
|
(215) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonferma li ma kienx ipprovda faċilità ta’ likwidità lil ABN AMRO N, li jerġa’ jikkonferma sew l-argumenti ta’ ABN AMRO Bank. |
6. VALUTAZZJONI
6.1. L-eżistenza ta’ għajnuna
|
(216) |
L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jistipula li kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat ta’ kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċertu oġġetti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkumpatibbli mas-suq intern. Isegwi li miżura tal-Istat tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat jekk tissodisfa l-erba’ kriterji (kumulattivi) li ġejjin:
|
|
(217) |
L-ewwel kriterju jintlaħaq mill-Miżuri (Y1) sa (E) fit-Tabella 4 fil-premessa 128 għaliex dawk il-miżuri kollha huma ffinanzjati direttament mir-riżorsi tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(218) |
Jekk miżura tikkostitwixxix vantaġġ selettiv għal FBN, ABN AMRO N jew ABN AMRO Group wara l-fużjoni (it-tieni kriterju) huwa analizzat fil-premessi 220 sa 278, fejn tiġi eżaminata kull miżura separatament. |
|
(219) |
Jekk jeżisti vantaġġ selettiv f’dan il-każ, it-tielet u r-raba’ kriterji għandhom ikunu sodisfatti wkoll. Il-miżuri kollha jikkawżaw distorsjoni jew jheddu li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni għaliex ipoġġu lil FBN, ABN AMRO N jew ABN AMRO Group wara l-fużjoni f’pożizzjoni ta’ benefiċċju fir-rigward ta’ banek oħra kompetituri (it-tielet kriterju). Barra minn hekk, il-miżuri għandhom ukoll impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. FBN, ABN AMRO N u ABN AMRO Group wara l-fużjoni huma banek b’attivitajiet orjentati internazzjonalment barra l-Pajjiżi l-Baxxi filwaqt li jikkompetu wkoll fis-suq lokali tagħhom mas-sussidjarji ta’ banek barranin (ir-raba’ kriterju). |
6.1.1. Il-Miżuri Y1 u Y2 tat-3 ta’ Ottubru 2008
|
(220) |
Huwa xieraq li jiġi mfakkar li din id-Deċiżjoni tivvaluta biss l-għajnuna potenzjali lil FBN, ABN AMRO N jew ABN AMRO Group wara l-fużjoni. L-għajnuna potenzjali lil Fortis Bank SA/NV li tirriżulta mill-Miżuri Y1 u Y2 ġiet ivvalutata fid-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008. |
|
(221) |
Kif indikat fil-premessa 52 tad-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 (95) u fil-valutazzjoni inizjali tal-għajnuna ta’ dawk il-miżuri fid-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-miżuri meħudin fit-3 ta’ Ottubru 2008 (jiġifieri l-Miżuri X, Y1 u Y2) ma jistgħux jiġu separati minn xulxin. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssepara lil FBN u ABN AMRO N mill-kumpanija holding tagħhom b’limitazzjonijiet ta’ likwidità permezz tal-akkwiżizzjoni ta’ FBN iżda, sabiex jiżola kompletament lil FBN mill-problemi ta’ likwidità tal-kumpanija holding tagħha, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu jassumi wkoll ir-rwol ta’ fornitur tal-finanzjament ta’ FBN. Dan l-għan issarraf fil-Miżuri Y1 u Y2. Barra minn hekk, fit-3 ta’ Ottubru 2008 l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħa f’idejh l-obbligi tal-FAK ta’ Fortis SA/NV. |
|
(222) |
Kif indikat fil-premessa 50 tad-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li l-MEIP huwa sodisfatt għat-tranżazzjonijiet tat-3 ta’ Ottubru 2008 li permezz tagħhom l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil FBN (inkluża ABN AMRO N) għal EUR 12,8 biljun u pprovda wkoll lil FBN b’ammont kbir ħafna ta’ finanzjament. Minħabba ċ-ċirkostanzi prevalenti fis-suq dak iż-żmien, l-ebda xerrej ma kien ikun kapaċi u lest li joffri tant biex isalva lil FBN (96). Barra minn hekk, l-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermat li, fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qabel ukoll li jikkumpensa lil Fortis SA/NV għall-obbligi tal-FAK tagħha. Dan il-ftehim tal-FAK kieku kien irendi t-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru saħansitra anqas aċċettabbli għal investitur tal-ekonomija tas-suq. Mingħajr diliġenza dovuta xierqa, l-ebda investitur ma kien jieħu l-obbligi ta’ Fortis SA/NV taħt il-FAK, li rriżulta f’obbligazzjonijiet kbar fi stadju aktar tard (li l-Istati tal-Pajjiżi l-Baxxi kien diġà parzjalment konxju tagħhom fit-3 ta’ Ottubru 2008). |
|
(223) |
Għall-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, it-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 kienu neċessarji sabiex jiġu evitati effetti mifruxin negattivi kbar fis-sistema bankarja u l-ekonomija Olandiża (97). Investitur tal-ekonomija tas-suq tipikament ma jikkunsidrax it-tali effetti mifruxin. |
|
(224) |
Ir-rieda li jiġi evitat it-tfixkil tas-sistema bankarja u l-ekonomija Olandiża tispjega wkoll għalfejn l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħa d-deċiżjonijiet tiegħu tant malajr. Investitur tal-ekonomija tas-suq kien jieħu aktar żmien biex jevalwa l-bżonn potenzjali għal injezzjonijiet addizzjonali ta’ kapital u kien jinvestiga wkoll il-finanzi tal-kumpanija f’aktar dettall. Bħala riżultat, investitur tal-ekonomija tas-suq – bi żmien biżżejjed biex iwettaq id-diliġenza dovuta xierqa – kien ikollu fehma aħjar tal-investimenti ta’ segwitu u kien jikkunsidra dik l-informazzjoni fil-valutazzjoni tiegħu. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li kellu jaġixxi tant malajr sabiex jippreżerva l-istabbiltà finanzjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma setax jaġixxi bħala investitur tal-ekonomija tas-suq u jieħu aktar żmien sabiex jikkunsidra t-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 u l-obbligi relatati mal-FAK f’aktar dettall. |
|
(225) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha li t-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 ma kinux konformi mal-MEIP (dik il-konklużjoni kienet diġà ntlaħqet fid-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008, li kkunsidrat lil dawk it-tranżazzjonijiet bħala għajnuna mill-Istat lil Fortis Bank SA/NV). |
|
(226) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-miżuri tat-3 ta’ Ottubru 2008 meħudin flimkien ippermettew is-separazzjoni ta’ FBN u ABN AMRO N minn ma’ Fortis SA/NV u għalhekk taw vantaġġ selettiv lil FBN, li kienet integrata sew f’Fortis Bank SA/NV u b’mod partikolari kienet tiddependi ħafna fuq din tal-aħħar għall-finanzjament. Fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 (ara wkoll il-premessa 78), l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ammetta li, kieku ma interveniex, FBN kienet tinġibed “l isfel minn Fortis SA/NV. Mingħajr il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, FBN kienet tibqa” esposta għar-responsabbiltajiet ta’ Fortis SA/NV, li kienet waslet għall-falliment, u dik l-iskopertura kienet tostakola b’mod sostanzjali l-attivitajiet ta’ FBN. Permezz tad-delimitazzjoni tal-attivitajiet tagħha minn Fortis SA/NV, FBN kienet kapaċi tevita sa ċertu punt il-problemi u l-ispejjeż tipiċi ta’ kumpanija (finanzjarja) f’diffikultà (pereżempju spejjeż ogħla ta’ finanzjament, kundizzjonijiet agħar ta’ ħlas mill-fornituri u l-kontrapartijiet, spejjeż ogħla tal-personal sabiex jinżamm il-personal, tnaqqis tal-attivitajiet u ta’ assi peżati għar-riskji sabiex jiġi preservat il-kapital) (98). Għalkemm ABN AMRO N baqgħet fuq livell operattiv kumpanija separata, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi beża’ minn kontaminazzjoni li tirriżulta mill-fatt li s-swieq jistgħu jassoċjaw lil ABN AMRO N mas-sid futur tagħha Fortis SA/NV. |
|
(227) |
Il-Miżura Y1 – komponent ewlieni tat-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 – ipprovdiet ukoll vantaġġ kbir lil FBN, speċjalment minħabba d-daqs tat-tranżazzjoni u ċ-ċirkostanzi prevalenti tas-suq. |
|
(228) |
Il-faċilità ta’ likwidità kbira ta’ EUR 45 biljun (99) ingħatat meta s-swieq bl-ingrossa kienu virtwalment magħluqin, b’mod partikolari għal ammonti kbar u għal kumpaniji bi proporzjon ta’ self għad-depożitu relattivament għoli bħal FBN. Il-fatt li ammont għoli ta’ likwidità bħal dan ma kienx disponibbli faċilment fuq is-suq huwa kkonfermat mill-fatt li FBN kienet teħtieġ ħafna trimestri sabiex tissostitwixxi l-faċilità ta’ likwidità fuq perjodu qasir minn sorsi oħra ta’ finanzjament. Fl-aħħar, FBN ħallset lura l-finanzjament kollu fuq perjodu qasir mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi f’Ġunju 2009, disa’ xhur wara li ngħatat l-għajnuna fil-forma ta’ likwidità. Il-finanzjament mill-ġdid sar parzjalment permezz tal-ħruġ ta’ debiti garantiti mill-Istat (100). |
|
(229) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura Y1 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għaliex din tat lil FBN vantaġġ fil-forma ta’ finanzjament li ma kinitx issib fis-suq fiċ-ċirkostanzi prevalenti fis-suq dak iż-żmien. |
|
(230) |
Fir-rigward tal-Miżura Y2, in-novazzjoni tas-self fit-tul minn Fortis Bank SA/NV, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tipprovdi vantaġġ selettiv lil FBN. L-informazzjoni sottomessa mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi turi li Fortis Bank SA/NV kienet intitolata għall-ħlas lura immedjat tas-self fit-tul b’rata fissa (b’valur nominali ta’ EUR 7,9 biljun) minħabba l-bidla fis-sjieda fil-livell ta’ FBN. Bis-saħħa tal-Miżura Y2, FBN ma kellhiex bżonn issib finanzjament ġdid fis-suq sabiex tħallas lura dak is-self fit-tul. Setgħet tkompli tibbenefika mis-self eżistenti bir-rati ta’ qabel il-kriżi. |
|
(231) |
Permezz tal-aċċettazzjoni tan-novazzjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda lil FBN b’debitu fit-tul għar-rati tal-imgħax ta’ qabel il-kriżi. Investitur tal-ekonomija tas-suq ma kienx jipprovdi dan is-self għar-rati tal-imgħax ta’ qabel il-kriżi iżda kien jinnegozja rati tal-imgħax li kienu jirriflettu aħjar iċ-ċirkostanzi prevalenti fis-suq dak iż-żmien, speċjalment għaliex kien ikkonċernat self għal ammont imdaqqas. |
|
(232) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura Y2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil FBN għaliex ipprovdiet vantaġġ selettiv lil FBN fil-forma ta’ self bir-rati ta’ qabel il-kriżi. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma ppruvax iġib ir-rati tal-imgħax tas-self li jista’ jinfeda konformi mar-rati tal-imgħax ta’ wara l-kriżi, u b’hekk ma aġixxiex bħala investitur fis-suq. |
|
(233) |
Il-Kummissjoni rċeviet biżżejjed informazzjoni biex tikkonkludi li ABN AMRO N ma rċevietx finanzjament permezz tal-Miżuri Y1 u Y2. Għalhekk din ma kinitx vantaġġjata minn dawn il-miżuri. |
Konklużjoni
|
(234) |
Għalhekk, it-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 mhumiex konformi mal-MEIP u jipprovdu lil FBN b’vantaġġ selettiv. Dawk il-miżuri ppermettew lil FBN tibqa’ fis-suq u ssegwi l-attivitajiet tagħha, mingħajr kontaminazzjoni ulterjuri mill-problemi tal-kumpanija holding tagħha. FBN irċeviet ukoll ammont kbir ħafna ta’ għajnuna finanzjarja li ma kinitx disponibbli fis-suq b’notifika tant qasira. Il-Miżuri Y1 u Y2 għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat filwaqt li, kif stabbilit fil-premessa 32 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, il-Miżura X bħala tali ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil FBN iżda hija parti minn tranżazzjoni usa’ – is-separazzjoni ta’ FBN minn Fortis Bank SA/NV – li kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat lil FBN. |
6.1.2. Applikabbiltà tal-MEIP għall-miżuri implimentati wara l-għajnuna inizjali tat-3 ta’ Ottubru 2008
|
(235) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħa numru kbir ta’ miżuri favur FBN u ABN AMRO N, mifruxin fuq perjodu ta’ madwar 18-il xahar. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jgħid li t-test tal-MEIP għandu jiġi applikat għal kull waħda mill-miżuri b’mod individwali (u speċjalment għall-Miżuri B4 u B5 relatati mal-fużjoni). Madankollu, abbażi tal-kronoloġija tal-miżuri (I), l-iskop komuni tal-miżuri (II) u s-sitwazzjoni tal-kumpaniji fiż-żmien ta’ kull miżura (III), il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn mhumiex biżżejjed distinti sabiex jiġu ġġudikati kontra l-MEIP b’mod indipendenti. Il-Kummissjoni tqis il-miżuri kollha bħala parti minn proċess twil ta’ ristrutturar wieħed (101), (102). |
|
(236) |
Il-kronoloġija tal-miżuri (I) deskritti qabel fit-Taqsima 2.1 u t-Taqsima 2.4 f’din id-Deċiżjoni turi li l-miżuri kollha huma interrelatati u li ttieħdu f’perjodu ta’ żmien qasir. |
|
(237) |
Barra minn hekk, il-miżuri relatati mal-fużjoni huma marbutin b’mod ċar mal-interventi preċedenti. Meta l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeċieda fil-21 ta’ Novembru 2008 – ftit aktar minn sitt ġimgħat wara l-intervent ta’ salvataġġ tat-3 ta’ Ottubru 2008 – li jamalgama lil FBN u ABN AMRO N, seta’ jagħmel dan biss għaliex kien għadu kemm salva ż-żewġ kumpaniji mill-falliment. Fi kliem ieħor, f’xenarju kontrofattwali mingħajr l-intervent tat-3 ta’ Ottubru 2008, l-implimentazzjoni tal-fużjoni ma kinitx tkun opzjoni għaliex jew iż-żewġ kumpaniji ma kinux jibqgħu jeżistu jew kienu jkunu preżenti biss f’forma sostanzjalment imnaqqsa li kienet twassal għal entità amalgamata ferm iżgħar u anqas attraenti, li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jammetti wkoll fil-Pjan ta’ Ristrutturar tiegħu ta’ Diċembru 2009 (ara l-premessa 78). |
|
(238) |
Il-miżuri kollha kellhom l-għan komuni (II) ta’ restawr sħiħ tal-vijabbiltà ta’ FBN u ABN AMRO N. Immedjatament wara t-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008, kien evidenti li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien sempliċement stabbilizza s-sitwazzjoni, waqt li problemi operattivi importanti kienu għadhom ma ġewx riżolti, notevolment minħabba s-separazzjoni ta’ kull entità mill-kumpanija holding preċedenti tagħha. |
|
(239) |
Barra minn hekk, il-fużjoni kienet miżura meħtieġa sabiex jinkiseb dak l-għan komuni, li tiġi restawrata bi sħiħ il-vijabbiltà. Fuq bażi indipendenti, il-pożizzjoni ta’ finanzjament ta’ FBN kienet dgħajfa għaliex kellha franchise fil-livell tal-konsumatur relattivament żgħir u kienet tiddependi sa ċertu punt fuq finanzjament bl-ingrossa (103). ABN AMRO N kienet tilfet kompetenzi tal-prodotti importanti u parti kbira tan-netwerk internazzjonali tagħha. Iż-żewġ kumpaniji ffaċċjaw kwistjonijiet operattivi relatati ma’, pereżempju l-IT, il-ġestjoni tat-taxxa u tar-riskju u kien hemm ukoll inċertezza dwar jekk kellhomx skala suffiċjenti fin-negozji kollha tagħhom li kienu attivi fihom. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħares lejn numru ta’ alternattivi u ddeċieda malajr li fużjoni flimkien ma’ żidiet kapitali addizjonali kienet l-aħjar mod sabiex tiġi restawrata bi sħiħ il-vijabbiltà. F’xenarju ta’ fużjoni, l-attivitajiet fil-livell tal-konsumatur rikki fid-depożiti ta’ ABN AMRO N ikkumpensaw għall-pożizzjoni ta’ finanzjament dgħajfa ta’ FBN, filwaqt li FBN setgħet iġġib fergħat ta’ daqs ikbar u internazzjonali lil ABN AMRO N. Barra minn hekk, l-entità kkombinata kienet f’pożizzjoni aħjar li tittratta problemi prattiċi u setgħet tibbenefika wkoll minn ekonomiji ta’ skala addizzjonali. Il-fużjoni evitat il-bini mill-ġdid b’mod separat ta’ kull entità. |
|
(240) |
Fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji fiż-żmien ta’ kull miżura (III), il-Kummissjoni tinnota li l-vijabbiltà tal-kumpaniji kienet restawrata bi sħiħ biss malli ġew implimentati l-miżuri kollha. Dawn ma kinux vijabbli fi stadju intermedju, bħal fil-21 ta’ Novembru 2008 meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-fużjoni. F’dak ir-rigwad, il-Kummissjoni tenfasizza li fl-aħħar ta’ Diċembru 2008, u wara d-deċiżjoni dwar il-fużjoni, FBN kienet tirriskja li taqa’ taħt il-ħtiġijiet kapitali minimi tad-DNB, minħabba li kellha ġġarrab it-tniżżil fil-valur ta’ ABN AMRO N. ABN AMRO N kienet baqgħet fil-kotba ta’ FBN għal valutazzjoni li ma baqgħetx realistika (104) wara l-valutazzjoni użata fil-Miżura X u għalhekk it-tniżżil fil-valur kien sar inevitabbli. Sabiex isolvi l-problema ta’ kapital ta’ FBN, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil ABN AMRO N minn FBN għal EUR 6,5 biljun u ħa azzjoni korrettiva tal-kapital ulterjuri fl-aħħar tal-2009 bil-konverżjoni tal-kapital tal-Livell 2 f’kapital tal-Livell 1 (ara l-premessa 121 u n-nota f’qiegħ il-paġna 52 ta’ din id-Deċiżjoni). Id-dikjarazzjonijiet tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, […] u […] jikkonfermaw li FBN u ABN AMRO N xorta kellhom kwistjonijiet importanti relatati mal-vijabbiltà wara t-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008 (105). |
