|
24.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Mejju 2011
dwar l-għajnuna mill-istat C 88/97 implimentata mir-Repubblika Franċiża għal Crédit Mutuel
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3436)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku).
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/747/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont dak l-Artikolu (1) u wara li qieset dawn l-osservazzjonijiet,
Billi:
1. PROCEDURA
|
(1) |
Fil-25 ta’ Jannar 1991, l-association française des banques (minn hawn ‘il quddiem, “l-AFB”), Chambre syndicale des banques populaires u Crédit Agricole ssottomettew ilment li jallega li kienet ingħatat għajnuna mill-Istat minn Franza lil Crédit Mutuel. |
|
(2) |
L-ewwel talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Livret bleu kienet saret permezz tal-ittra tas-27 ta’ Mejju 1991. |
|
(3) |
B'ittra tas-6 ta’ Frar 1998, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Franċiżi dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista mill-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 108(2) tat-TFUE) dwar il-miżuri ta’ għajuna possibbli fil-mekkaniżmu ta’ tfaddil tal-“Livret bleu” (2). |
|
(4) |
Fit-8 ta’ April 1998, l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Ġunju 1998, Crédit Mutuel indirizza ittra lill-Kummissjoni fejn ippreżenta argumenti maħsuba sabiex jirrifjutaw il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat għall-miżuri msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, kif ukoll fajl ta’ kontabbiltà analitika relatat mal-Livret bleu. Diversi partijiet interessati ippreżentaw ukoll l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni (ara t-taqsimiet 3 u 4, il-premessi 48 sa 59), li ntbagħtu lill-awtoritajiet Franċiżi fit-3 ta’ Settembru 1998. |
|
(6) |
Dawk li ressqu l-ilment indirizzaw erba' dikjarazzjonijiet addizzjonali lill-Kummissjoni b'ittri tad-29 ta’ Ottubru 1999, is-16 ta’ Mejju 2000, is-16 ta’ Ottubru 2000 u d-19 ta’ Jannar 2001, li l-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi fil-21 ta’ Frar 2000 u fit-3 ta’ Novembru 2000. |
|
(7) |
Fil-5 ta’ Frar 2001, il-Kummissjoni bagħtet id-dokumenti li rċeviet mingħand l-AFB lill-awtoritajiet Franċiżi. |
|
(8) |
Minn Novembru tal-1998 sa Diċembru tal-1999, fuq talba tal-Kummissjoni, konsulent (3) (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala “il-konsulent tal-Kummissjoni”) wettaq verifika tal-kontabbiltà analitika tal-Livret Bleu. Ir-rapport tal-konsulent ġie sottomess għal eżami lill-awtoritajiet Franċiżi u lil Crédit Mutuel fl-10 ta’ Jannar 2000. Fis-7 ta’ Frar 2000, ġiet organizzata laqgħa teknika ta’ konċiljazzjoni dwar dan ir-rapport bejn is-servizzi tal-Kummissjoni megħjuna mill-konsulent tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi u Crédit Mutuel. |
|
(9) |
Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Settembru 1999, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jispeċifikaw il-kompiti ta’ interess ġenerali li huwa responsabbli għalihom Crédit Mutuel. Fil-21 ta’ Frar 2000, it-3 ta’ Novembru 2000 u l-5 ta’ Frar 2001, il-Kummissjoni bagħtet għall-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Franċiżi diversi dokumenti (4) inklużi fil-fajl għall-kwerelanti dwar l-“effett ta’ attirar” (effett loss-leader) possibbli tal-Livret bleu (ara s-sottotaqsima 7.2.3, premessi (110) sa (118)). L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fl-1 ta’ Frar 2001. |
|
(10) |
Fil-11 ta’ April 2000, il-Kummissjoni rċeviet ilment mill-Federazzjoni Bankarja tal-Unjoni Ewropea (FBE) dwar l-għajnuna pprovduta mill-Istat Franċiż lil Crédit Mutuel fl-għamla tal-esklussività tad-distribuzzjoni tal-Livret bleu. |
|
(11) |
F'Mejju tas-sena 2000, il-Confédération nationale du Crédit Mutuel qabbdet id-ditta tal-awditjar Arthur Anderson biex tirrevedi l-metodoloġija tax-xogħlijiet ta’ kontabbiltà analitika ta’ Crédit Mutuel u l-istabbiliment tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-Livret bleu. Dan il-kompitu ġie konkluż f'Settembru tas-sena 2000 billi ġie ppreżentat rapport dettaljat dwar il-kont tal-qligħ u t-telf tal-Livret bleu, li evalwa r-riżultat tal-kontabbiltà analitika tal-Livret bleu għal telf qabel it-taxxa ta’ FRF 498 miljun. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni ta’ “korrezzjonijiet”. Ġiet organizzata laqgħa dwar dan ir-rapport fit-2 ta’ Frar 2001 bejn il-Kummissjoni u Crédit Mutuel. Wara l-osservazzjonijiet espressi mill-Kummissjoni, Crédit Mutuel talab lil Arthur Anderson biex tibgħat nota tat-8 ta’ Frar 2001 li tiġġustifika l-metodu użat magħruf bħala “ta' korrezzjoni tal-piż żejjed tal-attività IARD attività ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (5) ta’ Crédit Mutuel]”, li kien ġie kkritikat b'mod partikolari mill-Kummissjoni. |
|
(12) |
