|
26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/37 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Novembru 2011
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8362)
(It-testi bl-Olandiż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)
(2011/761/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Novembru 2007 il-kumpanija KANEKA Pharma Europe għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed fis-suq il-Glycyrrhiza glabra L. (Glavonoid) bħala ingredjent alimentari ġdid. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2008, l-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħarġet ir-rapport tal-valutazzjoni inizjali. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-kumpanija KANEKA tat biżżejjed informazzjoni biex tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. bħala ingredjent alimentari. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fid-19 ta’ Frar 2009. |
|
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont dik id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fit-22 ta’ Lulju 2009. |
|
(6) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2011, fis-“Scientific opinion on the safety of ‘Glavonoid®’, an extract derived from the roots of or rootstock of Glycyrrhiza glabra L., as a Novel Food ingredient on request from the European Commission” (2), l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-Glavonoid kien sikur għall-popolazzjoni adulta ġenerali f’doża sa 120 mg kull jum. |
|
(7) |
Sabiex ma tinqabiżx id-doża ta’ 120 mg kull jum tal-Glavonoid, fil-11 ta’ Awwissu 2011 Kaneka Pharma Europe N.V. qablet li tnaqqas l-użu tal-Glavonoid bħala ingredjent għas-supplimenti tal-ikel u għax-xorb. |
|
(8) |
Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika, huwa stabbilit li l-Glavonoid jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. (minn issa ‘l quddiem “Glavonoid”, kif speċifikat fl-Anness I), jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjenti alimentari ġodda għall-użi speċifikati fl-Anness II.
Il-Glavonoid ma jinbiegħx lill-konsumatur finali.
Artikolu 2
(1) L-ispeċifikazzjoni tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L awtorizzati b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-prodotti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L”.
(2) Fuq it-tikketta tal-ikel li jkun jinkludi l-prodott bħala ingredjent alimentari ġdid, għandu jkun hemm dikjarazzjoni li tindika li:
|
(a) |
il-prodott ma għandux jittieħed min-nisa tqal jew li qed ireddgħu, għat-tfal u l-adoloxxenti; |
|
(b) |
dawk li jieħdu xi mediċina bir-riċetta għandhom jikkunsmaw il-prodott skont is-superviżjoni medika; u |
|
(c) |
ma għandux jiġi kkunsmat iktar minn 120 mg ta’ Glavonoid kull jum. |
(3) L-ammont ta’ Glavonoid fil-prodott finali għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-ikel li fih ikunu qegħdin.
(4) Ix-xorb li fih il-Glavonoid għandu jasal għand il-konsumatur finali f’porzjonijiet individwali.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Kaneka Pharma Europe N.V. Triomflaan 173, 1160 Brussell, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) EFSA Journal 2011; 9(7): 2287.
ANNESS I
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-GLAVONOID
Deskrizzjoni
Il-Glavonoid huwa estratt meħud mill-għeruq jew mir-riżoma tal-Glycyrrhiza glabra bl-estrazzjoni tal-etanol segwit minn estrazzjoni ulterjuri ta’ dan l-estratt etanoliku bit-triliċeridi b’katina medja. Huwa likwidu ta’ lewn kannella skur li jinkludi bejn 2,5 % u 3,5 % ta’ glabridina.
Speċifikazzjonijiet
|
Parametru |
|
|
Umdità |
inqas minn 0,5 % |
|
Irmied |
inqas minn 0,1 % |
|
Valur tal-perossidu |
inqas minn 0,5 meq/kg |
|
Glabridina |
bejn 2,5 % u 3,5 % ta’ xaħam |
|
Aċidu gliċirriżiniku |
inqas minn 0,005 % |
|
Xaħam inklużi sustanzi tat-tip polifenol |
mhux anqas minn 99 % |
|
Proteini |
inqas minn 0,1 % |
|
Karboidrati |
mhux osservabbli |
ANNESS II
|
Kategorija tal-ikel |
Kontenut massimu ta’ Glavonoid |
|
Xarbiet magħmula l-aktar mill-ħalib Xarbiet magħmula mill-jogurt Xarbiet magħmula mill-frott jew mill-ħaxix |
120 mg f’kull porzjon ta’ kull jum |
|
Supplimenti tal-ikel |
120 mg f’kull porzjon tal-konsum ta’ kull jum |