|
(241) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssottometta biss pjan ta’ ristrutturar sħiħ malli l-miżuri kollha kienu diġà deċiżi, li jindika li l-vijabbiltà kienet restawrata bi sħiħ dak iż-żmien biss. Matul il-proċedura, il-Kummissjoni staqsiet ripetutament għal pjan ta’ ristrutturar dettaljat (ara pereżempju l-premessa 137), li kien indispensabbli sabiex jiġi evalwat jekk il-vijabbiltà tal-kumpanija mogħtija l-għajnuna kinitx restawrata bi sħiħ. |
|
(242) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssottometta fl-4 ta’ Diċembru 2009 l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 iżda dak l-ewwel pjan xorta kien nieqes minn elementi importanti msemmija fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar bħal projezzjonijiet finanzjarji għall-agħar sitwazzjoni possibbli. Il-kompletezzi neċessarji waslu fit-23 ta’ Marzu 2010. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi wieġeb għat-talbiet aktar bikrin li saru mill-Kummissjoni għal pjan ta’ ristrutturar li l-fużjoni bejn FBN u ABN AMRO N lagħbet rwol kruċjali fir-ristrutturar ta’ dawk il-kumpaniji. Skont dan, it-tim ta’ ġestjoni tat-tranżizzjoni ta’ ABN AMRO Group kien jeħtieġ aktar żmien sabiex jipprepara pjan u ma setax ikollu fehma kompleta dwar il-forma futura tal-grupp qabel l-implimentazzjoni tal-fużjoni. |
6.1.3. Eżistenza ta’ vantaġġ u konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna għall-miżuri implimentati wara t-tranżazzjonijiet integrati tat-3 ta’ Ottubru 2008
Il-Miżura tal-24 ta’ Diċembru 2008 (Il-Miżura Z)
|
(243) |
Il-Miżura Z kienet neċessarja sabiex jiġi evitat li l-proporzjonijiet ta’ kapital ta’ FBN jaqgħu taħt il-ħtiġijiet kapitali minimi regolatorji. |
|
(244) |
Il-problema ta’ kapital ta’ FBN kienet minħabba l-valutazzjoni għolja ta’ ABN AMRO N fil-kontijiet tagħha. Simulazzjonijiet fir-rapport dwar id-diliġenza dovuta ta’ […] juru li t-tnaqqis tal-valur fil-kotba ta’ ABN AMRO N għal EUR 6,5 biljun kien iwassal għal proporzjonijiet ta’ kapital tal-Livell 1 u totali ta’ 3,8 % u 7,6 % rispettivament għal FBN (106). Fi kliem ieħor, kien hemm riskju li FBN taqa’ taħt il-proporzjonijiet regolatorji minimi li jeħtieġu proporzjon ta’ kapital totali minimu ta’ 8 % (b’massimu ta’ nofs tal-Livell 2). Skont ir-rapport […], il-bejgħ ta’ ABN AMRO N lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għal prezz ta’ EUR 6,5 biljun żied il-proporzjonijiet ta’ kapital tal-Livell 1 u totali ta’ FBN għal 7,8 % u 15,7 % rispettivament, u b’hekk solva l-problema ta’ kapital ta’ FBN u ppermetta lill-kumpanija li tibqa’ fis-suq. |
|
(245) |
Il-miżura pprovdiet lil FBN b’vantaġġ fil-forma ta’ kapital li ma setgħetx issib fis-swieq. Il-kumpanija wkoll ma setgħetx tuża profitti sottostanti ġenerati internalment sabiex issolvi (parti mill-) problema, parzjalment għaliex soffriet telf ta’ EUR 922 miljun fl-2008 relatat mal-frodi ta’ Madoff. Minħabba li FBN kienet qed tirriskja li taqa’ taħt il-ħtiġijiet kapitali minimi, il-miżura ppermettiet lill-kumpanija tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji u ssegwi l-attivitajiet tagħha. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni kellha tasal għall-konklużjoni li x-xiri ta’ ABN AMRO N mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma seħħx f’kundizzjonijiet tas-suq għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(247) |
Investitur tal-ekonomija tas-suq (107) b’interess li jakkwista lil ABN AMRO N f’Diċembru 2008 kieku kien juża prezz tas-suq, b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq f’dak il-punt fiż-żmien partikolari. Fir-rapport ta’ […], l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu żewġ valutazzjonijiet: valutazzjoni ta’ “matul iċ-ċiklu” ta’ EUR [5 - 9] biljun li tassumi normalizzazzjoni tas-swieq u valutazzjoni tal-“kundizzjonijiet kurrenti tas-suq” ta’ EUR [4 - 6,5] biljun li kienet ibbażata fuq il-kundizzjonijiet tas-suq fl-ewwel jiem ta’ Ottubru 2008 (108). Investitur tal-ekonomija tas-suq kieku kien juża l-valutazzjoni tal-“kundizzjonijiet kurrenti tas-suq” bħala punt tal-bidu. |
|
(248) |
Korrezzjoni tal-valutazzjoni tal-“kundizzjonijiet kurrenti tas-suq” tkun meħtieġa fi kwalunkwe każ sabiex tingħata kunsiderazzjoni lid-deterjorazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq bejn it-3 ta’ Ottubru 2008 (jiġifieri d-data tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ […]) u d-data attwali meta ttieħdet deċiżjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta’ ABN AMRO N mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. F’dak il-perjodu, l-indiċi Euro Stoxx 50 waqa’ bi 22,2 % filwaqt li l-indiċi Euro Stoxx Banks waqa’ b’45,3 %. |
|
(249) |
L-argument tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-ebda korrezzjoni ma kienet meħtieġa minħabba l-profil ta’ riskju konservattiv ta’ ABN AMRO N (jiġifieri ebda assi tossiċi, pożizzjoni ta’ finanzjament tajba, eċċ) ma jistax jiġi aċċettat. Id-deklin fis-suq kien mifrux, u speċjalment fost stokks bankarji, li jindika li ma kienx marbut tant ma’ speċifiċitajiet tal-istokks iżda pjuttost mal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tas-suq finanzjarju li marru għall-agħar u ż-żieda assoċjata fil-primjums tar-riskju meħtieġa. Minħabba dan l-isfond, huwa neċessarju li tiġi aġġustata ‘l-isfel il-valutazzjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 tal-“kundizzjonijiet kurrenti tas-suq” sabiex tinkiseb stima raġonevoli tal-valur ta’ ABN AMRO N fl-14 ta’ Diċembru 2008. L-applikazzjoni tad-deklini fil-perċentwal osservati tal-indiċi Euro Stoxx 50 u l-indiċi Euro Stoxx Banks (22,2 % u 45,3 %) twassal għal firxa fil-prezz tas-suq għal Diċembru 2008 ta’ bejn EUR [2,2 - 3,6] biljun u EUR [3,1 - 5,1] biljun (jiġifieri EUR [4 - 6,5] biljun imnaqqsa bi 22,2 % u b’45,3 %) (109). |
|
(250) |
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li, kif qalu l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi, għandha ssir korrezzjoni biex tikkunsidra l-fatt li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma ħallasx it-tranżazzjoni fi flus. Bħala riżultat tal-Miżura Y2, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu fil-pussess tiegħu d-debitu maħruġ minn FBN u dan imbagħad ħallas lil FBN għal ABN AMRO N billi rrinunzja għal parti minn dak id-debitu b’valur nominali ta’ EUR 6,5 biljun. Minħabba li d-debitu maħruġ minn banek oħra ġie nnegozjat dak iż-żmien għal skont għall-valur pari, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-valur tal-istrumenti tad-dejn irrinunzjati kien taħt il-valur pari. Abbażi tal-informazzjoni tas-suq disponibbli, il-Kummissjoni tista’ taċċetta korrezzjoni ta’ [10 - 30] % jew EUR [0,65 - 1,95] biljun. Dan jimplika prezz ta’ tranżazzjoni attwali ta’ EUR [4,55 - 5,85] biljun (EUR 6,5 biljun nieqes EUR [0,65 - 1,95] biljun), minflok EUR 6,5 biljun (110). |
|
(251) |
L-ammont tal-għajnuna fil-Miżura Z kieku jkun id-differenza bejn il-prezz imħallas u l-valur tas-suq ta’ ABN AMRO N. Dan kieku jkun bejn EUR [0 - 2,75] biljun (EUR [4,55 - 5,85] biljun nieqes EUR [3,1 - 5,1] biljun) u EUR [0,95 - 3,65]-biljun (EUR [4,55 - 5,85] biljun nieqes EUR [2,2 - 3,6] biljun). |
|
(252) |
Il-Kummissjoni ma tara l-ebda bażi għad-dikjarazzjonijiet tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-valutazzjoni tiegħu ta’ EUR 6.5 biljun kienet korroborata b’mod konvinċenti bl-approvazzjoni tal-membri l-oħra tal-konsorzju u bir-rapport ta’ […]. Il-ħlas żejjed għal ABN AMRO N ma affettwax lill-membri l-oħra tal-konsorzju, li jfisser li l-approvazzjoni tal-bejgħ tagħhom ma kinitx approvazzjoni tal-valutazzjoni stess. Barra minn hekk ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-membri tal-konsorzju għamlu valutazzjoni ġdida huma stess. L-ittra ta’ […] lanqas ma tappoġġja d-dikjarazzjoni tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. […] sempliċement ivverifika l-metodoloġija u l-proċess, u r-rapport fil-qosor tiegħu ma jistax jitqies bħala eżerċizzju ta’ valutazzjoni kredibbli. Ir-rapport ta’ […] uża wkoll bħala bażi l-prezz imħallas mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għal FBN u ABN AMRO N fit-3 ta’ Ottubru 2008. Kif stabbilit hawn fuq, it-tranżazzjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 mhijiex tranżazzjoni bbażata fuq is-suq. Tranżazzjoni li fiha l-għajnuna ma tistax tintuża biex tieħu prezz tas-suq. |
|
(253) |
Ir-rapport tal-esperti li jaħdmu għall-azzjonisti ta’ Fortis SA/NV lanqas ma jappoġġja l-ipoteżi li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma ħallasx iżżejjed. Ir-rapport huwa biss analiżi sekondarja tal-valutazzjonijiet u tal-metodi ta’ valutazzjoni li ntużaw matul il-proċess u mhuwiex eżerċizzju ta’ valutazzjoni ġdid. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jitqies fil-kuntest tiegħu. L-azzjonisti ta’ Fortis SA/NV kienu inkwetati li rċevew prezz baxx wisq għall-assi akkwistati mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-rapport jindirizza l-aktar dik l-istqarrija jiġifieri li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħallas prezz baxx wisq. Fl-aħħar nett għandu jissemma wkoll li l-paragrafi li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jirreferi għalihom ma jgħidu xejn dwar ABN AMRO N għaliha waħedha, iżda jirreferu biss għall-pakkett sħiħ tal-assi miksub mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(254) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura Z hija miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur FBN għaliex tipprovdi lil FBN bil-kapital li jippermettiha tibqa’ fis-suq. L-ammont identifikat ta’ għajnuna jinsab fil-medda ta’ bejn EUR [0 - 2,75] biljun u EUR [0,95 - 3,65] biljun. |
Il-Miżura A li tkopri EUR 1,7 biljun tad-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z
|
(255) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet ir-responsabbiltà tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi – u mhux ta’ ABN AMRO N – li jkopri d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z. Mit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien marbut bit-termini tal-FAK. Bħala konsegwenza, dan kien obbligat jimplimenta s-separazzjoni ta’ ABN AMRO Holding taħt it-termini deskritti fil-FAK. Minħabba li s-superviżur finanzjarju ppermetta li l-proċess tas-separazzjoni jibda biss malli l-problema tal-kapital ta’ ABN AMRO Z tkun solvuta, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-membri l-oħra tal-konsorzju ma kellhomx għażla ħlief li jkopru d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z. |
|
(256) |
ABN AMRO N sempliċement aġġixxiet bħala intermedjarja fi struttura sabiex ABN AMRO Z, li ma għandhiex attivitajiet operattivi, tingħata l-kapital neċessarju. |
|
(257) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ għajnuna indiretta lil ABN AMRO N. Il-kjarifiki pprovduti mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermaw li t-tranżazzjonijiet finanzjarji siewja kollha bejn ABN AMRO Z u ABN AMRO N seħħu għal kundizzjonijiet tas-suq jew qabel l-intervent tal-Istat tat-3 ta’ Ottubru 2008. |
|
(258) |
Kif imsemmi fil-premessa 110, is-CRI nżamm fis-seħħ wara s-separazzjoni ta’ ABN AMRO II minn ABN AMRO Bank sabiex ikopri l-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun u l-ispejjeż ta’ integrazzjoni ta’ EUR 1,2 biljun, filwaqt li l-flus li ġejjin mill-istrumenti MCS kienu injettati f’ABN AMRO Z. Għaldaqstant mid-data tas-separazzjoni ta’ ABN AMRO II minn ABN AMRO Bank (jiġifieri s-6 ta’ Frar 2010) (sat-tmiem tas-CRI f’Ottubru 2010), is-CRI kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil ABN AMRO II, filwaqt li l-ammont ta’ EUR 1,7 biljun ta’ MCS li l-introjtu tagħhom ġie trasferit lil ABN AMRO Z waqaf jipprovdi għajnuna lil ABN AMRO N/ABN AMRO II mill-istess data. Dawn il-bidliet għalhekk ma jibdlux il-kwantità ta’ għajnuna iżda l-istrumenti biss li permezz tagħhom ngħatat l-għajnuna u d-dewmien tagħha. Dik il-bidla fil-forma ma tqajjem l-ebda kwistjoni li trid tiġi kkunsidrata fil-bqija ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(259) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura A ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Taħt il-FAK, kien l-obbligu kuntrattwali tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala suċċessur ta’ Fortis SA/NV li jsolvi d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z. Għalhekk, il-miżura ma tirrappreżentax vantaġġ selettiv lil ABN AMRO N u ma teħlishiex mill-ispejjeż li normalment kien ikollha tħallas. |
Il-Miżura B1 li tipprovdi EUR 500 miljun tad-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z
|
(260) |
Minħabba li s-CRI ma kienx biżżejjed biex ikopri d-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu jinjetta kapital żejjed permezz ta’ MCS. Ir-razzjonal żviluppat fir-rigward tal-Miżura A jappika għall-Miżura B1. |
|
(261) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura B1 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għaliex il-finanzjament tad-defiċit kapitali ta’ ABN AMRO Z kien obbligu tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi taħt il-FAK u ma jagħtix vantaġġ selettiv lil ABN AMRO N. |
Il-Miżuri B2 u B3: Rikapitalizzazzjoni għall-finanzjament tal-ispejjeż tas-separazzjoni
|
(262) |
L-ammont sħiħ ta’ EUR 1,08 biljun (jiġifieri l-Miżuri B2 u B3 flimkien) jinkludi l-ispejjeż tas-separazzjoni ġenerali ta’ EUR 480 miljun, EUR 90 miljun ta’ spejjeż relatati mat-twaqqif ta’ uffiċċju għas-suq monetarju u protezzjoni ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn ir-riżerva ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun u l-ispejjeż l-oħra tas-separazzjoni ta’ EUR 580 miljun. |
|
(263) |
Fir-rigward tal-ispejjeż l-oħra tas-separazzjoni, il-Kummissjoni taċċetta li l-FAK obbliga lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jwettaq il-qsim ta’ ABN AMRO Holding fi tliet partijiet separati, skont il-linji gwida tal-FAK. Fi kliem ieħor, l-ispejjeż tas-separazzjoni huma l-konsegwenza tal-obbligi kuntrattwali tal-FAK tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala suċċessur ta’ Fortis SA/NV. Fuq bażi netta, ABN AMRO N mhux se jkollha pożizzjoni kapitali aħjar minħabba dik il-miżura, għaliex l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jinjetta kapital li jiġi kkunsmat immedjatament mill-ispejjeż tas-separazzjoni. |
|
(264) |
Dak ir-raġunament madankollu ma jgħoddx għall-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun għaliex ma hemm l-ebda obbligu kuntrattwali tal-Istat biex jipprovdih. Kieku l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma pprovdiex dik l-assistenza, ABN AMRO N kienet tkun f’pożizzjoni finanzjarja agħar u kienet tkun obbligata pereżempju tnaqqas l-RWA tagħha sabiex tillibera l-kapital. Fi kliem ieħor, il-marġini ta’ prudenza huwa vantaġġ selettiv li tejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ ABN AMRO N meta pparagunat ma’ xenarju li fih il-miżura ma tkunx ġiet implimentata. |
|
(265) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li, filwaqt li l-ispejjeż ġenerali tas-separazzjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, il-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun (jiġifieri parti mill-Miżura B3) jagħmel hekk. Dan jipprovdi lil ABN AMRO N b’kapital żejjed u jirrappreżenta vantaġġ selettiv. |
Il-Miżura B4: Rikapitalizzazzjoni sabiex jiġi kopert id-defiċit kapitali relatat mad-divestiment ta’ New HBU u l-Miżura B5: Rikapitalizzazzjoni sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-integrazzjoni