F'April tal-2001 il-Kummissjoni talbet lill-konsulent tagħha sabiex jidentifika d-diskrepanzi bejn ir-rapport tiegħu u dak ta’ Arthur Andersen u biex jiddetermina l-bidliet fid-dejta jew fil-metodoloġija li jistgħu, fejn meħtieġ, jiġu integrati mar-rapport preċedenti tiegħu. Ġie sottomess rapport finali ġdid tal-konsulent tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Lulju 2001. Hu evalwa r-riżultat tal-kontabbiltà analitika tal-Livret bleu għal profitt totali mhux kapitalizzat ta’ FRF1 074 biljun (EUR 163,70 miljun). Dan ir-rapport intbagħat lill-awtoritajiet Franċiżi fl-istess ġurnata. Waqt laqgħa tas-26 ta’ Lulju 2001 bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi, Crédit Mutuel u Arthur Andersen, Crédit Mutuel u Arthur Andersen ħabbru li ma jaqblux mal-konklużjonijiet finali tal-konsulent tal-Kummissjoni. Arthur Andersen iddefendiet il-konklużjonijiet preċedenti tagħha f'dokument tat-13 ta’ Settembru tal-2001 trażmess bħala anness għal nota lill-awtoritajiet Franċiżi tal-15 ta’ Settembru 2001. Fis-26 ta’ Ottubru 2001, l-awtoritajiet Franċiżi indirizzaw nota ġdida lill-Kummissjoni dwar analiżi legali tal-Livret bleu fir-rigward tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, kif ukoll nota tas-7 ta’ Jannar 2002 dwar l-ispejjeż tal-missjoni ta’ servizz pubbliku li tirrepeti l-figuri ppreżentati diġà minn Crédit Mutuel mingħajr ma tipprovdi tagħrif ġdid. |
|
(13) |
In-nota li ntbagħtet fis-26 ta’ Ottubru 2001 mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni spjegat għalfejn, skont huma, i) is-sistema tal-Livret bleu ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna, ii) kieku jiġi aċċettat li l-Kummissjoni ssostni fuq il-kwalifika ta’ għajnuna, din tista' tkun biss għajnuna eżistenti, u iii) fi kwalunkwe każ din tkun għajnuna kompatibbli. |
|
(14) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-15 ta’ Jannar 2002 (6), (minn hawn ‘il quddiem, “id-deċiżjoni annullata”), il-Kummissjoni ddikjarat l-għajnuna tal-Istat implimentata mir-Repubblika Franċiża favur Crédit Mutuel bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-15 ta’ Jannar 2002 ġiet annullata minn sentenza tal-Qorti tat-18 ta’ Jannar 2005 (7). |
|
(16) |
Il-Kummissjoni m'appellatx kontra s-sentenza tal-Qorti. B'konformità mal-Artikolu 266 (1) tat-TFUE, il-Kummissjoni hija mitluba tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza. Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, dan ifisser li, wara l-annullament tad-deċiżjoni, il-proċedura reġgħet lura għall-istadju tal-investigazzjoni formali. |
|
(17) |
Permezz tad-Deċiżjoni tas-7 ta’ Ġunju 2006 (8) (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni għall-estensjoni”), il-Kummissjoni estendiet il-proċedura formali ta’ eżaminazzjoni u ċċarat l-għan tal-evalwazzjoni tagħha ta’ għajnuna possibbli. |
|
(18) |
Franza bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni għall-estensjoni lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri tal-1 ta’ Settembru 2006 u tas-7 ta’ Settembru 2006. |
|
(19) |
Fid-19 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet ilment tal-“Assoċjazzjoni tal-Vittmi ta’ Crédit Mutuel”. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet ta’ Crédit Mutuel bl-ittra tat-13 ta’ Ottubru 2006. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet l-osservazzjonijiet ta’ Crédit Mutuel lill-awtoritajiet Franċiżi bl-ittra tal-31 ta’ Ottubru 2006. |
|
(22) |
Wara żewġ talbiet għal informazzjoni kumplementari tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2006 u t-28 ta’ Novembru 2006, Franza ppreżentat osservazzjonijiet addizzjonali b'ittri tat-8 ta’ Novembru 2006 u tat-28 ta’ Frar 2007. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni ltaqgħat mal-awtoritajiet Franċiżi fid-19 ta’ Diċembru tal-2006 u ma’ Crédit Mutuel fil-15 ta’ Jannar tal-2007. |
|
(24) |
Fl-10 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 86(3) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 106(3) tat-TFUE) flimkien mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat tal-KE (issal-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE), li skonthom Franza għandha ttemm id-drittijiet speċjali (9) ta’ Crédit Mutuel, ta’ Caisses d'Épargne u tal-Banque Populaire li jiddistribwixxu l-Livret bleu (fejn għandu x'jaqsam Crédit Mutuel) u l-Livret A (fejn għandhom x'jaqsmu Caisses d'Épargne u La Poste) (10). |
|
(25) |
Peress li Franza ma temmitx id-drittijiet speċjali ta’ distribuzzjoni tal-Livrets A u bleus fil-perjodu ta’ 9 xhur speċifikat mid-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ ksur prevista fl-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 258 tat-TFUE) billi fil-5 ta’ Ġunju 2008, bagħtitilha avviż ta’ tqegħid fil-mora għal nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni. |
|
(26) |
Fid-19 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni talbet lil Franza għal tagħrif ġdid, li għalih din wieġbet fit-13 ta’ Ottubru 2009. |
|
(27) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni temmet il-proċedura ta’ ksur, peress li Franza kienet ikkonformat, bl-adozzjoni tar-riforma tal-1 ta’ Jannar 2009 li tilliberalizza d-distribuzzjoni tal-Livrets A u bleus (11), mal-obbligu tagħha li ttemm id-drittijiet speċjali ta’ distribuzzjoni ta’ dawn il-kontijiet ta’ tfaddil (12). |
|
(28) |
Matul is-sena 2010, il-Kummissjoni ppreżentat diversi mistoqsijiet lil Crédit Mutuel bil-posta elettronika, li għalihom dan ukoll wieġeb bil-posta elettronika. |
|
(29) |
Din id-deċiżjoni tagħlaq, b'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (13), il-proċedura rigward l-elementi ta’ għajnuna li kienu jinsabu fil-mekkaniżmu tal-Livret bleu. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MEKKANIZMU TAL-LIVRET BLEU
2.1. Deskrizzjoni ta’ Crédit Mutuel
|
(30) |
Crédit Mutuel huwa grupp bankarju u ta’ assigurazzjoni deċentralizzat ikkostitwit minn netwerk nazzjonali ta’ fergħat bl-istatus ta’ kumpaniji kooperattivi b'kapital varjabbli. Crédit Mutuel huwa kkontrollat bil-Liġi tal-10 ta’ Settembru 1947 li tipprovdi l-prinċipji ta’ kooperazzjoni. Huwa organizzat fi tliet livelli: lokali, reġjonali u nazzjonali. |
|
(31) |
Il-grupp Crédit Mutuel, taħt iż-żewġ ismijiet kummerċjali tal-grupp (Crédit Mutuel u Crédit Industriel et Commercial (minn issa ‘l quddiem “CIC”)), jinkludi kważi 6 000 punt tal-bejgħ u aktar minn 72 000 impjegat. Il-fergħat lokali ta’ Crédit Mutuel huma marbuta ma’ 18-il federazzjoni reġjonali aderenti għall-Confédération nationale du Crédit Mutuel, il-korp ċentrali tan-netwerk. Is-CIC jgħaqqad 6 banek reġjonali u affiljati speċjalizzati, fi Franza u madwar id-dinja. |
|
(32) |
Crédit Mutuel huwa wkoll grupp b'direttorat wieħed li jsegwi politika komprensiva. Huwa jżomm solidarjetà finanzjarja interna fuq il-livell tal-konfederazzjoni li tiżgura l-likwidità tal-federazzjonijiet reġjonali. Il-grupp għandu l-karatteristiċi ta’ intrapriża unika fir-rigward tad-dritt tal-kompetizzjoni peress li għandu ċentru waħdieni ta’ deċiżjonijiet fuq livell ċentrali. |
2.2. Deskrizzjoni tal-Livret bleu
|
(33) |
Il-Livret bleu kien prodott ta’ tfaddil irregolat mill-Istat, distribwit esklussivament minn Crédit Mutuel. |
|
(34) |
Dan il-prodott kien parzjalment eżentat mit-taxxi fit-termini tal-liġi finanzjarja ta’ emenda għall-1975 (14). L-imgħax imħallas lil min ifaddal fuq l-ammonti depożitati kien jibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa sa żewġ terzi. L-Istat stabbilixxa r-rata ta’ remunerazzjoni grossa tal-Livret bleu għal min ifaddal b'tali mod li wara t-taxxa (15), ir-rata netta tkun identika għal dik tal-Livret A, li huwa kompletament eżentat mit-taxxa. |
|
(35) |
L-Istat stabbilixxa r-rata tal-imgħax tal-Livret bleu għal livell ogħla mill-inflazzjoni, marbut mas-suq monetarju. L-aħħar rata ta’ imgħax netta tal-Livret bleu, qabel ma ntemm dan il-prodott ta’ tfaddil bir-riforma tal-1 ta’ Jannar 2009 (ara l-premessa 41), kienet ta’ 4 % (16). L-ammont massimu li seta' jitħallas minn min ifaddal fuq il-Livret bleu tiegħu kien ta’ EUR 15 300. Il-fond tal-Livret bleu żdied minn EUR 13-il biljun (FRF 85 biljun) fl-1991 għal EUR 22 biljun fl-2008. |
|
(36) |
Il-karatteristiċi tal-Livret bleu – disponibbiltà immedjata tal-fondi, depożiti awtorizzati minn EUR 15, in-nuqqas ta’ imposti (b'mod partikolari fil-ftuħ), eċċ. – kienu jwasslu għal likwidità għolja. Kien hemm possibbiltà oħra li fil-Livret bleu jiġu implimentati debiti diretti għall-profitt tat-Teżor pubbliku jew ta’ intrapriżi pubbliċi bħall-EDF jew France Télécom. Il-Livet bleu, prodott ta’ tfaddil maħsub għal individwi, kien b'hekk jixbaħ lil kont kurrenti f'ċerti aspetti. |
|
(37) |
L-obbligi relatati mal-użu tar-riżorsi miksuba permezz tal-Livret bleu żviluppaw maż-żmien. |
|
(38) |
L-ewwel nett, Crédit Mutuel kien obbligat jalloka 50 % tar-riżorsi (parti miksuba fl-1983 (17) sa 65 % tar-riżorsi u 80 % tal-ġbir ġdid) għal użu li jissejjaħ “ta' interess ġenerali” (b'mod partikolari l-finanzjament ta’ awtoritajiet lokali u ta’ korpi pubbliċi oħrajn), peress li l-bilanċ kien disponibbli għall-bank b'mod liberu (minn hawn ‘il quddiem “impjiegi liberi”. |
|
(39) |
Din is-sistema ġiet riforma radikalment mid-Digriet tas-27 ta’ Settembru 1991 (18) li implimenta allinjament tal-Livret bleu mas-sistema tal-Livret A. Fil-fatt, minn meta sar dan id-Digriet, il-fondi l-ġodda kollha (19) ġew iċċentralizzati fi ħdan il-Caisse des Dépôts et Consignation (minn hawn ‘il quddiem “CDC”) li inkambju, ħallset lil Crédit Mutuel kummissjoni ta’ senserija. Din il-kummissjoni, inizjalment stabbilita għal 1,3 % tal-fondi tal-Livret bleu allokati għas-CDS, tnaqqset għal 1,2 % fl-1 ta’ Jannar 2005, imbagħad għal 1,1 % fl-1 ta’ Novembru 2005. Is-CDC tagħmel użu mir-riżorsi miġbura minn Crédit Mutuel primarjament biex tiffinanzja l-bini għal skopijiet soċjali. |
|
(40) |