|
(266) |
Il-Kummissjoni tosserva li ma kienx hemm obbligu kuntrattwali jew ekonomiku li ssir fużjoni bejn FBN u ABN AMRO N meta l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista dawk il-kumpaniji. Id-diviżjoni tal-ġestjoni tal-assi ta’ ABN AMRO N kienet tabilħaqq integrata fi ħdan Fortis Bank SA/NV, iżda dik id-diviżjoni mhijiex meqjusa bħala negozju li wieħed għandu jkollu għall-banek għaliex ħafna banek oħra jakkwistaw il-prodotti tal-ġestjoni tal-assi tagħhom minn fornituri esterni speċjalizzati. Kien l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi stess li ddeċieda fil-21 ta’ Novembru 2008 li jagħmel fużjoni ta’ ABN AMRO N u FBN għaliex ipprefera dik l-opzjoni minn alternattivi oħra ta’ ristrutturar bħal strateġija indipendenti għaż-żewġ banek, il-bejgħ rapidu ta’ kumpanija waħda jew it-tnejn li huma jew il-bejgħ rapidu tas-sussidjarji ewlenin. |
|
(267) |
FBN u ABN AMRO N ma setgħux iħallsu bil-quddiem minn flushom l-ispejjeż tal-integrazzjoni tal-fużjoni. Il-Kummissjoni tosserva li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien iddefenda l-fużjoni fil-pubbliku fejn qal li “ż-żewġ banek flimkien huma aktar b’saħħithom milli jekk waħedhom” (111). Il-fużjoni tabilħaqq għandha twassal għal vantaġġi kbar fil-forma ta’ sinerġiji (stmati għal EUR 1,1 biljun qabel it-taxxa fis-sena) u pożizzjoni kompetittiva aktar b’saħħitha (pereżempju ishma tas-suq ogħla, bażi aħjar ta’ finanzjament eċċ.). |
|
(268) |
Sabiex jibbenefikaw mill-fużjoni, FBN u ABN AMRO N kellhom iħallsu diversi spejjeż (jiġifieri spejjeż relatati mar-rimedju ta’ fużjoni, l-ispejjeż ta’ integrazzjoni). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħallas dawk l-ispejjeż permezz ta’ rikapitalizzazzjoni (fi żmien meta l-kapital kien għadu disponibbli biss b’diffikultà), filwaqt li FBN u ABN AMRO N ħadu l-benefiċċji kollha. Għalhekk din tagħti vantaġġ ċar lil FBN u ABN AMRO N. |
|
(269) |
Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-fużjoni kellha valur preżenti nett pożittiv (112). Madankollu, kif diġà ġie żviluppat b’mod estensiv fil-premessi (235) sa (242), il-Miżuri B4 u B5 isegwu miżuri oħra ta’ għajnuna mill-Istat u huma parti minn pjan ikbar ta’ ristrutturar, għalhekk l-MEIP ma japplikax. |
|
(270) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżuri B4 u B5 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat ta’ EUR 300 miljun u EUR 1,2 biljun rispettivament. Dawn jipprovdu lil FBN u ABN AMRO N b’vantaġġ selettiv billi jipprovduhom b’kapital. |
Il-Miżura C: rikapitalizzazzjoni ta’ FBN
|
(271) |
Il-Miżura C ipprovdiet lil FBN bil-kapital, li ppermettiha tikkonforma mar-rekwiżiti minimi regolatorji tal-kontrollur finanzjarju. Kieku l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx ikkonverta l-kapital tal-Livell 2 tiegħu f’kapital tal-Livell 1, FBN kien ikollha twaqqaf l-operazzjonijiet tagħha jew kienet tkun obbligata tfittex soluzzjonijiet alternattivi, bħal li tnaqqas l-RWA tagħha sabiex tillibera l-kapital tal-Livell 1. Bis-saħħa ta’ din il-miżura, FBN spiċċat b’aktar kapital u f’pożizzjoni kompetittiva aktar b’saħħitha milli f’xenarju ta’ “ebda għajnuna”. |
|
(272) |
L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonverta l-istrumenti tad-dejn tal-Livell 2 b’valur nominali ta’ EUR 1,35 biljun f’ammont ekwivalenti ta’ kapital tal-Livell 1. Dik il-konverżjoni twassal għall-istess flussi ta’ flus bħal f’xenarju li fih FBN kienet xtrat lura l-istrumenti tal-Livell 2 fil-pussess tal-Istat b’valur par, segwit minn żieda fil-kapital tal-istess ammont. B’analoġija mal-premessa 250, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-valur tas-suq tal-istrumenti tad-dejn irrinunzjati mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi kien taħt il-valur pari. B’kunsiderazzoni tal-iskontijiet ta’ strumenti simili ta’ banek pari, skont ta’ EUR [135 - 405] miljun (jew [10 - 30] %) huwa ġustifikat. Fi kliem ieħor, FBN ħallset indirettament EUR [135 - 405] miljun żejda lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi billi xtrat lura impliċitament l-istrumenti b’valur pari. L-ammont tal-għajnuna għalhekk għandu jkun ta’ EUR [0,945 - 1,215] biljun, minflok EUR 1,35 biljun. |
|
(273) |
L-istqarrija tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-miżura hija konformi mal-MEIP ma tistax tiġi aċċettata. Il-miżura ssegwi miżuri oħra kontaminati mill-għajnuna mill-Istat kif spjegat fil-premessi 235 sa 242, sabiex l-MEIP ma japplikax. |
|
(274) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura C tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għal ammont ta’ EUR [0,945 - 1,215] biljun għaliex tipprovdi lil FBN b’vantaġġ fil-forma ta’ kapital żejjed. |
Il-Miżura D: Ħlasijiet fi flus lill-membri l-oħra tal-konsorzju
|
(275) |
Fir-rigward tal-ħlasijiet lill-membri l-oħra tal-konsorzju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħlasijiet huma tabilħaqq parti mill-obbligi relatati mal-FAK. Il-membri tal-konsorzju kienu antiċipaw li ċerti kwistjonijiet mhux mistennija li ser iqumu matul il-proċess tas-separazzjoni u l-FAK jiddeskrivi l-proċeduri li jridu jintużaw sabiex jiġu solvuti dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-ħlasijiet tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi lill-membri l-oħra tal-konsorzju wasslu għal trasferiment żejjed ta’ assi netti lil ABN AMRO N jew għal kwalunkwe vantaġġ ieħor għall-kumpanija. |
|
(276) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Miżura D ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għaliex il-Miżura D kienet obbligu tal-FAK tal-Istat u mhux ta’ ABN AMRO N. Il-Miżura ma implikat l-ebda vantaġġ selettiv għal ABN AMRO N. |
Il-Miżura E: Garanzija tal-Istat fuq id-debitu sabiex jiġu solvuti r-responsabbiltajiet reċiproċi
|
(277) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li r-responsabbiltajiet reċiproċi huma sa ċertu punt marbutin mal-kuntest speċifiku tas-separazzjoni ta’ ABN AMRO N mill-kumpanija sussidjarja tagħha ABN AMRO Bank (issa RBS NV). Taħt il-liġi tal-kumpaniji Olandiża, Deutsche Bank bħala x-xerrej ta’ New HBU jibqa’ responsabbli għad-debiti ta’ ABN AMRO Bank jekk dan tal-aħħar ma jissodisfax l-obbligi tiegħu. Għalhekk Deutsche Bank irid jiġi kkumpensat għar-riskju meħud fil-knfront ta’ ABN AMRO Bank. Kieku ABN AMRO N ma ġietx separata minn ABN AMRO Bank, dawn ir-responsabbiltajiet reċiproċi bejn New HBU u ABN AMRO Bank ma kinux jeżistu. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għalhekk jipprovdi garanzija fuq responsabbiltà reċiproka li teżisti esklussivament minħabba s-separazzjoni ta’ ABN AMRO N. L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma jipprodi ebda garanzija fuq ir-responsabbiltà reċiproka bejn New HBU u ABN AMRO N. |
|
(278) |
Għalhekk, għandu jiġi konkluż li jista’ jiġi aċċettat li l-Miżura E ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għaliex is-separazzjoni ta’ ABN AMRO N minn ABN AMRO Bank hija obbligu tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi taħt il-FAK. |
6.1.4. Kwantifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat
|
(279) |
ABN AMRO Group (jew FBN u ABN AMRO N qabel il-fużjoni) ibbenefika mill-għajnuna fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni, li tinsab f’firxa ta’ bejn EUR 4,2 biljun u EUR 5,45 biljun. Dak l-ammont jissarraf f’firxa ta’ 2,75 %-3,5 % meta pparagunat mal-assi peżati għar-riskju ta’ ABN AMRO Group. |
|
(280) |
Il-Kummissjoni tosserva li FBN ibbenefikat ukoll minn ammont imdaqqas ħafna ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità, kemm f’termini relattivi kif ukoll assoluti. Tabella 5 Għajnuna mill-Istat: Tabella sommarja tal-għajnuna fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni u l-għajnuna fil-forma ta’ likwidità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.2. Kumpatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna differenti
|
(281) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna kumpatibbli mas-suq intern jekk hija maħsuba “sabiex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Fir-rigward tal-ekonomija Olandiża, ir-riskju ta’ taħwid serju kien konfermat fl-approvazzjonijiet varji tal-Kummissjoni tal-miżuri meħudin mill-awtoritajiet Olandiżi sabiex jiġġieldu l-kriżi finanzjarja bħall-Iskema ta’ Garanzija. |
|
(282) |
F’dan ir-rigward, huwa madankollu importanti li jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali enfasizzat li l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat għandu jiġi applikat b’mod ristrett (116), sabiex it-taqlib fl-ekonomija jaffettwa l-Istat Membru sħiħ u mhux ikun biss ta’ dimensjoni reġjonali. Il-Kummissjoni tinnota li ABN AMRO N u FBN huma banek Olandiżi ewlenin b’netwerk ta’ fergħat mal-pajjiż u pożizzjonijiet fil-quċċata tas-suq f’firxa wiesgħa ta’ segmenti fuq is-suq bankarju Olandiż għall-konsumatur u l-SMEs. Fil-kuntest tal-inċertezzi differenti li hemm fuq l-irkupru mill-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, id-diskontinwità ta’ dawk il-banek toħloq taqlib serju għall-ekonomija Olandiża u għalhekk l-għajnuna mill-Istat mill-gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi tista’ tiġi valutata taħt l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(283) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet iżjed dettalji dwar il-kumpatibbiltà tal-miżuri speċifiċi fil-Komunikazzjoni Bankarja, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti tagħha, u fuq ir-ristrutturar meħtieġ fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(284) |
Il-miżuri individwali għandhom jiġu ttestjati kontra l-Komunikazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni. L-istrument ta’ serħan tal-kapital ma jkoprix l-assi indeboliti u huwa de facto prokura għal miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. Il-prinċipji ġenerali wara l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għandhom madankollu jgħoddu wkoll għall-istrument ta’ serħan tal-kapital sabiex ikun konformi mas-suq intern. Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi, il-Kummissjoni kellha tivverifika jekk is-CRI ntużawx biex jgħaddu t-telf mistenni fuq il-portafoll lill-Istat. Il-Miżura A għandu jkun fiha wkoll biżżejjed inċentivi ta’ ħruġ u fil-każ li s-sitwazzjoni ekonomika tiddeterjora, ABN AMRO N xorta kien ikollha tassumi ċertu telf permezz ta’ segment vertikali. Il-miżuri ta’ likwidità (il-Miżuri Y1 u Y2) għandhom jiġu ġġudikati kontra l-Komunikazzjoni Bankarja u l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni (u aktar speċifikament il-Miżuri Z, B4 u B5 kif ukoll il-marġini ta’ prudenza ta’ EUR 500 miljun li huwa parti mill-Miżuri B3 u C) kontra l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
6.2.1. Kumpatibbiltà tal-Miżuri Y1 u Y2 mal-Komunikazzjoni Bankarja
|
(285) |
Sabiex jikkonformaw mal-Komunikazzjoni Bankarja, il-Miżuri Y1 u Y2 għandhom ikunu mmirati sew, proporzjonati u mfassla sabiex jevitaw distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
|
(286) |
Il-Kummissjoni tirrepeti l-konklużjoni tal-premessa 51 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 li l-miżura sabiex jinqatgħu l-konnessjonijiet kollha bejn FBN u l-kumpanija holding tagħha b’likwidità limitata, Fortis SA/NV kienet neċessarja sabiex tipproteġi lil FBN mid-diffikultajiet akuti ta’ dak iż-żmien tal-kumpanija holding tagħha. Għalhekk, il-miżuri jistgħu jitqiesu mmirati sew sabiex jinkiseb is-salvataġġ ta’ FBN. |
|
(287) |
Il-Miżuri Y1 u Y2 għandhom ikunu wkoll proporzjonati u ma joħolqux distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tħares b’mod favorevoli lejn is-sistema ta’ prezzar żviluppata mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, li kellha l-għan li toħloq kundizzjonijiet ekwi bl-Iskema ta’ Garanzija (ara l-premessa 169). Fir-rigward tal-iskemi ta’ garanzija, il-Kummissjoni talbet konsistentement lill-Istati Membri biex jitolbu primjum ta’ mill-anqas 50 punt ta’ bażi għal garanziji itwal minn tliet xhur (u mhux itwal minn 12-il xahar). Il-Kummissjoni sabet li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma talabx konsistentement għal EURIBOR + 50 punt ta’ bażi għas-self ta’ aktar minn tliet xhur. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tiddikjara l-Miżura Y1 kumpatibbli mas-suq intern biss jekk isir pagament korrettiv ta’ EUR 18,2 miljun sabiex jiġi żgurat li s-self b’maturità ta’ aktar minn tliet xhur jiġi remunerat effettivament għal EURIBOR + 50 punt ta’ bażi. Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv li l-faċilitajiet kollha ta’ likwidità tħallsu lura u spiċċaw f’Ġunju 2009. |
|
(288) |
Fir-rigward tal-Miżura Y2, il-Kummissjoni tosserva li minħabba li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma biddilx ir-rata tal-imgħax u l-maturità tas-self, FBN ibbenefikat minn self relattivament irħis, li jista’ jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tiddikjara l-miżura kumpatibbli mal-Komunikazzjoni Bankarja biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti aktar tard f’din id-Deċiżjoni u aktar speċifikament il-miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni jiġu implimentati korrettament. |
6.2.2. Kumpatibbiltà tal-Miżuri Z, B3 (jiġifieri EUR 500 miljun), B4 u B5 u C mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
|
(289) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri konċernati tpoġġew fis-seħħ biex tiġi solvuta ħtieġa ġenwina u rrappreżentaw il-minimu neċessarju sabiex tiġi restawrata bi sħiħ il-vijabbiltà tal-kumpaniji konċernati. |
|
(290) |
Fir-rigward tar-remunerazzjoni, il-Kummissjoni osservat li l-Istat kien diġà s-sid ta’ 100 % tal-ishma ordinarji ta’ FBN (u indirettament ta’ 100 % ta’ ABN AMRO N). Dawk il-miżuri kollha kienu indispensabbli biex jippreżervaw il-valur ta’ dawk l-ishma. |
|
(291) |
ABN AMRO Group ser jikseb RoE ta’ madwar […] % fl-2013, li jindika li bis-saħħa tal-interventi kollha tal-Istat, inħolqot entità vijabbli u profittabbli. |
|
(292) |
Il-valutazzjonijiet kollha disponibbli ta’ ABN AMRO Group huma ferm ogħla mis-somma tal-għajnuna fil-Miżuri Z, B3, B4, B5 u C (jiġifieri bejn EUR 4,2 biljun u EUR 5,45 biljun). Għalhekk l-Istat għandu jirċievi remunerazzjoni xierqa fuq l-għajnuna mogħtija lil ABN AMRO N u FBN (117). |
|
(293) |
Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Miżuri Z, B3, B4, B5 u C huma kumpatibbli mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti aktar tard f’din id-Deċiżjoni jiġu implimentati korrettament. |
6.2.3. Kumpatibbiltà tal-istrument ta’ serħan tal-kapital mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti
|
(294) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-istrument ta’ serħan tal-kapital stabbilit mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa differenti mill-miżuri tradizzjonali għall-assi indeboliti evalwati f’każijiet oħra. Filwaqt li l-għan tal-miżuri oħra għall-assi indeboliti kien li jilliberaw lill-banek mill-assi indeboliti, il-portafoll protett mis-CRI huwa portafoll ipotekarju Olandiż tradizzjonali li la ABN AMRO N u lanqas l-esperti esterni ma stennew li l-prestazzjoni tiegħu tiddetterjora sa grad sinifikanti. |
|
(295) |
Il-Kummissjoni tosserva li rikapitalizzazzjoni tradizzjonali fil-livell ta’ ABN AMRO N ma kinitx opportuna għall-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, għaliex ma kinitx entità legali separata fil-mument rilevanti u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx ikun f’pożizzjoni li jiggarantixxi l-kontribuzzjoni kapitali tiegħu, li kien ikollu konsegwenzi negattivi speċjalment f’xenarji ta’ diffikultà finanzjarja. Barra minn hekk, l-istrumenti ta’ serħan tal-kapital privati ma kinux fattibbli minħabba d-daqs tat-tranżazzjoni u l-kumplessitajiet relatati mas-separazzjoni ta’ ABN AMRO Bank NV, il-kumpanija holding ta’ ABN AMRO N u ABN AMRO Z. |
|
(296) |
Minħabba dak l-isfond partikolari, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-CRI huwa alternattiva għal żieda fil-kapital tradizzjonali minflok protezzjoni kontra l-assi tossiċi u huwa għalhekk miżura mmirata neċessarja u xierqa sabiex tiġi solvuta l-problema speċifika ta’ kapital ta’ ABN AMRO Z. |
|
(297) |
Minkejja l-fatt li l-miżura hija prinċipalment miżura ta’ prokura għar-rikapitalizzazzjoni, il-miżura għandha tkun konsistenti ma’ skemi oħra ta’ serħan tal-kapital, biex b’hekk tipproteġi s-suq intern kif spjegat fil-premessa 284. |
|
(298) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda biżżejjed evidenza li turi li l-valutazzjoni kienet tali li ABN AMRO N jew is-suċċessur legali tagħha se jieħdu t-telf mistenni. Id-dejta tas-suq (b’mod partikolari r-rapporti ta’ klassifikazzjoni), id-dejta storika u l-evidenza riċenti minn ABN AMRO N juru li l-ewwel segment ta’ telf annwali ta’ 20 punt ta’ bażi għandu jkun biżżejjed biex ikopri t-telf mistenni. |
|
(299) |
Ir-remunerazzjoni li ABN AMRO N tħallas mhijiex aktar baxxa minn dik mitluba fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Ir-remunerazzjoni timplika li ABN AMRO N se tħallas 10 % fuq il-kapital li huwa meħlus mit-tranżazzjoni bħala riżultat tat-tnaqqis tal-RWA. Ir-rata tipparaguna b’mod favorevoli mar-rati minimi stabbiliti fil-punt (27) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Minħabba r-remunerazzjoni relattivament għolja, is-segment vertikali ta’ 5 % u l-mekkaniżmi ta’ restituzzjoni jistgħu jitqiesu konformi mal-punt (24) u n-nota f’qiegħ il-paġna (15) tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. |
|
(300) |
Il-Miżura A fiha wkoll biżżejjed inċentivi għall-ħruġ. Id-drittijiet ta’ xiri deskritti fil-premessa 107 jindikaw li huwa faċli għal ABN AMRO N (jew issa ABN AMRO Group) li ttemm il-miżura. Barra minn hekk, l-ipprezzar huwa tali li l-miżura ssir għalja maż-żmien. It-termini kuntrattwali jimplikaw li l-ipprezzar ma għandux jiġi aġġustat meta ABN AMRO Group jibda jikkalkula l-ħtiġijiet kapitali tiegħu abbażi ta’ Basel II. Dak in-nuqqas ta’ aġġustament se jnaqqas l-effett ta’ serħan tal-kapital tal-miżura filwaqt li t-tariffa tal-garanzija mhux se taqa’. Barra minn hekk, l-ewwel segment ta’ telf huwa kkalkulat bħala perċentwal tal-valur tal-portafoll inizjali, sabiex l-ewwel segment ta’ telf bħala perċentwal tal-portafoll dovut (jiġifieri l-portafoll inizjali korrett għal, fost affarijiet oħra, il-ħlasijiet lura) għandu jiżdied gradwalment maż-żmien. |
|
(301) |
Minħabba l-karatteristiċi tas-CRI u minħabba l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 u l-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010 kif deskritt taħt l-intestatura 2.3 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis il-Miżura A bħala kumpatibbli mal-prinċipji ġenerali tal-Miżura dwar l-Assi Indeboliti u mal-prinċipji tas-suq intern kif spjegat fil-premessa 284. |
|
(302) |
Il-fatt li s-CRI ġie eżerċitat minn ABN AMRO Group immedjatament wara li implimenta r-rekwiżiti ta’ Basel II jikkonferma ex-post l-analiżi li saret fil-premessi 294 sa 301. |
6.3. Valutazzjoni tal-għajnuna u tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 u tal-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010 taħt il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(303) |
Minħabba l-ammont u l-ambitu tal-għajnuna kif deskritt fil-paragrafi preċedenti u b’mod partikolari l-fatt li l-għajnuna fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni taqbeż 2 % tal-RWA, il-Kummissjoni temmen li huwa meħtieġ ristrutturar fil-fond, b’konformità mal-punt (4) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
6.3.1. Vijabbiltà
|
(304) |
Pjan ta’ ristrutturar għandu juri li l-istrateġija tal-bank hija bbażata fuq kunċett koerenti u li l-bank għandu vijabbiltà fit-tul restawrata mingħajr id-dipendenza fuq l-appoġġ tal-Istat. |
|
(305) |
Kif ġie konkluż diġà fid-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, il-mudelli tan-negozju ta’ FBN u ABN AMRO N ma kinux jiddependu fuq prattiki ta’ riskju eċċessiv u ta’ self insostenibbli. Iż-żewġ entitajiet kienu, madankollu, tħallew vulnerabbli u mhux attrezzati f’ċerti oqsma ewlenin bħala konsegwenza tas-separazzjoni mill-gruppi possedenti rispettivi tagħhom. Wara d-diżaggregazzjoni tal-kumpanija holding tagħha, ABN AMRO N kellha aċċess limitat ħafna għal kumpaniji akbar, ma fadlilhiex netwerk internazzjonali u kienet nieqsa minn numru ta’ kapaċitajiet ta’ prodotti u tal-IT. FBN kienet affettwata ħafna wkoll wara s-separazzjoni minn mal-kumpanija holding tagħha u l-finanzjament tagħha kien jiddependi ħafna fuq is-swieq tal-operaturi. Il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 ta’ ABN AMRO Group (kif ukoll il-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010) juri li l-integrazzjoni ta’ ABN AMRO N u FBN sostanzjalment tnaqqas id-dgħufijiet ta’ kull waħda mill-entitajiet individwali. Il-kombinazzjoni ta’ FBN u ABN AMRO N għenet biex tnaqqas parti minn dak it-tħassib. Il-franchise bankarja kbira għall-konsumatur u privata ta’ ABN AMRO N kienet rikka fid-depożiti li ħolqu profil ta’ finanzjament aħjar għall-grupp integrat, FBN solviet parti mill-problema tan-netwerk internazzjonali ta’ ABN AMRO N u ż-żewġ gruppi flimkien kienu kapaċi jsolvu aħjar, pereżempju l-problemi relatati mal-IT (jiġifieri ma kellhomx jerġgħu jibnu separatament pjattaforma tal-IT u għodod oħra ta’ appoġġ). |
|
(306) |
Il-projezzjonijiet finanzjarji juru li fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar l-entità kombinata għandha tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tagħha u tirrealizza qligħ xieraq fuq l-ekwità ta’ madwar […] %. Anki f’xenarju ta’ diffikultà, il-kumpanija se tkompli tagħmel profitti, filwaqt li l-proporzjonijiet ta’ adegwatezza tal-kapital tagħha jibqgħu “l fuq mil-limiti regolatorji minimi. Għalhekk il-protezzjoni tal-kapital tal-kumpanija tidher biżżejjed għolja – wara l-interventi ripetuti tal-Istat – biex issolvi ċ-ċirkostanzi negattivi fil-futur mingħajr ma jkollha terġa” tirreferi għall-Istat. |
|
(307) |
Kif urew iċ-ċifri tat-tieni nofs tal-2008 u l-ewwel nofs tal-2009, huwa ta’ importanza kruċjali li jinkiseb dħul mill-imgħax biżżejjed għoli sabiex joħloq kumpanija kompletament vijabbli. Għalhekk, il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 u l-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010 jistgħu jiġu ddikjarati kumpatibbli mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar biss sakemm ABN AMRO Group jistinka sabiex jikseb id-dħul mill-imgħax nett aġġornat stabbilit fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010. ABN AMRO Group għandu jirrapporta dwar il-progress tiegħu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari – mill-anqas kull trimestru. Jekk ABN AMRO Group josserva diverġenzi paragunati ma’ dawk il-projezzjonijiet, għandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih. |
|
(308) |
Pjan ta’ ristrutturar għandu jkun fih projezzjonijiet bid-disaggregazzjonijiet neċessarji u r-ristrutturar teħtieġ ukoll irtirar mill-attivitajiet li jibgħu jagħmlu telf strutturalment fuq perjodu medju (118). Fil-premessa 120 tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-kwistjonijiet ta’ vijabbiltà tad-diviżjoni Prime Fund Solutions – li rrappurtat telf importanti relatat ma’ Madoff fl-2008 – ġewx ittrattati adegwatament. Permezz tal-bejgħ ta’ PFS lil Credit Suisse (ara wkoll il-premessa 74), dik il-kwistjoni ġiet solvuta. Il-projezzjonijiet dettaljati fil-livell diviżjonali juru li kemm fix-xenarju bażi kif ukoll fix-xenarju ta’ kriżi d-diviżjonijiet kollha jikkontribwixxu b’mod pożittiv għar-riżultati. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li ma hemmx diviżjonijiet oħra bi problemi ta’ profitabilità strutturali u, fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, ebda divestimenti ulterjuri ma huma meħtieġa sabiex tittejjeb il-vijabbiltà tal-kumpanija. |
6.3.2. Qsim tal-piżijiet/il-minimu neċessarju
|
(309) |
Pjan ta’ ristrutturar għandu juri biċ-ċar li l-għajnuna baqgħet limitata għall-minimu neċessarju. L-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar ma għandhomx jitħallsu biss mill-Istat iżda sa ċertu limitu anki minn dawk li investew fil-bank. Fi kliem ieħor, il-bank u d-detenturi tal-kapital tiegħu għandhom jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista’ jkun possibbli bir-riżorsi proprji. L-għajnuna għar-ristrutturar għandha tkun limitata għall-ispejjeż li huma neċessarji għar-restawr tal-vijabbiltà. Għaldaqstant, impriża ma għandhiex tingħata riżorsi pubbliċi li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ta’ tfixkil tas-suq mhux marbutin mal-proċess ta’ ristrutturar bħal, pereżempju, akkwiżizzjonijiet (119). |
|
(310) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tfakkar li projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet hija neċessarja sabiex iżżomm l-għajnuna limitata għall-minimu neċessarju. Il-Punt (23) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar isemmi espliċitament li “impriża ma għandhiex tibbenefika minn riżorsi pubbliċi li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet li joħolqu distorsjoni fis-suq u li mhumiex marbuta mal-proċess ta’ ristrutturar. Pereżempju, l-akkwisti ta’ ishma minn impriżi oħrajn jew investimenti ġodda ma jistgħux ikunu ffinanzjati permezz ta’ għajnuna mill-Istat sakemm dan mhux essenzjali għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża”. |
|
(311) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar torbot ukoll projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fil-punti (39) u (40), il-Komunikazzjoni tispjega li “L-għajnuna mill-Istat ma tridx tintuża għad-detriment ta’ kompetituri li ma jgawdux minn sostenn pubbliku simili”, u li l-“banek ma għandhomx jużaw l-għajnuna mill-Istat għall-akkwist ta’ negozji li jikkompetu magħhom. Din il-kundizzjoni trid tapplika għal mill-inqas tliet snin u tista’ tkompli tapplika sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar skont il-portata, id-daqs u d-dewmien tal-għajnuna”. |
|
(312) |
B’mod konformi mal-punt (40) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kumpatibbli biss sakemm ABN AMRO Group japplika strettament projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet (120) fit-tliet snin li jsegwu wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni. Il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet għandha tiġi estiża jekk l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jkompli jipposjedi aktar minn 50 % ta’ ABN AMRO Group wara tliet snin. Madankollu, il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet ma għandhiex testendi lil hinn minn ħames snin. Filwaqt li parti mill-għajnuna diġà ġiet mifdija, ċerti miżuri (b’mod partikolari l-miżuri Z u C) ma jistgħux jinfdew mill-bank minħabba l-forma li ngħataw fiha (jiġifieri mhux fil-forma ta’ strument tad-dejn ibridu). It-tmiem tas-sjieda tal-Istat hija prokura għall-istima ta’ meta jintemm il-vantaġġ derivat mill-għajnuna. |
|
(313) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 (kompletat bil-projezzjonijiet finanzjarji għall-agħar sitwazzjoni possibbli fit-23 ta’ Marzu 2010) kien diġà jindika li ABN AMRO Group kien sar entità vijabbli li għandha tirrealizza qligħ fuq l-ekwità u hija mistennija wkoll li tirrealizza profitti deċenti fl-agħar kundizzjonijiet ekonomiċi. Il-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010 jikkonferma din l-analiżi. Dak ir-ritorn għall-vijabbiltà ma jiddependix fuq l-akkwiżizzjonijiet. Projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet għalhekk ma tmurx kontra r-ritorn għall-vijabbiltà. |
|
(314) |
Il-Kummissjoni tqis li, skont il-punt (26) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, projbizzjoni fuq il-kupuni ibridi u projbizzjoni fuq l-eżerċizzju ta’ ibridi ma jistgħux jiġu evitati (121). Fil-kuntest tar-ristrutturar, il-miżuri li jnaqqsu l-ammont totali tal-fondi proprji mhumiex kumpatibbli mal-għan tal-qsim tal-piżijiet u r-rekwiżit tal-minimu neċessarju. |
|
(315) |
Kif dikkjarat fil-punt (26) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, “meta dawk l-attivitajiet ma jiġġenerawx biżżejjed profitti, il-banek ma għandhomx jużaw l-għajnuna mill-Istat biex jirremuneraw il-fondi proprji (ekwità u dejn subordinat)”. Valutazzjoni dettaljata tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 ta’ ABN AMRO Group (u l-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ Novembru 2010) tippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi li f’madwar sentejn, ABN AMRO Group għandu jkun irrestawra l-vijabbiltà tiegħu kif illustrat minn RoE aċċettabbli ta’ madwar […] % fl-2012 u l-2013 rispettivament. Kontra dan l-isfond, il-projbizzjoni ta’ sentejn fuq il-kupuni ibridi u l-eżerċizzju tal-ibridi (122) tidher li tipprovdi l-qsim xieraq tal-piżijiet mid-detenturi tal-kapital tal-kumpanija (123). Għalhekk l-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kumpatibbli biss sakemm ikun hemm projbizzjoni ta’ sentejn fuq il-kupuni ibridi u l-eżerċizzju tal-ibridi kif deskritt fid-dettall fl-Artikolu 8 tal-parti operattiva tad-Deċiżjoni. Dik il-projbizzjoni fuq il-kupuni u l-eżerċizzju għandha tapplika wkoll għad-detenturi tal-Ishma ta’ Preferenza ta’ FBNH sabiex jitneħħew id-dubji espressi mill-Kummissjoni fil-premessa 130 tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010. |
|
(316) |
F’każijiet oħra, il-miżuri tal-qsim tal-piżijiet huma neċessarji wkoll sabiex jiġi żgurat li l-banek salvati jkollhom ir-responsabbiltà xierqa għall-konsegwenzi tal-imġiba tagħhom fil-passat sabiex jinħolqu inċentivi xierqa għall-imġiba tagħhom u ta’ oħrajn fil-futur. Dak il-fattur huwa anqas relevanti f’dan il-każ għaliex il-problemi tal-kumpanija kienu sa grad għoli marbuta mal-kumpanija holding ta’ qabel Fortis SA/NV (ara t-Taqsima 6.3.3 “Miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni”). Għalhekk jista’ jiġi aċċettat ukoll, mill-perspettiva tal-qsim tal-piżijiet, li ma hemmx divestimenti kbar minbarra d-disponiment ta’ PFS u Intertrust li flimkien jammontaw għal […] % tad-dħul operattiv totali u […] % tal-RWA. |
6.3.3. Miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(317) |
Fir-rigward tal-miżuri meħtieġa biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, dan il-każ jippreżenta ċerti karatteristiċi atipiċi. |
|
(318) |
Il-Punt (28) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika t-tip ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni li jista’ jseħħ meta tingħata għajnuna mill-Istat sabiex tappoġġja l-istabbiltà finanzjarja f’perjodi ta’ kriżi sistematika: “Meta l-banek jikkompetu abbażi tal-merti tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom, dawk li jakkumulaw riskju eċċessiv u/jew iserrħu fuq mudelli ta’ negozju li mhumiex sostennibbli fl-aħħar mill-aħħar jitilfu s-sehem mis-suq u, possibbilment, joħorġu mis-suq filwaqt li kompetituri li huma aktar effiċjenti jespandu jew jidħlu fis-swieq ikkonċernati. L-għajnuna mill-Istat ittawwal id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni maħluqa fil-passat minn teħid eċċessiv ta’ riskju u mudelli ta’ negozju li mhumiex sostennibbli billi ssostni b’mod artifiċjali s-setgħa tas-suq tal-benefiċjarji. B’dan il-mod tista’ toħloq periklu morali għall-benefiċjarji, filwaqt li ddgħajjef l-inċentivi għal dawk li mhumiex benefiċjarji biex jikkompetu, jinvestu u jinnovaw”. |
|
(319) |