Barra minn hekk, din ir-riforma sostanzjali tas-sistema wasslet għal allokazzjoni mill-ġdid progressiva tal-istokk tal-fondi eżistenti (20). Mid-Digriet tas-27 ta’ Settembru 1991 sal-aħħar tal-ewwel nofs tal-1999, il-parti tal-“użu ta’ interess ġenerali” u tal-“impjiegi liberi” eżistenti naqset sakemm it-totalità tal-fondi ġiet allokata għas-CDC.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(41) |
Fl-1 ta’ Jannar 2009, daħlet fis-seħħ riforma tal-Livrets A u bleu li kienet tippermetti lill-banek kollha li jiddistribwixxu l-Livret A u li temmet id-distinzjoni bjen il-Livrets A u l-Livrets bleus. Mill-1 ta’ Jannar2009, il-“Livret bleu” ta’ Crédit Mutuel huwa biss il-Livret A kkummerċjalizzat taħt isem ieħor. L-eżistenza tal-Livret bleu, u b'konsegwenza d-dritt esklussiv ta’ distribuzzjoni ta’ Crédit Mutuel, intemmu f'din id-data. |
2.3. Deskrizzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-ftuħ/l-estensjoni tal-proċedura
|
(42) |
Kif ġie spjegat fid-deċiżjoni għall-estensjoni (21), il-Kummissjoni qieset possibbli li kienet ingħatat għajnuna minn Franza lil Crédit Mutuel permezz tal-kummissjoni ta’ senserija. |
|
(43) |
Mill-ġurisprudenza Altmark tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kumpens tas-servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE jekk dan ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fis-sentenza Altmark tal-24 ta’ Lulju 2003 (22). |
|
(44) |
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni stmat li r-raba' kundizzjoni tal-ġurisprudenza Altmark setgħat ma tiġix sodisfatta sa fejn l-Istat ma assenjax il-missjoni tas-servizz pubbliku tal-ġbir tad-depożiti maħsuba għall-bini għall-kiri soċjali lill-aħjar offerent permezz ta’ proċedura ta’ offerta pubblika, iżda direttament billi nnegozja ma’ Crédit Mutuel, li a priori ma jagħti l-ebda garanzija li l-imgħax allokat għal Crédit Mutuel ma kienx ogħla mil-livell mitlub minn intrapriża mmexxija tajjeb. Ikkunsidrat ukoll li l-awtoritajiet Franċiżi ma kienux urew li l-livell ta’ kumpens kien ġie ddeterminat b'referenza għall-ispejjeż ta’ intrapriża medja mmexxija tajjeb fis-settur bankarju. Fil-fatt, ma kienx biżżejjed għall-awtoritajiet Franċiżi li jenfasizzaw li Crédit Mutuel huwa intrapriża mmexxija tajjeb biex jistabbilixxu li l-livell ta’ kumpens kien ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li ġġarrab intrapriża mmexxija tajjeb skont il-ġurisprudenza Altmark. |
|
(45) |
Skont il-Kummissjoni, il-kummissjoni ta’ senserija kienet riżors tal-Istat li seta' jikkostitwixxi vantaġġ selettiv tat-tip li jxekkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, li ma kienx ġie notifikat lilha. Il-kummissjoni ta’ senserija b'hekk jista' jkun fiha karatteristiċi ta’ għajnuna illegali. |
|
(46) |
Fid-deċiżjoni għall-estensjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat possibbli li din il-miżura ma kinitx kompatibbli mal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 106(2) tat-TFUE) u tqis li l-ebda waħda mid-derogi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE) ma dehret applikabbli. |
|
(47) |
Fil-fatt, dehrilha li kien possibbli, fuq il-bażi tal-kalkoli tal-konsulent tagħha, li l-ammont tal-kumpens kien qabeż dak li kien meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw mit-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku (il-ġbir tad-depożiti maħsuba għad-djar għall-kiri soċjali) filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dan l-obbligu. Wara li fakkret li l-ammont tal-kumpens kellu jinkludi l-vantaġġi kollha mogħtija mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat f'kwalunkwe għamla, il-Kummissjoni fil-kalkolu tal-kumpens ma kkunsidratx biss l-ispiża netta tal-ġbir tad-depożiti ċentralizzati għas-CDS, iżda wkoll tar-riżultat (spiża jew qligħ) nett tal-użu ta’ interess ġenerali u tal-impjiegi liberi. Ir-rapport tal-konsulent tal-Kummissjoni wera kumpens żejjed ta’ Crédit Mutuel għas-snin 1991, 1992, 1993 u 1998. |
3. L-ARGUMENTI TAL-KWERELANTI
|
(48) |
L-argumenti tal-kwerelanti ġew ippreżentati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Frar 1998 dwar il-ftuħ tal-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 108(2) tat-TFUE). Id-dikjarazzjonijiet addizzjonali trażmessi minn dak iż-żmien l'hawn jippreżentaw l-argumenti ġodda li ġejjin. |
|
(49) |
Nota tal-AFB (aġġornata fl-aħħar ta’ Frar 1999 u indirizzata lill-Kummissjoni f'Ottubru 1999) dwar l-effett ta’ attirar (effett loss-leader) tal-Livret bleu evalwat id-dħul nett bankarju ġġenerat mill-effett li jattira tal-livret bleu għal FRF 17-il biljun (EUR 2.6 biljun), meta jitqies li t-tkabbir tal-ishma tas-suq ta’ Crédit Mutuel fuq is-segmenti kollha matul il-perjodu ta’ bejn l-1986 u l-1997 kien jirriżulta biss mid-distribuzzjoni tal-Livret bleu. |
|
(50) |
Studju li twettaq mill-Caisse Nationale du Crédit Agricole, li ġie kkomunikat f'Mejju tas-sena 2000, analizza l-bidla fin-numru ta’ counters ta’ Crédit Mutuel. Kien jidher li n-numru totali ta’ fergħat permanenti naqas mill-1991 għall-1994, imbagħad żdied bil-mod sabiex fl-1998 reġa' laħaq il-livell tal-1990. Il-bidla kienet differenti skont ir-reġjuni: in-numru ta’ counters permanenti, u mhux permanenti, naqas fir-reġjuni fejn Crédit Mutuel kien tradizzjonalment b'saħħtu ħafna (Pays de Loire, Brittany, Alsace), filwaqt li wera progress fir-reġjuni l-oħra. B'hekk huwa probabbli li Crédit Mutuel naqqas l-istabbilimenti tiegħu fiż-żoni rurali biex isaħħaħ il-preżenza tiegħu f'żoni urbani. Din id-dejta tidher li qed tikkontradixxi l-allegazzjonijiet ta’ Crédit Mutuel li saħqu li kien kostrett iżomm preżenza qawwija fiż-żoni rurali matul is-snin disgħin. Turi wkoll li Crédit Mutuel huwa kapaċi jżomm netwerk dens ħafna anki wara li tneħħa kull kontroll mill-awtoritajiet. |
|
(51) |
L-AFB indirizza ittra lill-Kummissjoni fl-4 ta’ Ġunju 1998 li ssostni li l-imgħax ta’ 1,3 % tat-total tal-fondi tal-Livret bleu ċċentralizzat għand is-CDC kien eċċessiv minħabba li l-Caisses d'Épargne u la Poste fl-istess żmien kienu jirċievu 1,20 % u 1,50 % rispettivament mill-fondi tal-Livret A, li wkoll kienu ċċentralizzati għand is-CDC. L-AFB indikat li fl-1997 kienet ipproponiet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jiżguraw il-ġbir tad-depożiti tal-Livret bleu għal ħlas ta’ 1 % biss, iżda li l-gvern ma kienx wieġeb għal din l-offerta. L-AFB b'mod partikolari enfasizzat li r-rapport ta’ April 1998 tas-Sinjur Douyère, Membru Parlamentari, dwar il-modernizzazzjoni tal-Caisses d'épargne kien jindika li l-ispiża tal-ġbir ta’ Caisses d'épargne medja bħal dik ta’ Bourgone hija ta’ 0,96 % tal-fondi tagħha u li ma kienx hemm raġuni għalfejn Crédit Mutuel għandu jkollu spejjeż ta’ ġestjoni ogħla. |
|
(52) |
Memorandum tal-kumpanija Glais ta’ Awwissu 2000, sottomess fuq talba tal-AFB, wera elementi statistiċi dwar il-vantaġġ fil-kompetizzjoni li d-dritt esklussiv tal-Livret bleu kien ipprovda lil Crédit Mutuel. L-eżaminazzjoni ta’ serje kronoloġika turi li l-ammonti tad-depożiti fuq il-Livret bleu kif ukoll l-ammonti ta’ depożiti oħrajn irreġistraw tkabbir qawwi sas-snin 1985-1987. It-tkabbir tas-self għall-familji tkompla sa wara dik id-data u jibqa' aktar qawwi għal Crédit Mutuel milli għall-kompetituri ewlenin tiegħu. L-espert tal-kumpanija Glais ikkonkluda li “l-effett tal-Livret bleu b'hekk jidher li ħadem sabiex jattira l-klijenti sa mill-bidu tas-snin 80, l-effett pożittiv jidher li tkompla mingħajr ma żdiedu d-depożiti. B'hekk, il-klijenti li inizjalment kienu leali donnhom saħħu l-istrateġija espansjonista ta’ Crédit Mutuel minn dak il-perjodu.” Speċjalment fuq il-bażi ta’ indikatur ta’ persistenza tax-xokkijiet fl-ekonomija aleatorji fuq l-elementi varjabbli ta’ attività u tal-ħolqien ta’ mudell ibbażat fuq ekwazzjoni sempliċi ta’ domanda għall-kreditu, l-espert ikkonkluda li l-attività ta’ Crédit Mutuel (essenzjalment ta’ kreditu) tidher li nqatgħet mill-iżvilupp medju tas-suq bankarju. L-espert jispjega dan il-fenomenu bil-fatt li l-klijenti ta’ Crédit Mutuel huma aktar leali, pereżempju permezz tal-Livret bleu, minn dawk ta’ netwerks bankarji oħrajn. |
|
(53) |
F'nota oħra (Diċembru 2000), il-kumpanija Glais ipproponiet analiżi ekonometrika ġdida tal-grad ta’ lealtà tal-klijenti ta’ kull netwerk bankarju. Ir-riżultati tagħha jikkonfermaw, skont l-espert, l-ipoteżi li Crédit Mutuel u l-Caisses d'Épargne jużaw mezzi li jippermettulhom jagħmlu l-klijenti tagħhom leali b'mod aħjar mill-banek l-oħrajn. Iżda huwa impossibbli li jiġi ddeterminatt jekk id-distribuzzjoni tal-kont ta’ tfaddil eżentat mit-taxxa jew l-użu ta’ netwerk dens ta’ fergħat f'reġjuni differenti (żewġ strumenti komuni ta’ dawn in-netwerks) wasslux għal din il-lealtà aktar qawwija tal-klijenti. |
|
(54) |
Flimkien ma’ din il-proċedura, il-Kummissjoni rċeviet ukoll dikjarazzjoni kumplementari ppreżentata mill-kwerelanti, li skontha x-xiri minn Crédit Mutuel, f'April tal-1997, tas-CIC, waqt il-privatizzazzjoni ta’ dan l-istabbiliment bankarju li qabel kien tal-grupp pubbliku tal-assigurazzjoni GAN, kien possibbli permezz tal-għajnuna li kien igawdi minnha permezz tal-Livret bleu, li permezz tagħha żdied is-sehem tagħha fis-suq tat-tfaddil minn 2 % fl-1969 għal madwar 6,9 % fl-1997. Il-kapital proprju tal-intrapriża skont il-kwerelanti ġarrab tkabbir mgħaġġel permezz tal-għajnuna inkwistjoni, minn FRF 650 miljun (EUR 99 miljun) fl-1974 għal FRF 47,3 biljun (EUR 7,2 biljun) fl-1997. |
|
(55) |
Fl-aħħar nett, l-ilment tal-“Assoċjazzjoni tal-Vittmi ta’ Crédit Mutuel” tad-19 ta’ Settembru 2006 kien fih allegazzjoni sempliċi ta’ “allokazzjoni ħażina tal-fondi pubbliċi għal finijiet privati u kummerċjali […] għad-detriment tal-investituri u tal-ekonomija Franċiża”, mingħajr argument ġenwin jew elementi ta’ prova relatati ma’ għajnuna potenzjali illegali mill-Istat. |
4. L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI
|
(56) |
Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tas-6 ta’ Frar 1998, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta’ numru ta’ partijiet terzi interessati. |