Kif spjegat fid-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008, id-diffikultajiet ta’ Fortis SA/NV u Fortis Bank SA/NV segwew mir-riskju eċċessiv: (i) Fortis Bank SA/NV investiet ammont kbir ta’ flus fi kreditu strutturat u (ii) Fortis SA/NV iddeċidiet li tixtri lil ABN AMRO N bi prezz għoli ħafna. Sabiex tiġi awtorizzata l-għajnuna lil tali banek, il-Kummissjoni teħtieġ tnaqqis sinifikanti tal-preżenza tas-suq tal-benefiċjarju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li Fortis SA/NV ġiet maqsuma f’erbgħa: l-assi tal-assigurazzjoni Belġjani u internazzjonali baqgħu parti mill-elenkata Fortis SA/NV (li wara l-falliment ta’ Fortis SA/NV ingħatat l-isem Ageas); Fortis Bank SA/NV u BGL ġew akkwistati minn BNP Paribas; l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista lil FBN (inkluża ABN AMRO N); u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista wkoll l-attivitajiet tal-assigurazzjoni Olandiżi (124). Fi kliem ieħor, Fortis SA/NV ġiet maqsuma f’entitajiet iżgħar u Fortis Bank SA/NV stess inqasmet f’żewġ partijiet (125). |
|
(320) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri favur FBN u ABN AMRO N valutati f’din id-Deċiżjoni għandhom karatteristiċi speċifiċi li jiddiferixxu minn każijiet oħra ta’ ristrutturar li kellha tittratta matul il-kriżi kurrenti, inklużi dawk ta’ Fortis Bank SA/NV u Fortis SA/NV. F’dan il-każ, FBN u ABN AMRO N ma jeħtiġux primarjament l-għajnuna mill-Istat għaliex ħadu deċiżjonijiet ta’ ġestjoni żbaljati. Il-ħtieġa għall-għajnuna mill-Istat ma toriġinax pereżempju mill-akkumulazzjoni ta’ riskji eċċessivi fl-investimenti tagħhom jew fil-politika tas-self tagħhom, jew għaliex dawn wettqu politika ta’ prezzar mhux sostenibbli. Bl-istess mod, id-diffikultà ta’ Fortis SA/NV u Fortis Bank SA/NV ma kinitx toriġina minn politiki ta’ self jew ta’ prezzar riskjużi fis-servizzi bankarji għall-konsumatur, privati jew kummerċjali, li għall-kuntrarju għamlu profitt. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna lil FBN u ABN AMRO N tikkawża ferm anqas distorsjoni mill-għajuna approvata favur istituzzjonijiet finanzjarji li kellhom riskji eċċessivi akkumulati. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li mhumiex meħtieġa divestimenti ulterjuri. |
|
(321) |
Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax minn FBN u ABN AMRO N biex ikabbru għad-detriment tal-kompetituri tagħhom, pereżempju billi jimplimentaw politika ta’ prezzar mhux sostenibbli jew billi jakkwistaw istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Kieku dan kellu jseħħ, l-għajnuna “ddgħajjef l-inċentivi għal dawk li mhumiex benefiċjarji biex jikkompetu, jinvestu u jinnovaw” u kienet timmina “l-inċentivi għall-attivitajiet transkonfinali” billi tiskoraġġixxi d-dħul fis-suq Olandiż. |
|
(322) |
L-għajnuna mill-Istat għalhekk tista’ tiġi ddikjarata kumpatibbli biss jekk ikun hemm biżżejjed miżuri fis-seħħ li jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax għad-detriment tal-kompetituri, li wħud minnhom ma rċevewx appoġġ pubbliku simili. Kundizzjonijiet ekwi għandhom jibqgħu fis-seħħ bejn il-banek li rċevew appoġġ pubbliku u dawk li ma rċevewx. Għandu jiġi evitat ukoll li l-għajnuna mill-Istat iddgħajjef l-inċentivi għal dawk li mhumiex benefiċjarji biex jikkompetu, jinvestu u jinnovaw u li jinħolqu ostakli għad-dħul li jistgħu jimminaw l-attivitajiet transkonfinali. |
|
(323) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li n-natura u l-forma ta’ tali limiti għandhom jiddependu fuq l-ammont ta’ għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom ingħatat kif ukoll fuq il-karattersitiċi tas-suq/swieq li fihom se jopera l-bank benefiċjarju. L-ammont ta’ għajnuna ġie deskritt fit-Taqsima 6.1.3 “Kwantifikazzjoni tal-Għajnuna”. Il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li taħthom ingħatat ġew diskussi fil-bidu ta’ din it-taqsima. Kif imsemmi fil-punt (32) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, id-daqs u l-importanza relattiva tal-bank fis-suq jew fis-swieq tiegħu wkoll għandhom rwol. Jekk il-bank ristrutturat illimita l-preżenza fis-suq, huwa improbabbli li miżuri addizzjonali jkunu meħtieġa. Għalhekk, il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex l-għajnuna tiġi dikjarata bħala kumpatibbli huma relatati l-aktar mas-servizzi bankarji għall-konsumatur u privati għaliex il-kumpanija diġà naqset sostanzjalment il-preżenza tagħha fis-servizzi bankarji kummerċjali permezz tad-divestiment ta’ New HBU. |
|
(324) |
L-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata bħala kumpatibbli mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar sakemm ABN AMRO Group jimplimenta l-miżuri deskritti fil-punti (325) sa (329). |
|
(325) |
Fis-servizzi bankarji għall-konsumatur u privati, l-għajnuna tista’ tiġi dikjarata bħala kumpatibbli sakemm ABN AMRO Group ma jkunx mexxej fil-prezzijiet għal prodotti ta’ tfaddil u ipotekarji standardizzati. Konformi mal-punt (44) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, ABN AMRO Group ma għandux joffri kundizzjonijiet tas-suq li ma jistgħux jitqabblu minn kompetituri li ma rċevewx għajnuna. |
|
(326) |
Minħabba li l-projbizzjoni tat-tmexxija fil-prezzijiet tista’ tkun anqas effettiva fis-segmenti li għandhom ħafna prodotti mhux standardizzati bħas-servizzi bankarji privati fil-Pajjiżi l-Baxxi fejn kien hemm ilment speċifiku, hija meħtieġa kundizzjoni addizzjonali li hija konformi mal-punt (44) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar sabiex tiddikjara l-għajnuna kumpatibbli. ABN AMRO Group għandu jipprova jikseb id-dħul mill-imgħax nett kif ippreżentat lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Novembru 2010. ABN AMRO Group għalhekk għandu jieħu azzjoni xierqa malli jara li qed jonqos milli jilħaq il-projezzjonijiet tiegħu, speċjalment meta dan tal-aħħar huwa minħabba marġini ta’ imgħax baxxi. |
|
(327) |
Minħabba li projbizzjoni fuq it-tmexxija fil-prezzijiet hija diffiċli biex tiġi implimentata u monitorjata fis-servizzi bankarji privati, huwa neċessarju li jiġu implimentati rimedji oħra xierqa sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva, bħal miżuri li jiffavorixxu d-dħul, kif deskritt fil-punt (44) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. F’dak ir-rigward, kundizzjoni neċessarja biex l-għajnuna tiġi dikjarata bħala kumpatibbli hija li ABN AMRO Group jimplimenta miżura li tiffaċilita l-bdil tal-fornitur tas-servizz. B’mod konkret, ABN AMRO Group għandu jkopri l-ispejjeż proprja amministrattivi, ta’ trasferiment u tat-tranżazzjonijiet għall-klijenti tiegħu ta’ Private Banking NL, li huma l-konsegwenza diretta tat-tmiem tar-relazzjoni bankarja privata u tat-trasferiment tal-portafolli (126). Dik il-miżura għandha tapplika matul perjodu ta’ xahrejn konsekuttivi, li jibda’ malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn fi żmien sena wara d-data tad-Deċiżjoni. Malli jibda’ l-perjodu ta’ xahrejn, il-Bank għandu jinforma lill-klijenti tas-servizzi bankarji privati tiegħu b’mod mhux ambigwu tal-possibbiltà offruta lilhom. ABN AMRO Group għandu jipprovdi wkoll evidenza lill-Kummissjoni li t-trasferimenti tal-klijenti jkunu qed jitwettqu skont il-proċeduri normali u li ma jkunx hemm dewmien fil-proċess ta’ trasferiment tal-klijenti. |
|
(328) |
Jekk il-miżuri li jillimitaw id-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari l-miżuri speċifiċi fis-servizzi bankarji għall-konsumatur u privati jiġu implimentati b’mod korrett, dawn għandhom jindirizzaw ukoll b’mod suffiċjenti l-kwistjonijiet imqajjma bl-ilment. Meta kienet qed tinvestiga dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni sabet li ABN AMRO kienet qed tipprezza ċerti prodotti temporanjament għal telf iżda li dik il-politika tal-ipprezzar seħħet f’ambjent b’likwidità limitata fejn il-banek kollha kienu qed jikkompetu b’mod aggressiv għat-tfaddil, filwaqt li kien hemm ukoll il-kuntest speċifiku tal-bidu ta’ MoneYou (li t-tnedija tagħha ġiet deċiża qabel il-falliment ta’ Fortis SA/NV). |
|
(329) |
Il-punt (44) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar isemmi wkoll li l-banek ma jistgħux jużaw is-sostenn mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta jikkummerċjalizzaw l-offerti finanzjarji tagħhom. Għalhekk, kundizzjoni biex l-għajnuna tiġi dikjarata bħala kumpatibbli hija li ABN AMRO Group ma jużax l-għajnuna mill-Istat fil-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni mal-investituri tiegħu, għal perjodu ta’ tliet snin. Dawk il-projbizzjonijiet għandhom jestendu sa perjodu ta’ ħames snin sakemm l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jibqa’ jkollu sehem ta’ mill-anqas 50 % f’ABN AMRO Group. |
|
(330) |
Mill-persepettiva ta’ distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis b’mod pożittiv id-divestmenti ta’ PFS u Intertrust. Id-disponiment ta’ PFS inaqqas l-attrazzjoni tal-kumpanija għal klijenti istituzzjonali, filwaqt li Intertrust ipprovdiet fost affarijiet oħra servizzi li jistgħu jagħmlu l-franchise bankarja privata aktar b’saħħitha. Bħala riżultat, il-bejgħ tagħha jista’ jagħmilha aktar faċli għall-kompetituri biex itejbu l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom kontra dik ta’ ABN AMRO Mees Pierson. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-fatt li parti mill-għajnuna tħallset lura jikkontribwixxi biex jillimita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tħares ukoll b’mod favorevoli lejn il-politika tad-dividends kif deskritta fil-premessa 75. |
6.3.4. Konklużjoni
|
(331) |
Għalhekk, jekk il-kundizzjonijiet kollha deskritti fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3 jiġu implimentati korrettament, il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 aġġornat bil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010 jipprovdi biżżejjed evidenza li l-vijabbiltà fit-tul ta’ ABN AMRO Group ġiet restawrata. Il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 aġġornat bil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010 jipprovdi biżżejjed qsim tal-piżijiet u fih miżuri adegwati li jillimitaw id-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tiddikjara b’mod kundizzjonali li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 kif aġġornat bil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010 huwa konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7. KONKLUŻJONI
Il-Kummissjoni ssib li l-Pajjiżi l-Baxxi implimentaw b’mod illegali l-għajnuna mill-Istat elenkata fit-Taqsima 6.1.3 “Kwantifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat” bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, dik l-għajnuna tista’ tinstab li hija kumpatibbli jekk jiġu implimentati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3 u deskritti f’aktar dettall fil-parti operattiva ta’ din id-Deċiżjoni.
Il-Kummissjoni tinnota li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi aċċetta b’mod eċċezzjonali li jirċievi t-test ta’ din id-Deċiżjoni bl-Ingliż biss.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat ipprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ABN AMRO Group hija kumpatibbli mas-suq intern, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 9.
Dik l-għajnuna mill-Istat ingħatat kif ġej:
|
— |
għajnuna fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni li tiswa bejn EUR 4,2 biljun u EUR 5,45 biljun rispettivament favur FBN u ABN AMRO N, u |
|
— |
EUR 71,7 biljun ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità. |
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“ABN AMRO Group” tfisser ABN AMRO Group u s-sussidjarji diretti jew indiretti posseduti kompletament minnu, inkluż l-entitajiet li fihom ABN AMRO Group għandu l-uniku kontroll skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”) (127). |
|
(b) |
“tikklassifika l-ewwel” tfisser li toffri l-prezz l-iżjed attraenti. |
|
(ċ) |
“klijenti konsumaturi” tfisser il-klijenti kollha individwali (għall-kuntrarju tal-klijenti korporattivi). |
|
(d) |
“prodotti standardizzati ta’ tfaddil u depożitu għall-konsumaturi” tfisser il-prodotti kollha standardizzati għall-konsumaturi u ta’ depożitu li jkopru fi kwalunkwe żmien mill-anqas 85 % fil-volum tal-prodotti ta’ ABN AMRO Group fis-suq ta’ tfaddil u depożiti għall-konsumaturi. |
|
(e) |
“prodotti ipotekarji standardizzati” tfisser il-prodotti kollha standardizzati għall-konsumatur u ta’ depożitu li jkopru fi kwalunkwe żmien mill-anqas 85 % fil-volum tal-prodotti ta’ ABN AMRO Group f’ipoteki. |
|
(f) |
Private Banking NL tfisser il-klijenti kollha ta’ BU Private Banking minbarra dawk li huma parti minn Private Banking International (128) |
Artikolu 3
1. Fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni, ABN AMRO Group ma għandux jikklassifika l-ewwel fir-rigward tal-prodotti standardizzati ta’ tfaddil u depożitu għall-konsumaturi għall-klijenti konsumaturi fost il- […] istituzzjoni finanzjarja li għandhom l-akbar sehem mis-suq fil-volum fuq is-suq tat-tfaddil għall-konsumaturi Olandiż fi kwalunkwe mis-segmenti li ġejjin:
|
— |
kontijiet ta’ tfaddil; |
|
— |
depożiti għal perjodu fiss b’perjodu ta’ sena; |
|
— |
depożiti għal perjodu fiss b’perjodu ta’ sentejn; |
|
— |
depożiti għal perjodu fiss b’perjodu ta’ 3 snin; |
|
— |
depożiti għal perjodu fiss b’perjodu ta’ 4 snin; u |
|
— |
depożiti għal perjodu fiss b’perjodu ta’ 5 snin. |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn tliet istituzzjonijiet finanzjarji flimkien jikklassifikaw l-ewwel fost il- […] istituzzjoni finanzjarja li għandhom l-akbar sehem mis-suq fil-volum fuq is-suq tat-tfaddil għall-konsumaturi Olandiż, ABN AMRO Group jista’ jqabbel ir-rata ta’ dawk it-tliet istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-prodotti standardizzati fis-segment korrispondenti.
2. Fin-nuqqas tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni, ABN AMRO Group ma għandux jikklassifika l-ewwel fir-rigward ta’ kwalunkwe tip standardizzat ta’ ipoteka fost il- […] istituzzjoni finanzjarja li għandhom l-akbar sehem mis-suq fuq is-suq ipotekarju għall-konsumaturi Olandiż.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn tliet istituzzjonijiet finanzjarji flimkien jikklassifikaw l-ewwel fost il- […] istituzzjoni finanzjarja li għandhom l-akbar sehem mis-suq fil-volum fuq is-suq tat-tfaddil għall-konsumaturi Olandiż, ABN AMRO Group jista’ jqabbel ir-rata ta’ dawk it-tliet istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tat-tip standardizzat ta’ ipoteka korrispondenti.
3. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafi 1 u 2, ABN AMRO Group għandu fuq bażi permanenti, u mill-anqas kull ġimgħa, jissorvelja l-kundizzjonijiet offruti mill- […] istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra li għandhom l-akbar sehem fil-volum fuq is-swieq tat-tfaddil Olandiżi rispettivi, safejn dawn il-kundizzjonijiet huma disponibbli fid-dominju pubbliku. Jekk iċ-ċifri ta’ kwalunkwe minn dawk il-[…] istituzzjoni finanzjarja l-oħra ma jkunux disponibbli pubblikament, dawn għandhom jiġu sostitwiti biċ-ċifri tal-akbar istituzzjonijiet finanzjarji li jmiss mill-klassifikazzjoni tas-sehem mis-suq.
Malli ABN AMRO Group jiskopri li qed joffri prezz aktar favorevoli għal kwalunkwe mill-prodotti tiegħu minn dak il-prezz li huwa permess li joffri abbażi tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, ABN AMRO Group għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni. Dan għandu jaġġusta immedjatament il-prezz tal-prodotti u jimplimenta l-aġġustament tal-prezz malajr kemm jista’ jkun.
Fir-rigward tal-prodotti ta’ tfaddil u ta’ depożitu għall-konsumaturi, ABN AMRO Group għandu jimplimenta l-aġġustament mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha jinnota l-varjazzjoni fil-kundizzjoni. Madankollu, jekk il-varjazzjoni tikkonċerna prodotti li għalihom il-prezz jista’ jiġi emendat biss fl-aħħar tax-xahar u jkun hemm anqas minn għaxart ijiem tax-xogħol bejn iż-żmien meta l-varjazzjoni tkun ġiet innotata u t-tmiem tax-xahar, ABN AMRO Group għandu jimplimenta l-aġġustament mal-ewwel opportunità mit-tmiem tax-xahar sussegwenti.
Fir-rigward tal-ipoteki, ABN AMRO Group għandu jaġġusta l-ipprezzar tiegħu fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha jkun innota l-varjazzjoni fil-kundizzjoni u l-aġġustament għandu jiġi implimentat mhux aktar tard minn ħmistax-il jum tax-xogħol mid-data li fiha l-varjazzjoni mill-kundizzjoni tkun ġiet innotata.
4. Il-kundizzjoni kif stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika għal tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni. ABN AMRO Group għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport dwar il-konformtià mal-kundizzjoni fuq bażi trimestrali u mill-anqas fi żmien ġimgħatejn mill-pubblikazzjoni tar-riżultati finanzjarji trimestrali ta’ ABN AMRO Group.
Artikolu 4
1. ABN AMRO Group għandu jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex jikseb il-projezzjonijiet (inkluż id-dħul mill-imgħax nett) sottomessi lill-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009, kif aġġornat bil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010. Il-projezzjonijiet ta’ Novembru 2010 għandhom jinkisbu, fil-livell konsolidat ta’ ABN AMRO Group.
ABN AMRO Group għandu jirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi trimestrali fejn jagħti d-diżaggregazzjoni tal-projezzjonijiet u ċ-ċifri attwali (inkluż id-dħul mill-imgħax nett) fil-livell tal-erba’ segmenti definiti fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Diċembru 2009 u l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Novembru 2010: jiġifieri, Retail Banking, Private Banking NL, Private Banking International, Commercial & Merchant Banking.
ABN AMRO Group jista’ jissottometti talba mmotivata lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-projezzjonijiet tagħha (inkluż id-dħul mill-imgħax nett) sabiex tikkunsidra l-iżviluppi esterni.
2. ABN AMRO Group għandu jipprovdi diżaggregazzjoni tal-projezzjonijiet tad-dħul mill-imgħax nett f’volumi u marġini fuq livell konsolidat u fil-livell tas-servizzi bankarji privati.
ABN AMRO Group għandu jirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi trimestrali, u mill-anqas fi żmien ġimgħatejn wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat finanzjarji trimestrali tiegħu, fejn jistabbilixxi jekk id-dħul mill-imgħax nett miksub fil-livell konsolidat huwiex konformi mal-projezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dak ir-rapport għandu jistabbilixxi paragun tal-marġini mbassra u l-marġini attwali fil-livell konsolidat u fil-livell tas-servizzi bankarji privati.
Jekk id-dħul mill-imgħax nett miksub fil-livell konsolidat mhuwiex konformi ma’ dawk il-projezzjonijiet, ABN AMRO Group għandu jistabbilixxi f’dak ir-rapport il-miżuri meħudin sabiex jinkisbu dawk il-projezzjonijiet.
3. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. ABN AMRO Group ma għandux jakkwista l-kontroll ta’ iżjed minn [0 - 7] % ta’ kwalunkwe intrapriża.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, ABN AMRO Group jista’ jagħmel akkwiżizzjonijiet jekk il-prezz tax-xiri kumulattiv gross totali (minbarra s-suppożizzjoni jew it-trasferiment tad-debitu relatat ma’ tali akkwiżizzjonijiet) imħallas minn ABN AMRO Group għat-tali akkwiżizzjonijiet kollha matul perjodu ta’ tliet snin li jsegwu mid-data ta’ din id-Deċiżjoni huwa anqas minn EUR [0 - 600] miljun.
Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-akkwiżizzjonijiet ta’ ekwità privata minn ABN AMRO Group jekk dawn jaqblu mal-pjan tan-negozju tiegħu u mal-baġit ippjanat tad-diviżjoni tiegħu tal-“Private Equity” kif sottomessi lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ottubru 2010.
Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ishma tal-ekwità […] meħudin mid-diviżjoni ta’ ABN AMRO Group “Energy, Commodities and Transportation” bħala appoġġ tan-negozju ta’ finanzjament normali tiegħu jekk dawn jaqblu mal-pjan tan-negozju ta’ ABN AMRO Group u l-baġit ippjanat ta’ dik id-diviżjoni kif sottomessi lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Jannar 2010.
ABN AMRO Group għandu jirrapporta lill-Kummissjoni kull trimestru u mhux aktar tard minn ġimgħatejn wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati finanzjarji trimestrali tiegħu. Dak ir-rapport għandu jelenka l-akkwiżizzjonijiet attwali mid-diviżjonijiet “Private Equity” u “Energy, Commodities and Transportation”. Ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata fuq l-akkwiżizzjonijiet l-oħra ta’ ABN AMRO Group li huwa permess li jagħmel abbażi tal-ewwel subparagrafu.
3. Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika mill-anqas għal tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha l-ishma tal-Pajjiżi l-Baxxi f’ABN AMRO Group jaqgħu taħt 50 %, skont liema jiġi l-aħħar. Dik il-projbizzjoni għandha tieqaf tapplika mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.
Fil-każ li l-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tapplika għal iżjed minn tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni, il-prezz tax-xiri kumulattiv gross totali applikabbli taħt is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 2 għandu jiġi miżjud b’EUR [0-200] miljun fis-sena.
Artikolu 6
ABN AMRO Group ma għandux jippromwovi l-fatt li huwa possedut mill-Istat jew jagħmel kwalunkwe referenza għal kwalunkwe appoġġ mill-Istat li rċieva fil-komunikazzjonijiet tiegħu mal-klijenti eżistenti jew potenzjali u/jew investituri għal perjodu ta’ mill-anqas tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha s-sehem tal-Pajjiżi l-Baxxi jaqa’ taħt 50 % tal-ishma f’ABN AMRO Group, skont liema tiġi l-aħħar. Dik il-projbizzjoni għandha tieqaf tapplika mill-anqas ħames snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.
Minkejja dik il-projbizzjoni, ABN AMRO Group jista’ jirreferi għall-fatt li huwa possedut mill-Istat u għal kwalunkwe appoġġ ieħor mill-Istat li rċieva kull meta tali referenza hija meħtieġa taħt dispożizzjonijiet leġislattivi jew regolatorji applikabbli.
Artikolu 7
1. ABN AMRO Group għandu joffri lill-klijenti ta’ Private Banking NL l-opzjoni li jtemmu r-relazzjoni bankarja privata tagħhom ma’ ABN AMRO Group u li jittrasferixxu l-portafolli ta’ investiment tagħhom lil banek oħra. Dik l-offerta għandha tibqa’ valida għal perjodu ta’ xahrejn konsekuttivi (“il-perjodu rilevanti”).
Il-perjodu rilevanti għandu jibda malajr kemm jista’ jkun wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni fejn jippermetti għal (jekk meħtieġ) perjodu raġonevoli għall-preparazzjoni, u mhux aktar tard minn żmien sena wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni. ABN AMRO Group għandu jissottometti għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni data tal-bidu għall-perjodu rilevanti mill-anqas erba’ ġimgħat qabel ma l-perjodu rilevanti suppost jibda.
2. ABN AMRO Group għandu jipprovdi lill-klijenti kollha tiegħu ta’ Private Banking NL it-termini tal-offerta, deskritta fil-paragrafu 1, b’mod mhux ambigwu u mhux aktar tard mill-ewwel jum tal-perjodu rilevanti. L-informazzjoni li trid tintbagħat minn ABN AMRO Group lill-klijenti tiegħu l-ewwel trid tingħata lill-Kummissjoni mill-anqas erbgħa ġimgħat qabel dik l-informazzjoni tintbagħat lill-klijenti tiegħu.
3. ABN AMRO Group għandu jiffaċilita l-għeluq tar-relazzjonijiet bankarji privati fejn mitlub mill-klijenti, bl-użu tal-proċeduri ordinarji għall-inqas spejjeż possibbli. Jekk il-klijent jiddeċiedi li jittrasferixxi l-pożizzjoni tiegħu u/jew id-drittijiet tat-titoli (relatati), u jekk dak it-trasferiment huwa possibbli mill-perspettiva tal-bank li jirċievi t-trasferiment, ABN AMRO għandu jiffaċilita tali trasferiment. Il-klijenti għandhom ikunu informati dwar l-opzjoni li jittrasferixxu l-pożizzjonijiet minflok jillikwidawhom u għandhom ikunu informati dwar l-ispejjeż taż-żewġ opzjonijiet.
ABN AMRO Group għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi, ta’ trasferiment u tat-tranżazzjoni tiegħu li huma l-konsegwenza diretta tat-tmiem tar-relazzjoni bankarja privata u tat-trasferiment tal-portafolli (129).
ABN AMRO Group ma għandux ikun obbligat ikopri konsegwenzi finanzjarji oħra għall-klijent.
Artikolu 8
ABN AMRO Group ma għandu jħallas l-ebda kupun fuq l-istrumenti ta’ kapital tal-Livell 1 Ewlieni, tal-Livell 1 u tal-Livell 2 (inklużi strumenti ta’ kapital ibridi u ishma ta’ preferenza) maħruġin qabel id-data ta’ din id-Deċiżjoni jew jeżerċita kwalunkwe drittijiet ta’ opzjoni ta’ eżerċizzju relatati ma’ tali strumenti ta’ kapital sal-10 ta’ Marzu 2013 inkluż, sakemm ma hemmx obbligu legali li jagħmel dan.
ABN AMRO Group jista’ joħroġ strumenti ta’ kapital ġodda wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni jew iħallas kupuni fuq tali strumenti ta’ kapital ġodda, sakemm tali ħruġ jew ħlasijiet ma jirriżultawx f’obbligu li jħallas kupuni fuq l-istrumenti ta’ kapital eżistenti tiegħu stess.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, ABN AMRO Group jista’ jeżerċita l-istrument FCC (jiġifieri EUR 87,5 miljun, 6,25 % ishma ta’ preferenza tal-klassi A serje I perpetwi mingħajr dritt għall-vot u mhux kumulattivi maħruġa minn Fortis Capital Company Ltd).
Sal-10 ta’ Marzu 2013 inkluż, ABN AMRO Group għandu jħallas biss dividend fuq l-ishma ordinarji tiegħu jekk dak id-dividend jaqbeż EUR 100 miljun (130).
Artikolu 9
Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011, ABN AMRO Group għandu jħallas lill-Pajjiżi l-Baxxi rata tal-imgħax aġġustata fuq is-self identifikat fil-posta elettronika mill-Kummissjoni lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi datata l-24 ta’ Ġunju 2010. L-ammonti aġġustati bl-imgħax jammontaw għal EUR 18 152 722.
Artikolu 10
Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadu sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Olanda.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) ĠU C 124, 4.6.2009, p. 19 u ĠU C 95, 15.4.2010, p. 10.
(2) Fortis SA/NV hija magħrufa wkoll bħala Fortis Holding. L-istruttura ta’ qabel il-kriżi finanzjarja ta’ Fortis SA/NV – li hija relattivament kumplessa – hija deskritta fil-punt (6) tad-Deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008. Il-kumpanija holding Fortis SA/NV kienet ġabret flimkien l-attivitajiet bankarji tagħha fl-entità legali Fortis Bank SA/NV. Fortis Bank SA/NV min-naħa tagħha kienet is-sid, fost l-oħrajn, ta’ FBN.
(3) Hekk imsejħa “novazzjoni”, tranżazzjoni legali fejn parti għal ftehim tiġi ssostitwita minn parti ġdida u fejn it-termini l-oħra kollha tal-ftehim jibqgħu l-istess.
(*1) […] Kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali
(4) Każ ta’ Għajnuna mill-Istat NN42/08 (Be), NN46/08 (Lux), NN53a/08 (NL), ĠU C 80, 3.4.2009, p. 8.
(5) Ir-rapport tad-diliġenza jikkonsisti f’ħames volumi: 1. ABN AMRO, 2. Fortis Bank Netherlands, 3. Fortis Insurance Netherlands, 4. Fortis Corporate Insurance, 5. Subject Matter Memos.
(6) Il-kumpanija holding finanzjarja ABN AMRO Holding mexxiet in-negozju tagħha kważi kompletament permezz tas-sussidjarja posseduta kompletament minnha ABN AMRO Bank jew is-sussidjarji ta’ dik il-kumpanija stess. Għal ċart dettaljata li tiddeskrivi s-sitwazzjoni fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni minn RFS Holdings, ara ċ-ċart 1 fil-premessa 41.
(7) Imħabbar informalment diġà f’nofs Ġunju kif deskritt fil-premessa 12.
(8) Verżjoni aġġornata kienet ipprovduta fit-8 ta’ Novembru 2010 kif deskritt fil-premessa 31.
(9) ABN AMRO N biegħet żewġ entitajiet (jiġifieri New HBU u IFN) lil Deutsche Bank sabiex tirranġa l-kwistjonijiet ta’ konċentrazzjoni fuq is-suq bankarju Olandiż li rriżultaw mill-fużjoni bejn ABN AMRO N u FBN. Aktar informazzjoni dwar dan tista’ tinsab fil-premessi 44 u 45.
(10) L-hekk imsejħa ishma ta’ rintraċċar ma kellhomx status legali.
(11) RBS (38,28 %), Santander (27,91 %) u Fortis SA/NV (33,81 %).
(12) Għal aktar dettalji, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007 fil-Każ Nru M/4844 - Fortis/ABN AMRO Assets -
(13) Fit-23 ta’ Diċembru 2009, ABN AMRO Bank u Deutsche Bank iffirmaw ftehim ta’ xiri ta’ ishma għal New HBU u IFN. Il-prezz tat-tranżazzjoni ammonta għal EUR 700 miljun u t-tranżazzjoni kienet tinkludi wkoll garanzija pprovduta għal 75 % tat-telf ta’ kreditu ta’ New HBU (“credit umbrella”) sa massimu ta’ EUR 1,6 biljun.
(14) Permezz tal-ittra tas-26 ta’ Mejju 2010 lill-Kummissjoni, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ddeskriva s-sitwazzjoni ta’ governanza korporattiva ta’ ABN AMRO Z kif ġej: “Dan ifisser pereżempju, li jekk ass jinbiegħ u l-bejgħ joħloq bilanċ pożittiv ta’ kapital regolatorju, RFS Holdings tkun obbligata … tirripatrija l-bilanċ pożittiv tal-kapital lill-membri tal-konsorzju. Fil-każ ta’ telf fuq ass jew ir-rikonoxximent ta’ responsabbiltà ġdida jew miżjuda, il-membri tal-konsorzjiu għandhom ikunu obbligati jirrimedjaw kwalunkwe defiċit f’kapital regolatorju. L-ekonomija ta’ Z-share għalhekk hija posseduta direttament mill-membri tal-konsorzju.”
(15) Automated Teller Machine.
(16) L-unità ta’ “servizzi bankarji ta’ preferenza” ta’ ABN AMRO kienet timmira lejn is-segment sinjur tal-massa u kienet tinkludi klijenti b’assi likwidi ta’ iżjed minn EUR 50 000 u dħul nett fix-xahar ta’ iżjed minn EUR 5 000.
(17) Intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju
(18) L-aktar “Dħul nett mill-imgħax” u “Dħul nett mill-kummissjonijiet u t-tariffi”.
(19) L-istqarrija uffiċjali ta’ ABN AMRO dwar ir-riżultati tal-2009, datata s-26 ta’ Marzu 2010, kienet tispjega li l-ekwità fl-2009 naqset b’EUR 2,7 biljun għal EUR 4,3 biljun, paragunata mal-31 ta’ Diċembru 2008, l-aktar minħabba riallokazzjoni tal-kapital fi ħdan ABN AMRO Holding sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali għall-interess tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi f’ABN AMRO Z (ara aktar ‘il quddiem il-Miżura A).
(20) Assi peżati għar-riskju.
(21) Dik iċ-ċifra tinkludi diġà t-tnaqqis tal-RWA bħala riżultat tal-istrument ta’ serħan tal-kapital.
(22) L-istqarrija uffiċjali dwar ir-riżultati tal-2009, datata s-26 ta’ Marzu 2010, kienet tispjega li ż-żieda fil-proporzjonijiet tal-kapital (l-2009 paragunata mal-2008) kienet l-aktar minħabba l-azzjonijiet kapitali li ġejjin: “Fil-31 ta’ Awwissu 2009 il-Ministeru tal-Finanzi akkwista Titolu Konvertibbli Mandatorju tal-Livell 1 ta’ EUR 800 miljun maħruġ minn ABN AMRO Bank. Barra minn hekk f’dik id-data ftehim ta’ swap tal-inadempjenza tal-kreditu ġie ffirmat mal-Ministeru tal-Finanzi li permezz tiegħu ABN AMRO Bank xtrat protezzjoni tal-kreditu fuq portafolli ta’ ipoteki residenzjali ta’ EUR 34,5 biljun. Fit-23 ta’ Diċembru 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi akkwista żewġ Titoli Konvertibbli Mandatorji. Titolu Konvertibbli Mandatorju ta’ EUR 967 miljun inħareġ f’Diċembru 2009 għall-benefiċċju ta’ ABN AMRO Bank ta’ qabel. Titolu Konvertibbli Mandatorju ta’ EUR 833 miljun inħareġ direttament minn ABN AMRO II N.V. ta’ dak iż-żmien, issa ABN AMRO Bank N.V., biex ikopri t-telf fir-rigward tad-disponiment tan-negozju ta’ Rimedju tal-KE. Dan l-istrument jikklassifika bħala kapital regolatorju minn Jannar 2010. Il-konverżjoni tat-tliet Titoli Konvertibbli Mandatorji wara s-separazzjoni legali se tirriżulta f’żieda tal-kapital tal-ishma fl-ammont ta’ EUR 2,6 biljun.”
(23) Id-dħul nett mill-imgħax waqa’ minn EUR 3 223 miljun (2008) għal EUR 2 994 miljun (2009) l-aktar minħabba l-pressjoni tal-marġini tal-imgħax fl-ewwel nofs tal-2009. Id-dħul mhux mill-imgħax naqas b’EUR 61 miljun jew 3 % għal EUR 1 905 miljun u l-indeboliment tas-self żdied minn EUR 776 miljun fl-2008 għal EUR 1 172 miljun fl-2009 (sors: stqarrija uffiċjali dwar ir-riżultat tas-sena fiskali 2009 tas-26 ta’ Marzu 2010).