|
(57) |
Xi kompetituri ta’ Crédit Mutuel saħqu fuq il-preġudizzju li huma jqisu li ġarrbu minħabba l-għoti lil Crédit Mutuel tad-dritt esklussiv tad-distribuzzjoni tal-Livret bleu. Il-maġġoranza ta’ dawn il-banek allegat l-eżistenza ta’ effett ta’ attirar tal-Livret bleu li wassal sabiex huma tilfu l-klijenti għall-profitt ta’ Crédit Mutuel u xtaqu li jintemm dan id-dritt esklussiv. Tali kummenti ġew indirizzati lill-Kummissjoni mill-istabbilimenti li ġejjin:
|
|
(58) |
Barra minn hekk, minbarra l-osservazzjonijiet li jiddefendu lil Crédit Mutuel, li huma ppreżentati fit-taqsima 4, il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi li ġejjin favur is-sistema tal-Livret bleu:
|
|
(59) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet terzi enfasizzaw ir-rwol ta’ Crédit Mutuel, b'mod partikolari fuq il-livell reġjonali, fil-finanzjament tal-ekonomija soċjali, u b'mod partikolari tal-assoċjazzjonijiet bla skop ta’ qligħ. Huma enfasizzaw ukoll ir-rwol ta’ appoġġ ta’ Crédit Mutuel fir-rigward tal-klassi tal-ħaddiema minn fejn ġejjin il-biċċa l-kbira tal-klijenti tiegħu. Diversi rappreżentanti eletti lokali għamlu enfasi fuq ir-rwol ta’ Crédit Mutuel fil-ħolqien ta’ intrapriżi u ta’ impjiegi, u l-iżvilupp tal-inizjattivi lokali, flimkien mal-awtoritajiet lokali. Oħrajn qiesu li Crédit Mutuel, bl-istrutturi deċentralizzati tiegħu, jissodisfa l-ħtiġijiet lokali u l-ħtieġa ta’ żvilupp reġjonali bilanċjat b'mod aħjar mill-istabbilimenti ċentralizzati. |
5. L-OSSERVAZZJONIJIET TA’ CRÉDIT MUTUEL
|
(60) |
Crédit Mutuel ikkritika lill-Kummissjoni minħabba li l-ipproċessar tal-każ dam għaddej għal żmien partikolarment twil. |
|
(61) |
Barra minn hekk, skont Crédit Mutuel, is-sentenza tal-Qorti ma kinitx biss dwar nuqqas ta’ motivazzjoni iżda kienet tinkludi wkoll kritika dwar ir-raġunament tal-Kummissjoni li ma kinitx ġiet ikkunsidrata fid-deċiżjoni għall-estensjoni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-kumpens żejjed possibbli. F'dan ir-rigward, Crédit Mutuel ikkritika lill-Kummissjoni talli żiedet il-bilanċ annwali pożittiv mingħjar ma naqqset il-bilanċ annwali negattiv kuntrarjament għall-metodu rakkomandat mill-qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat taħt l-għamla ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (minn hawn ‘il quddiem “il-qafas Komunitarju tal-2005”) (23). |
|
(62) |
Skont il-bank, il-kummissjoni ta’ senserija kienet tissodisfa l-erba' kundizzjonijiet tal-ġurisprudenza Altmark:
|
|
(63) |
Fi kwalunkwe każ, Crédit Mutuel iqis li l-miżura hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Crédit Mutuel b'mod partikolari jikkritika l-metodu ta’ kalkolu tal-kumpens żejjed imsemmi fid-deċiżjoni għall-estensjoni. Skont Crédit Mutuel, il-Kummissjoni l-ewwel nett żbaljat fil-kalkolu tal-evalwazzjoni tagħha tar-riżultat globali tal-kont tal-qligħ u t-telf tal-Livret bleu billi bbażat ruħha fuq il-konklużjonijiet żbaljati tal-konsulent tagħha, minkejja l-punti ta’ nuqqas ta’ qbil mhux riżolti bejn il-konsulent tal-Kummissjoni u dak ta’ Crédit Mutuel (25). |
|
(64) |
Crédit Mutuel imbagħad jikkontesta l-approċċ annwali tal-Kummissjoni (jiġifieri l-fatt li żżomm biss l-ammonti tas-snin tal-kumpens żejjed, mingħajr ma tikkumpenshom bl-ammonti tas-snin ta’ kumpens nieqes), li jmur kontra numru ta’ preċedenti, id-deċiżjoni annullata u, skont dan, kontra l-qafas Komunitarju tal-2005 (26). Il-Kummissjoni għandha ssegwi approċċ komprensiv (jiġifieri tikkumpensa għall-ammonti kollha tas-snin ta’ kumpens żejjed b'dawk tas-snin ta’ nuqqas ta’ kumpens) għall-perjodu kollu ta’ bejn l-1991 sal-1998, l-ewwel nett, u għall-perjodu kollu li mill-1999. |
|
(65) |
Barra minn hekk, fid-deċiżjoni għall-estensjoni tagħha, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-qligħ raġonevoli kif suppost. Hija bbażat l-evalwazzjoni tal-qligħ raġonevoli fuq l-ispejjeż tal-kapital regolatorju, stmati għal 6 %, filwaqt li dawn l-ispejjeż kienu jikkostitwixxu piż tal-kontabbiltà analitika u mhux marġini. Il-Kummissjoni se jkollha tikkunsidra r-rata tar-ritorn fuq il-kapital proprju speċifikata minn Arthur Andersen (27). Barra minn hekk, hija stabbiliet ukoll il-kalkolu tal-qligħ raġonevoli fuq bażi li spiċċat sa miċ-ċentralizzazzjoni totali tal-fondi għand is-CDC peress li dawn il-fondi m'għandhom l-ebda spiża tal-kapital regolatorju. Crédit Mutuel saħaq li l-indikatur tal-Kummissjoni wassal sabiex ċaħdu minn kwalunkwe marġini normali fuq il-Livret bleu. Skont dan, kull bank, anki fuq użu ċentralizzat li ma jkollu l-ebda spiża ta’ kapital proprju fis-sens dejjaq regolamentari tal-proporzjon ta’ solvenza, għandu jkun kapaċi jagħmel marġini normali. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni ma qisitx sew l-ispejjeż li rriżultaw mill-kompitu l-ieħor ta’ interess ġenerali li Crédit Mutuel iqis li wettaq, jiġifieri ż-żamma tal-counters fiż-żoni rurali, bil-ħsieb li jinkoraġġixxi t-tfaddil tal-pubbliku ġenerali fuq it-territorju kollu billi jiffavorixxi l-aċċess bankarju għall-akbar numru ta’ nies. |
|
(67) |
Fl-aħħar nett, Crédit Mutuel jirrifjuta l-eżistenza ta’ effett li jattira possibbli. Huwa jfakkar li fid-deċiżjoni annullata tagħha l-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet li dan l-effett ta’ attirar ma setax jintwera formalment u jiġi kkunsidrat li minn dakinhar ma seta' jkun hemm l-ebda element ġdid. |
|
(68) |
F'dak li jirrigwarda l-proċedura, Crédit Mutuel jsemmi diversi prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja biex jikkontesta kwalkunkwe rkuprar ta’ għajnuna potenzjali u b'mod partikolari l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ rispett tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
6. L-OSSERVAZZJONIJIET TA’ FRANZA
|
(69) |
Franza tqis li l-kundizzjonijiet tal-ġurisprudenza Altmark huma sodisfatti:
|
|
(70) |
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ għajnuna, Franza tirreferi għall-argumenti żviluppati qabel l-annullament tad-deċiżjoni tal-2002:
|
|
(71) |
Fin-nota tagħhom tas-26 ta’ Ottubru 2001, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw ir-raġuni għalfejn, jekk il-Kummissjoni tibqa' tisħaq fuq il-kwalifika ta’ għajnuna, f'kwalunkwe każ din se tkun għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(3) tat-TFUE. Huma jikkritikaw lill-Kummissjoni talli żbaljat fil-kalkolu tar-riżultat totali tal-kont tal-qligħ u t-telf tal-Livret bleu billi ma segwietx il-metodu speċifikat mill-konsulent ta’ Crédit Mutuel (32). Huma jargumentaw ukoll li l-Kummissjoni għandha tqis qligħ raġonevoli, li huma stmaw għal […] (*1). |
|
(72) |
Fl-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward tad-deċiżjoni għall-estensjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kkritikaw ukoll lill-Kummissjoni minħabba li segwiet “raġunament assimetriku” billi ma kkumpensatx l-ammonti tas-snin fejn deher kumpens żejjed (1991, 1992, 1993 u 1998) ma’ dak tas-snin fejn kien hemm nuqqas ta’ kumpens (mill-1994 sal-1997) u talli fl-Anness 1 tad-deċiżjoni għall-estensjoni aċċettat bis-sħiħ il-konklużjonijiet tal-konsulent tagħha dwar it-tliet punti ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza speċifikat li, matul il-perjodu kollu ta’ bejn l-1999 sal-2005, is-sistema marbuta mal-Livret bleu ingħatat kumpens nieqes mill-Istat. B'hekk, l-ammont tal-kummissjoni ta’ senserija ma qabiżx dak li kien meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż ta’ distribuzzjoni tal-kont ta’ tfaddil kif huma riflessi fil-kontabbiltà analitika tal-Livret bleu, li twettqet flimkien mal-Kummissjoni (soġġetta għal żewġ aġġustamenti (33) u li tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (34). Franza spjegat ukoll li t-tnaqqis reċenti tal-kummissjoni ta’ senserija kien relevanti prinċipalment għall-ħtiġijiet tal-atturi tal-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali (35). |
|
(73) |
L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li sa mill-1999 bdiet teżisti sistema ta’ rimborż ta’ kumpens żejjed possibbli. |
|
(74) |
Franza spjegat ukoll li r-riskju ta’ likwidità fi żmien xahar kien imġarrab minn Crédit Mutuel u li r-riskju ta’ likwidità wara xahar kien imġarrab mis-CDC. Franza speċifikat li, fir-rigward ta’ ammonti miġbura f'isem il-Livret bleu, il-perċentwal ta’ piż tar-riskji għall-kalkolu tal-ħtiġijiet f'kapital proprju meħtieġ għall-marġini ta’ solvenza kien żero. Hi spjegat li l-ippeżar tar-riskju għall-ħtiġijiet f'kapital proprju ta’ Crédit Mutuel għall-prodotti ta’ tfaddil l-oħrajn u riżorsi oħrajn apparti l-Livret bleu kien ivarja minn […] sa […]% mill-1999 sal-2005. L-awtoritajiet Franċiżi speċifikaw li meta jitqies in-nuqqas ta’ rilevanza tal-applikazzjoni tal-proporzjon ta’ solvenza Ewropew sa miċ-ċentralizzazzjoni integrali tal-fondi għand is-CDC fl-1999, biex jikkalkola l-qligħ raġonevoli li jikkorrispondi mal-Livret bleu Crédit Mutuel integra spiża tal-kapital proprju miksuba b'referenza għal dik ta’ prodotti ta’ tfaddil oħrajn u riżorsi oħra, filwaqt li llimitaha ([…] sa […]% bejn l-1999 u l-2005). Fuq talba tal-Kummissjoni, Franza pprovdiet ukoll speċifikazzjonijiet dwar il-marġini ta’ kumpens marbut mal-istabbiliment ta’ riżerva obbligatorja fi ħdan il-Banque de France. |
7. VALUTAZZJONI
7.1. L-eżistenza ta’ għajnuna
|
(75) |
Fid-Deċiżjoni għall-estensjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-unika miżura li tista' tkun tinkludi karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat kienet il-kummissjoni ta’ senserija mħallsa lil Crédit Mutuel mis-CDC (36). |
|
(76) |
L-għajnuna possibbli li tinkludi l-kummissjoni ta’ senserija ġiet stabbilita fis-27 ta’ Settembru tal-1991 mid-digriet tal-istess ġurnata u, f'din id-deċiżjoni, hija analizzata sal-liberalizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-Livret A u l-armonizzazzjoni tal-Livret bleu miegħu fl-1 ta’ Jannar 2009 (37). |