(24) […].
(25) Mill-1 ta’ Jannar 2013 u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, id-dividend għandu jiġi kkalkulat u stabbilit mill-ġdid bħala: rata ta’ imgħax ta’ referenza + firxa, bir-rata tal-imgħax ta’ referenza ugwali għal swap tar-rata tal-imgħax denominata f’Euro ta’ 5 snin + firxa li tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti dak iż-żmien.
(26) “Investment banking” kienet tinkludi fost affarijiet oħra s-self tan-negozju, il-finanzjament ta’ proprjetà immobbli, il-finanzjament tal-akkwiżizzjonijiet u tal-ingranaġġ, il-finanzjament konsultattiv u strutturat u l-ekwità.
(27) “Specialised financial services” kienet tinkludi fost affarijiet oħra l-fatturament, is-servizzi tal-kummerċ u l-ġestjoni tal-fluss tal-flus u tal-kapital li jdur.
(28) “Global Markets & Institutional Banking” kienet tinkludi fost affarijiet oħra l-Forex, is-swieq monetarji, l-ekwità, id-dħul fiss u l-finanzjament tat-titoli.
(29) “Clearing Funds & Custody” kienet tinkludi fost affarijiet oħra s-senserija, l-ikklerjar u l-kustodja kif ukoll Prime Fund Solutions (“PFS”) (amministrazzjoni ta’ fondi, finanzjament tranżitorju/ta’ ingranaġġ u servizzi bankarji għall-fondi ħeġġ).
(30) Il-kontijiet tal-2008 diġà kienu kkunsidraw il-bejgħ ta’ ABN AMRO N lill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi.
(31) Id-dħul normalizzat fuq l-ekwità jeskludi l-elementi eċċezzjonali.
(32) Basel II b’limitu Basel I ta’ 80 %.
(33) FBN ma kellhiex espożizzjoni diretta għall-frodi ta’ Madoff iżda kienet esposta għal finanzjament ta’ ingranaġġ kollateralizzat ipprovdut lil ċerti fondi ħeġġ li kienu investew fil-kontijiet ġestiti minn Madoff.
(34) Id-dħul nett waqa’ minn EUR 1 584 miljun fl-2008 għal EUR 1 150 miljun fl-2009 minħabba spejjeż ta’ finanzjament ogħla għat-tfaddil u d-debitu maħruġ, filwaqt li l-kummissjonijiet netti u d-dħul mit-tariffi waqgħu uk<om>oll (EUR 724 miljun fl-2009 ‘l isfel minn EUR 823 miljun fl-2008). Filwaqt li l-ispejjeż totali naqsu minn EUR 2 010 miljun fl-2008 għal EUR 1 827 miljun fl-2009, l-indeboliment naqas minn EUR 331 miljun fl-2008 għal EUR 412 miljun fl-2009. Elementi oħra li influwenzaw ir-riżultati kienu l-profitt mill-bejgħ ta’ Intertrust (EUR 81 miljun), provvedimenti relatati mal-falliment tal-bank Olandiż DSB (EUR 15 miljun) u l-ispejjeż tas-separazzjoni u l-integrazzjoni (EUR 66 miljun).
(35) Status fl-aħħar tat-tielet trimestru tal-2010 (sors: stqarrija uffiċjali tad-19 ta’ Novembru 2010).
(36) Standards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju.
(37) Ara l-paġna 14 tal-Pjan ta’ Ristrutturizzazzjoni tal-4 ta’ Diċembru 2009, ibbażat fuq iċ-ċifri ta’ Milward Brown/Teletrack.
(38) “L-attivitajiet bankarji ta’ preferenza” jimmiraw lejn is-segment sinjur tal-massa inklużi familji bi dħul annwali ogħla minn EUR 50 000 u/jew assi disponibbli bejn EUR 50 000 u EUR 1 miljun.
(39) Ara l-paġna 15 tal-Pjan ta’ Ristrutturar tal-4 ta’ Diċembru 2009, ibbażat fuq iċ-ċifri tal-assi ġestiti (“AUM” – assets under management) minn fost oħrajn id-Database tal-Ġestjoni tal-Ġid ta’ BCG tal-2007.
(40) Dik iċ-ċifra tas-sehem tas-suq diġà tikkunsidra d-divestiment ta’ New HBU u IFN; ara l-paġna 16 tal-Pjan ta’ Ristrutturizzazzjoni tal-4 ta’ Diċembru 2009, ibbażat fuq TNS/NIPO/Financial Monitor for Commercial Banking and Corporate Clients.
(41) BGL huwa wieħed mill-akbar banek fil-Lussemburgu u kien kumpanija affiljata ta’ FBN f’Fortis SA/NV. BGL sar membru ta’ BNP Paribas Group f’Mejju 2009.
(42) Il-Pjan ta’ Ristrutturar tal-2009 kien nieqes minn informazzjoni essenzjali bħall-projezzjonijiet finanzjarji għall-agħar sitwazzjoni possibbli. L-informazzjoni nieqsa ngħatat fit-23 ta’ Marzu 2010.
(43) Madwar [65 - 95] % tad-dħul operattiv se jiġi mill-Pajjiżi l-Baxxi.
(44) Ir-Redditu fuq l-Ekwità huwa l-ammont ta’ dħul nett li jirritorna bħala perċentwal tal-interess tal-azzjonisti.
(45) “S” tfisser “Stima”.
(46) Offerta Inizjali għall-Pubbliku jew l-ewwel bejgħ ta’ kumpanija lill-pubbliku. Wara IPO, l-ishma ta’ kumpanija jiġu elenkati fil-Borża pubblika.
(47) http://www.rijksoverheid.nl/nieuws/2011/01/24/exitbeleid-financiele-deelnemingen.html
(48) Il-karatteristiċi kollha kuntrattwali tal-kuntratti tas-self eżistenti baqgħu l-istess, minbarra għall-isem tal-mutwanti.
(49) Eonia® (Euro OverNight Index Average) hija rata immedjata effettiva maħduma bħala l-medja peżata tat-tranżazzjonijiet kollha ta’ self mhux sigur immedjat fis-suq interbankarju, li jibda fiż-żona tal-euro mill-banek tal-panel kontributorji.
(50) Euribor® (Euro Interbank Offered Rate) hija r-rata li biha d-depożiti temporanji interbankarji f’euro jiġu offruti minn bank primarju wieħed lil ieħor fi ħdan iż-żona tal-Unjoni Monetarja Ewropea.
(51) Id-data li fiha d-debitu jkun wasal għall-ħlas.
(52) Fil-bidu ta’ Novembru 2009, il-faċilità tal-likwidità kienet għadha tammonta għal EUR 45 biljun (EUR 5 biljun immedjatament u EUR 40 biljun bħala likwidità fuq perjodu itwal). Iżda mill-14 ta’ Novembru 2008 ‘il quddiem, il-faċilità tnaqqset għal EUR 39 biljun (xorta EUR 5 biljun immedjatament iżda biss EUR 34 biljun bħala likwidità fuq perjodu itwal).
(53) Pereżempju, f’Marzu 2009, il-faċilità ta’ likwidità massima amontat għal EUR 34 biljun bl-ewwel 24 biljun disponibbli għal EURIBOR + 25 punt ta’ bażi u l-bqija ta’ EUR 10 biljun għal EURIBOR + 50 punt ta’ bażi.
(54) Dak l-ammont kien jinkludi EUR 4,9 biljun ta’ self tal-Livell 2 (li minnu EUR 3 biljun kien tal-Livell 2 ta’ fuq) u EUR 1,6 biljun ta’ kreditu preferenzjali.
(55) ĠU C 95, 15.4.2010, p. 10
(56) Aktar dettalji dwar dik il-miżura jinstabu fl-Artikolu 2.2.1 tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010, ĠU C 95, 15.4.2010, p. 10.
(57) Kif kien indikat ukoll fil-15 ta’ Ottubru 2010 fl-ittra uffiċjali tal-Ministru tal-Finanzi Olandiż lill-Parlament Olandiż: https://zoek.officielebekendmakingen.nl/kst-31789-40.html.
(58) Il-karatteristiċi kuntrattwali tal-MCS kienu jimplikaw li jekk il-problemi kapitali feġġew qabel is-separazzjoni, l-MCS kienu jikkonvertu f’Titoli Modifikati Mhux Kumulattivi, l-unika differenza bit-titoli oriġinali tkun li l-pagamenti tal-kupuni ma kinux jibqgħu kumulattivi. Taħt l-IFRS, it-Titoli Modifikati Mhux Kumulattivi kienu jikkwalifikaw bħala ekwità.
(59) L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika fil-Komunikazzjoni tiegħu lill-Parlament tad-19 ta’ Novembru 2009 (paġna 10 ta’ http://www.rijksoverheid.nl/documenten-en-publicaties/kamerstukken/2009/11/20/ec-remedy-en-herkapitalisatie-abn-amro-en-fortis-bank-nederland.html) li l-impatt totali tal-kapital negattiv ta’ EUR 470 miljun kien ir-riżultat tad-differenza negattiva bejn il-prezz tat-tranżazzjoni u l-valur skont il-kotba (jiġifieri. 180 miljun EUR) u l-ispejjeż ta’ kreditu ġenerali (credit umbrella) lil Deutsche Bank (jiġifieri. 740 miljun EUR), parzjalment kumpensati mis-serħan ta’ kapital tal-RWA trasferiti (jiġifieri 450 miljun EUR). L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega f’dak id-dokument li l-impatt totali fuq il-kapital għandu jonqos gradwalment (l-aktar għaliex il-portafoll tas-self protett taħt il-kreditu ġenerali se jimmatura). L-impatt fuq il-kapital wara sena għandu jkun biss ta’ EUR 180 miljun (minflok l-EUR 470 miljun fiż-żmien tat-tranżazzjoni).
(60) Meta l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi pprovda kapital fil-forma ta’ MCS (il-Miżuri B1 sa B5) wara s-separazzjoni ta’ ABN AMRO II, dan ikkonverta immedjatament l-MCS f’ishma, li għamluh de facto kontribuzzjoni ta’ kapital fi flus.
(61) F’ittra datata 17 ta’ Diċembru 2009 u rreġistrata fil-5 ta’ Jannar 2010, id-DNB kiteb lill-Kummissjoni li kien informa lil FBN fit-3 ta’ Settembru 2009 dwar ir-riżultati tar-“Rieżami Superviżorju u Proċess ta’ Evalwazzjoni tal-2009”. Id-DNB iddeċieda […] – li FBN kellha defiċit kapitali tal-Livell 1 ta’ EUR 1,26 biljun mill-31 ta’ Diċembru 2008. Simultanjament, id-DNB stabbilixxa wkoll il-proporzjon minimu tal-Livell 1 ta’ FBN bħala […] %.
(62) Fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ħa f’idejh aktar minn EUR 16,1 biljun ta’ dejn ta’ FBN fuq perjodu twil (il-Miżura Y2). Is-self tal-Livell 2 niżel minn EUR 8,15 biljun fil-bidu għal EUR 1,9 biljun (naqas b’EUR 4,9 biljun minħabba l-Miżura Z u naqas b’1,35 biljun minħabba l-Miżura C). Il-kreditu preferenzjali naqas minn EUR 7,95 biljun għal EUR 5,95 biljun minħabba l-Miżura Z (naqas b’EUR 1,6 biljun) u anki minħabba li s-self ta’ EUR 0,4 biljun laħaq il-maturità (status fl-4 ta’ Mejju 2010).
(63) L-ipprezzar ibbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, li tista’ tinstab fuq il-weblink li ġejja: www.ecb.eu/pub/pdf/other/recommendations_on_pricing_for_recapitalisationsen.pdf
(64) Il-perjodu ta’ referenza tas-CDS huwa Jannar 2007 – Awwissu 2008.
(65) Fir-rigward tal-Miżura X, il-Kummissjoni fil-premessa 32 tad-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 indikat li filwaqt li l-Miżura X ma pprovdit ex għajnuna mill-Istat lil dawk il-banek, din kienet madankollu parti minn sett ta’ tranżazzjonijiet integrati li kien fihom għajnuna mill-Istat lil dawk il-banek.
(66) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(67) ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.
(68) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(69) Għal aktar informazzjoni ara l-premessa 60.
(70) Dan huwa illustrat ukoll mill-proporzjon baxx ta’ self għal depożitu tal-kwerelant, li dak iż-żmien tal-ilment kien ta’ madwar 110 %.
(71) Iċ-ċifri ta’ profitt nett ta’ Van Lanschot kienu ta’ EUR 215,4 miljun, EUR 30,1 miljun u EUR 14,8 miljun fl-2007, 2008 u 2009 rispettivament. Fl-ewwel nofs tal-2010, il-kumpanija rrappurtat profit nett ta’ EUR 20,3 miljun.
(72) L-istqarrijiet uffiċjali ta’ ABN AMRO tal-25 ta’ Mejju 2009 u s-26 ta’ Awwissu 2009 dwar ir-riżultati ta’ 1Q09 u 2Q09 u l-istqarrija uffiċjali ta’ FBN tal-20 ta’ Awwissu 2009 dwar ir-riżultati ta’ 1H09.
(73) Risposta tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009, 11 ta’ Awwissu 2009, paġna 6.
(74) Fl-ittra tiegħu tal-15 ta’ Mejju 2009, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika li s-sistema ta’ pprezzar tiegħu kellha l-għan “li tipprevjeni diverġenza eċċessiva bejn il-prezzijiet għas-self lil FBN u l-prezzijiet mitluba lill-banek għall-provvista ta’ garanzija taħt l-Iskema ta’ Garanzija”.
(75) L-estratti rilevanti mill-prospektus tas-self għal imgħax fiss jaqra kif ġej: “L-ammont total dovut tas-self …. għandu jkun dovut u pagabbli minnufih mal-Ewwel talba ….jekk kwalunkwe mill-avvenimenti li ġejjin kellhom iseħħu: d) jekk tiġi sottomessa petizzjoni jew issir ordni jew tgħaddi riżoluzzjoni effettiva għat-tħollija tal-mutwatarju,… jew jekk il-mutwatarju ma jkomplix bin-negozju tiegħu, jew jekk l-ishma fil-mutwatarju jiġu ttrasferiti jew kunsinjati lil kwalunkwe parti terza jew il-kontroll fuq il-mutwatarju jkun b’mod ieħor tgħadda lil kwalunkwe parti terza;” (sors: ittra tal-awtoritajiet Olandiżi tal-15 ta’ Mejju 2009 paġna 4) (enfasi mill-Kummissjoni). Kien hemm EUR 7,9 biljun ta’ self b’imgħax fiss, minn ammont totali ta’ self fuq perjodu twil ta’ EUR 16,1 biljun.
(76) Paġna 7 tar-risposta tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-11 ta’ Awwissu 2009 fuq id-Deċiżjoni tat-8 ta’ April 2009 taqra kif ġej: “L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi ssostitwixxa biss lil Fortis Bank SA/NV f’kuntratt li (kif intqal diġà) ġie konkluż bejn żewġ partijiet tas-suq. Għaldaqstant it-tariffi tal-kuntratt huma konformi mar-rati tas-suq. Mhuwiex ċar għalfejn għandu jintwera li dawn it-tariffi setgħu kienu ogħla jew li l-maturitajiet setgħu kienu iqsar, għaliex il-kundizzjonijiet kurrenti diġà huma konformi mal-prattika tas-suq.” (test oriġinali fl-Olandiż, traduzzjoni mill-Kummissjoni).
(77) Fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008, l-espert tal-valutazzjoni estern tal-Istat applika skont fuq il-qligħ annwalizzat tal-kumpaniji konċernati ta’ 20 %.
(78) http://www.ageas.com/Documents/FR_ER_27012009.pdf.
(79) Il-valur pari huwa ugwali għall-valur nominali jew dak stampat ta’ titolu. Bond li jinbiegħ għall-valur pari jiswa ammont li huwa ekwivalenti għall-valur tiegħu mal-fidwa mal-maturità – tipikament EUR 1 000 għal kull bond.
(80) […]
(81) […]
(82) Ara wkoll il-premessi 121 u 122 u n-nota f’qiegħ il-paġna 52.
(83) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(84) ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.
(85) Jum wieħed wara d-Deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2010.
(86) ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.
(87) Ir-rapport ta’ Fitch tat-2 ta’ Frar 2010 dwar l-ipoteki Olandiżi jindika li “Il-portafolli ipotekarji fil-Pajjiżi l-Baxxi esperjenzaw telf negliġibbli u livelli baxxi ta’ delinkwenza paragunati mal-maġġoranza tal-pajjiżi l-oħra Ewropej. Fil-preżent il-Pajjiżi l-Baxxi għandu waħda mir-rati ta’ qbid tas-self u ta’ telf l-aktar baxxi fl-Ewropa”.
(88) Skont l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-NPV tas-sinerġiji netti (jiġifieri s-sinerġiji gross ta’ EUR 1,1 biljun fis-sena qabel it-taxxi nieqes l-ispejjeż tal-integrazzjoni ta’ EUR 1,2 biljun wara t-taxxa) se jammonta għal EUR 4 biljun, filwaqt li l-ispejjeż tar-Rimedju ta’ Fużjoni jiswew madwar EUR 1,12 biljun. Bħala riżultat, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jistma li l-fużjoni għandu jkollha NPV pożittiv ta’ madwar EUR 2,88 biljun.
(89) Ara wkoll il-premessa 60.
(90) Dividend pusher jeħtieġ li l-emittent iħallas il-kupuni tiegħu fuq ibridi jekk ikun ħallas dividends fuq l-ishma ordinarji tiegħu, b’konformità mal-pożizzjoni tas-subordinazzjoni tal-istruttura kapitali tiegħu. Dividend stopper jipprevjeni lill-emittent milli jħallas dividends fi kwalunkwe perjodu li fih l-emittenti ma jħallasx lid-detenturi tal-ibridi.
(91) Aktar ‘il quddiem, ABN AMRO Group u l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi qablu li l-politika tad-dividends ta’ ABN AMRO Group għandha tkun ibbażata fuq proporzjon ta’ ħlas ta’ dividends ta’ 40 % kif deskritt fil-premessa 75.
(92) L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi u ABN AMRO N jinkludu fil-lista tal-pari tagħhom tal-1 ta’ Settembru 2008: […].
(93) L-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi u ABN AMRO N jirreferu f’dan ir-rigward għal SNS, DSB u assiguraturi bħal Aegon.
(94) Il-metodoloġija ta’ replikazzjoni tal-portafoll hija bbażata fuq mudell li jirrifletti kemm idumu jinżammu bħala medja d-depożiti u t-tfaddil fil-bank. Il-metodoloġija hija bbażata fuq it-tendenzi storiċi tad-depożiti u t-tħassir u hija aġġornata kontinwament. L-applikazzjoni ta’ dik il-metodoloġija tippresupponi depożiti u tfaddil fuq perjodu qasir li jiġu investiti mill-bank f’portafoll virtwali li jikkonsisti minn depożiti fuq perjodu qasir iżda wkoll investimenti għal perjodi itwal. Il-metodu jirriżulta f’marġini ta’ tfaddil li ma jiddependix biss fuq ir-rati EURIBOR iżda wkoll fuq ir-redditu ta’ investimenti għal perjodi itwal fuq bażi ta’ perjodi itwal.
(96) Fil-Komunikazzjoni tiegħu lill-Parlament tal-Pajjiżi l-Baxxi tas-6 ta’ Ottubru 2008, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi indika hu stess li kien evalwa opzjonijiet oħra bħall-bejgħ ta’ FBN u/jew ABN AMRO N – jew partijiet ta’ dawn il-kumpaniji – lil xerrej b’saħħtu, iżda kien ikkonkluda li minħabba ċ-ċirkostanzi tas-suq u n-notifika qasira, dawn l-opzjonijiet me kinux fattibbli u ma kinux biżżejjed biex jippreżervaw l-istabbiltà ta’ FBN u ABN AMRO N.
Ara t-test sħiħ fuq: http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/kredietcrisis/documenten-en-publicaties/kamerstukken/2009/03/10/staatsdeelnemingen-fortis-en-abn-amro.html.
(97) Dik l-evalwazzjoni hija kkonfermata permezz tal-kummenti tal-Ministru tal-Finanzi Olandiż li konsistentement argumenta li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi intervjena primarjament għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Huwa qal ukoll li ma kienx l-għan ewlieni tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi li jirkupra l-investiment tiegħu, iżda biss l-ambizzjoni tiegħu.
(98) Barra minn hekk FBN indikat fil-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha għall-investituri debituri, li s-sjieda tal-Istat kienet element favorevoli li “tagħti kunfidenza lid-depożituri u lill-kredituri”; Preżentazzjoni waqt Roadshow ta’ April 2009 paġna 3, il-punt ta’ qabel tal-aħħar; Preżentazzjoni waqt Roadshow ta’ Ġunju 2009 (Pariġi), paġna 3, il-punt ta’ qabel tal-aħħar; Preżentazzjoni waqt Roadshow ta’ Lulju 2009 (Madrid), paġna 3, il-punt ta’ qabel tal-aħħar (kollha disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-kumpanija: http://www.abnAMRO.com/en/investor-relations/latest-presentations/index.html).
(99) Bħala paragun, fl-aħħar tal-2008 l-assi totali ta’ FBN ammontaw għal EUR 185 biljun, għalhekk il-faċilità ta’ likwidità kienet tirrapreżenta madwar 25 % tal-karta tal-bilanċ totali.
(100) FBN ħarġet strumenti garantiti mill-Istat għal ammont totali ta’ EUR 18,8 biljun.
(101) Kawża T-11/95 BP Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-3235.
(102) Ara wkoll kawżi bankarji oħra bħal Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, p. 38 u l-Bank of Ireland, ĠUKE C 40, 9.2.2011, p. 9.
(103) Fl-aħħar tal-2008, il-proporzjon tas-self għal depożitu ta’ FBN kien ta’ 237 %.
(104) Il-parteċipazzjoni xorta ammontat għal madwar EUR 24 biljun.
(105) Ara pereżempju l-kummenti ta’ […] kif ukoll il-kummenti tal-Ministru tal-Finanzi f’ittra lill-Parlament tal-Pajjiżi l-Baxxi datata d-19 ta’ Novembru 2009: “Xenarju ta’ awtonomija joħloq valur insinifikanti. FBN irnexxielha turi ċifri ta’ profitt tajbin fis-snin li għaddew iżda hija meqjusa żgħira wisq biex tikber fuq perjodu twil u tibqa’ kompetittiva. ABN AMRO II għandha sehem mis-suq kbir biżżejjed fl-attivitajiet bankarji ġenerali iżda hija nieqsa mill-klijenti kummerċjali wara s-separazzjoni.” (test oriġinali fl-Olandiż, tradott mill-Kummissjoni). It-test sħiħ huwa disponibbli fuq il-link tal-Internet li ġej: http://www.rijksoverheid.nl/documenten-en-publicaties/kamerstukken/2009/11/20/ec-remedy-en-herkapitalisatie-abn-amro-en-fortis-bank-nederland.html).
(106) Ara r-rapport dwar id-diliġenza dovuta ta’ […]: Volum 2 Fortis Bank Netherlands paġna 44 u l-volum 5 Subject Matter Memos paġna 65 u li jsegwu. Minħabba li FBN kienet poġġiet lil ABN AMRO N fil-kotba tagħha taħt “parteċipazzjonijiet meqjusa bħala ekwità”, ir-regoli dwar il-filtru ta’ prudenza kienu jeħtieġu li FBN tnaqqas il-valur ta’ ABN AMRO N mill-kapital tagħha, 50 % mill-kapital tal-Livell 2 (jekk hemm disponibbli biżżejjed kapital tal-Livell 2) u 50 % (jew iżjed fil-każ ta’ defiċit kapitali tal-Livell 2) tal-kapital tal-Livell 1 tagħha. It-tniżżil fil-valur ta’ ABN AMRO N kellu jsir mir-riservi disponibbli u b’hekk naqqas il-kapital tal-Livell 1. Permezz tat-tniżżil fil-valur u l-bejgħ immedjat tas-segment, FBN ma kellhiex bżonn tkompli tapplika l-filtru ta’ prudenza lis-segmenti meqjusa bħala ekwità fil-kapital tal-Livell 1 u tal-Livell 2 tagħha.
(107) Il-Kummissjoni tosserva li l-ebda investitur privat ma għamel offerta għal ABN AMRO N. Il-Kummissjoni saret taf li ING investigat il-fajl iżda ddeċidiet wara kunsiderazzjoni attenta li t-tranżazzjoni ma kinitx tissodisfa l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha. Il-kumpanija enfasizzat li r-responsabbiltà aħħarija tagħha hija lejn l-azzjonisti tagħha (li ovvjament hija differenza importanti paragunata mal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi, li jrid jikkunsidra wkoll l-interess pubbliku). Ara l-istqarrija uffiċjali tad-29 ta’ Settembru 2008: http://www.ing.com/group/showdoc.jsp?docid=343126_EN&menopt=prm|pre.
(108) Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq kienet ibbażata fuq żewġ approċċi ta’ valutazzjoni: analiżi minn pari tal-prezz/qligħ u approċċ ta’ dividends skontati. Iż-żewġ approċċi ta’ valutazzjoni wasslu għal valutazzjoni ta’ EUR [4 - 6,5] biljun (ara l-paġna 7 tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ […]).
(109) Ma hemm l-ebda raġuni biex jiġi miżjud il-valur ta’ ABN AMRO N bis-sinerġiji ta’ fużjoni potenzjali li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi diġà kellu mit-tranżazzjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008. Il-Miżura Z neħħiet lil ABN AMRO N mill-karta tal-bilanċ ta’ FBN u ma kienx hemm investitur potenzjali ieħor li seta’ jiskseb l-istess ammont ta’ sinerġiji u li kien ikun lest jinkorpora tali sinerġiji fil-prezz tal-offerta tiegħu wkoll. Għalhekk, l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala investitur tal-ekonomija tas-suq li qed jipprova jagħmel akkwiżizzjoni għall-prezz l-aktar baxx possibbli ma kienx jinkludi dawk is-sinerġiji fil-prezz tal-offerta tiegħu. Barra minn hekk, bħala argument sussidjarju, għandu jiġi enfasizzat li t-tranżazzjoni kienet intiża l-aktar biex iżżomm il-proporzjonijiet tal-kapital ta’ FBN ‘il fuq mil-livelli minimi meħtieġa. Il-pożizzjoni tal-kapital ta’ FBN kienet fil-fatt vulnerabbli ħafna u l-kumpanija ma kinitx f’pożizzjoni li tiffinanzja bil-quddiem il-fużjoni hi stess. F’xenarju mingħajr il-Miżura Z, FBN kien ikollha diffikultajiet finanzjarji u kien ikun impossibbli li tirrealizza l-fużjoni u s-sinerġiji assoċjati hi stess.
(110) Ħafna banek xtraw lura d-debitu subordinat tagħhom għal skont sinifikanti matul il-kriżi finanzjarja kurrenti (l-hekk imsejħa “ġestjoni tar-responsabbiltajiet”), u b’hekk setgħu joħolqu kapital tal-Livell 1 ewlieni proporzjonali għall-iskont.
(111) “Il-banek flimkien huma aktar b’saħħithom milli jekk waħedhom. Il-banek għandhom kwalitajiet li huma kumplimentari ħafna. ABN AMRO għandha servizzi tajbin għall-konsumatur u għall-SMEs tajbin u Fortis għandha kwalitajiet merkantili interni tajbin. Minħabba li Fortis SA/NV sparixxiet, iż-żewġ banek kellhom jagħmlu investimenti ġodda. Huwa aħjar jekk dawn l-investimenti jsiru darba milli darbtejn.” (test oriġinali fl-Olandiż, traduzzjoni mill-Kummissjoni) (sors: “Vragen over de ingeslagen richting voor de bedrijven en de besluitvorming daartoe, het beloningsbeleid en de toekomstige rol van de Staat in deze bedrijven”, stqarrija uffiċjali li tispjega d-deċiżjoni tal-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar il-fużjoni ta’ FBN u ABN AMRO N).
(112) Rapport tal-Qorti tal-Awdituri Olandiża jagħmel ċerti rimarki dwar il-kalkulazzjonijiet tal-Istat (ara l-weblink: http://www.rekenkamer.nl/Actueel/Onderzoeksrapporten/Bronnen/2009/12/Verkoop_onderdelen_ABN_AMRO_als_EC_remedy/Rapport_Verkoop_onderdelen_ABN_AMRO_als_EC_remedy).
(113) RWA kombinat taż-żewġ entitajiet (jiġifieri FBN u ABN AMRO N) fl-aħħar tal-2008.
(114) RWA kombinat taż-żewġ entitajiet (jiġifieri FBN u ABN AMRO N) fl-aħħar tal-2009.
(115) Id-debitu garantit mill-Istat intuża biex iħallas lura l-finanzjament meħud taħt il-faċilità ta’ likwidità fuq perjodu qasir ta’ EUR 45 biljun. Fi kliem ieħor, dawk iż-żewġ miżuri ma kinux fis-seħħ fl-istess żmien, iżda segwew lil xulxin. Il-korrezzjoni għall-għadd doppju tqis dan il-fatt.
(116) Ara l-Kawżi Magħquda T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen u Volkswagen AG vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-3663, paragrafu 167.
(117) Dik l-evalwazzjoni ma tinkludix li l-Istat se jiggwadanja wkoll remunerazzjoni fuq is-somom imħallsa fit-3 ta’ Ottubru 2008 sabiex jakkwista lil FBN u ABN AMRO N, li mhumiex meqjusin bħala għajnuna f’din id-Deċiżjoni.
(118) Ara wkoll il-punt (12) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.
(119) Ara l-Kawża T-17/03 Schmitz-Gotha Fahrzeugwerke GmbH vs il-Kummissjoni [2006] Ġabra II-1139.
(120) Meta l-banek jiffaċċjaw self mitluf fil-portafoll tad-dejn tagħhom, ir-ristrutturazzjoni ta’ dak is-self kultant jeħtieġ soluzzjonijiet bħall-konverżjoni tad-debitu f’ekwità. Dawk is-sitwazzjonijiet huma meqjusin bħal prattika bankarja normali u mhumiex koperti mill-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet.
(121) Il-Kummissjoni aċċettat eċċezzjoni waħda. Wieħed mill-istrumenti ibridi ta’ FBN, l-hekk imsejjaħ strument FCC (strument FCC: EUR 87,5 miljun, 6,25 % ishma ta’ preferenza tal-Klassi A serje I perpetwi mingħajr dritt għall-vot u mhux kumulattivi maħruġa minn Fortis Capital Company Ltd), inħareġ fiż-żmien meta Fortis SA/NV kienet għadha grupp wieħed integrat u l-prospektus kien jistipula biċ-ċar li l-kupuni fuq l-istrumenti kienu kkawżati wkoll mid-dividends imħallsa minn Fortis SA/NV (issa mogħtija l-isem Ageas). Meta s-superviżur finanzjarju sar jaf dwar din is-sitwazzjoni, huwa kkonkluda li FBN kienet tilfet id-diskrezzjoni fuq il-pagamenti tal-kupuni tagħha fuq l-istrument u li għalhekk l-istrument ma setax jibqa’ jikkwalifika bħala tal-Livell 1. Is-superviżur finanzjarju argumenta li strument tal-Livell 1 ieħor ta’ ABN AMRO Group – li l-kupuni tiegħu wara l-fużjoni kienu mmexxija mill-istrument FCC, sabiex de facto l-ABN AMRO Group kien tilef id-diskrezzjoni wkoll fuq il-kupuni ta’ dak l-istrument – ma setax jibqa’ jikkwalifika bħala tal-Livell 1. Abbażi ta’ argumenti dwar il-vijabbiltà li joriġinaw mit-telf potenzjali tal-kapital tal-Livell 1 u l-kuntest speċifiku tas-separazzjoni, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-istrument FCC jiġi eżentat mill-projbizzjoni fuq l-eżerċizzju tal-ibridi.
(122) Għal raġunijiet prattiċi, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-projbizzjoni fuq il-kupuni u l-eżerċizzju tal-ibridi tibda fl-10 ta’ Marzu 2011 (jiġifieri wara l-aħħar kupun sfurzat) u ddum sa u inkluż l-10 ta’ Marzu 2013.
(123) Il-Kummissjoni hija konxja tal-fatt li d-dividends imħallsa minn ABN AMRO Group lill-Istat – l-uniku azzjonist tiegħu – jistgħu jinstigaw kupuni ibridi. Il-Kummissjoni trid tevita sitwazzjoni li fiha ABN AMRO Group iħallas dividends marġinali lill-Istat sabiex jaħrab il-projbizzjoni fuq il-kupuni ibridi. Il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-ħlas ta’ dividend imdaqqas lill-Istat ta’ mill-anqas EUR 100 miljun anki jekk dak il-pagament għandu ċertu konsegwenzi fuq il-kupuni ibridi għaliex dividend kbir jagħti l-idea ta’ vijabbiltà restawrata u jgħin ukoll iżomm kapital żejjed potenzjali taħt kontroll, li jgħin jillimita d-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni.
(124) Dawk l-aħħar żewġ negozji huma ġestiti bħala entitajiet separati u l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ħabbru f’Novembru 2008 li mhux se jintegrawhom.
(125) Fid-deċiżjonijiet tagħha tat-3 ta’ Diċembru 2008 u t-12 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni osservat, fuq dik il-bażi u fuq il-bażi ta’ impenji oħra, li ġew implimentati biżżejjed miżuri sabiex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna lil Fortis SA/NV u Fortis Bank SA/NV.
(126) ABN AMRO Group ma għandux ikun obbligat ikopri konsegwenzi oħra finanzjarji għall-klijent, bħal pereżempju spejjeż jew danni assoċjati mal-likwidità jew il-likwidazzjoni (bikrija) tal-pożizzjonijiet, ipoteki, depożiti ta’ tfaddil, drittijiet fuq titoli jew ishma tal-klijent u kwalunkwe spejjeż li jkollha istituzzjoni oħra finanzjarja u/jew l-ispejjeż li jkollu klijent relatati mad-dħul f’pożizzjonijiet u/jew kuntratti ġodda u konsegwenzi oħra finanzjarji relatati mat-terminazzjoni tal-prodotti u s-servizzi kollha jew kwalunkwe minnhom mill-klijent.
(127) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1
(128) Dan jirreferi għad-diżaggregazzjoni segmentali użata fil-Pjan ta’ Ristrutturazzjoni ta’ Diċembru 2009 (ara l-premessa 79).
(129) Konformi mal-eżempji numeriċi li ABN AMRO Group ipprovda lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Novembru 2010.
(130) Fuq bażi annwali, jiġifieri dividend intermedju u dividend finali.