7.1.1. Il-kundizzjonijiet tal-ġurisprudenza Altmark mhumiex sodisfatti
|
(77) |
Jeħtieġ li jintwera li skont il-ġurisprudenza Altmark (38), il-kumpens imħallas għall-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jekk jiġu sodisfatti erba' kundizzjonijiet kumulattivi. |
|
(78) |
Fl-osservazzjonijiet tagħhom bi tweġiba għad-Deċiżjoni għall-estensjoni, l-awtoritajiet Franċiżi u Crédit Mutuel jappellaw għall-eżistenza ta’ żewġ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, jiġifieri ż-żamma ta’ preżenza sinifikanti ta’ counters f'żoni rurali għal għanijiet ta’ ppjanar tat-territorju u l-ġbir ta’ depożiti maħsuba għall-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali. |
|
(79) |
Madankollu, anki qabel l-istabbiliment tal-miżura inkwistjoni Crédit Mutuel ma kellu l-ebda obbligu aktar li jżomm counters f'żoni rurali, il-liġi dwar il-ftuħ u l-għeluq ta’ aġenziji bankarji ġiet imħassra fl-1987 u s-sistema ta’ kontroll (li kienet tinżamm minn Crédit Mutuel mill-1987 sal-1991) ġiet imħassra fl-1 ta’ Lulju 1991 (39). L-awtoritajiet Franċiżi u Crédit Mutuel barra minn hekk ma ġabux fid-dubju l-konklużjoni tad-Deċiżjoni għall-estensjoni li “wara l-1991 (jiġifieri fl-1 ta’ Lulju 1991), ma kien jeżisti l-ebda att li fuq il-bażi tiegħu Crédit Mutuel kien ħa f'idejh, skont l-Artikolu 86 tal-KE (issal-Artikolu 106 tat-TFUE) il-missjoni msemmija fil-punt 24 iii) hawn fuq (iż-żamma ta’ counters f'żoni rurali għal għanijiet ta’ ppjanar tat-territorju)” (40). |
|
(80) |
B'hekk huwa fir-rigward tal-missjoni unika tal-ġbir tad-depożiti maħsuba għall-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali li jeħtieġ li jiġi kkontrollat jekk tapplikax il-ġurisprudenza Altmark. |
|
(81) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tan-natura tas-servizzi li jistgħu jiġu meqjusa bħala ta’ interess ekonomiku ġenerali. Hi tqis li d-digrieti ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Liġi finanzjarja ta’ emenda għall-1975 (41) u l-Artikolu 24 tal-Liġi finanzjarja ta’ emenda għall-1982 (42), b'mod partikolari d-Digriet tas-27 ta’ Settembru 1991, jikkonferixxu b'mod ċar lil Crédit Mutuel il-missjoni (kif definita fl-Artikoli R323-10 u R 331-14 tal-Kodiċi dwar il-Bini u l-Abitazzjoni) li jiġbor fondi biex jitrasferixxi għand is-CDC li jippermettu lil din sabiex tiffinanzja l-bini għal skopijiet soċjali. Il-Kummissjoni tqis li billi kkwalifikat din il-missjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali Franza ma’ wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
|
(82) |
Skont ir-raba' kundizzjoni tal-ġurisprudenza Altmark, “meta l-għażla tal-intrapriża li tkun responsabbli mit-twettiq ta’ obbligi tas-servizz pubbliku, f'każ konkret, ma tkunx saret fil-qafas ta’ proċedura ta’ offerta pubblika li tippermetti li jintagħżel offerent kapaċi li jforni dawn is-servizzi bi spiża mnaqqsa għall-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li intrapriża medja mmexxija tajjeb […] sabiex tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku, tkun ġarrbet biex twettaq dawn l-obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul relattiv kif ukoll qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.” (43). |
|
(83) |
Il-Kummissjoni tqis li r-raba' kundizzjoni mhijiex sodisfatta fejn għandha x'taqsam il-missjoni tal-ġbir ta’ depożiti ċċentralizzati għand is-CDC għall-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali. Jeħtieġ li jiġi nnutat li l-Istat ma assenjax din il-missjoni lill-aħjar offerent permezz ta’ proċedura ta’ offerta pubblika, iżda direttament billi nnegozja ma’ Crédit Mutuel. Il-livell tal-kummissjoni ta’ senserija ma ġiex iddeterminat b'referenza għall-ispejjeż relatati mat-twettiq tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali mġarrba minn intrapriża medja mmexxija tajjeb. Fil-fatt, il-livell tal-kummissjoni ta’ senserija ta’ 1,3 % ma setax ikun ibbażat fuq l-ispejjeż reali mġarrba minn Crédit Mutuel għat-twettiq tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għaliex ma teżistix kontabilità separata tal-Livret bleu f'Settembru tal-1991 li tippermetti li jiġu identifikati l-ispejjeż relatati speċifikament mal-Livret bleu fil-kontabilità tal-bank. Il-kontabilità separata tal-Livret bleu inħolqot diversi snin wara u reġgħet inbniet b'mod retrospettiv għas-snin ta’ qabel sal-retroattiv sal-1991. B'hekk ma teżisti l-ebda indikazzjoni li l-livell tal-kummissjoni ta’ senserija kien ġie ddeterminat b'referenza għall-ispejjeż ta’ intrapriża medja mmexxija tajjeb li teżegwixxi l-missjoni ta’ interess ġenerali inkwistjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li Crédit Mutuel huwa, b'mod ġenerali, immexxi tajjeb. Madankollu, huma ma jagħtux prova attwali ta’ din l-allegazzjoni, billi jirreferu għall-premessa 13 tad-Deċiżjoni għall-estensjoni fejn il-Kummissjoni ssemmi r-riżultati finanzjarji kompresivi ta’ Crédit Mutuel fl-2004 (total tal-karta tal-bilanċ, id-dħul nett, il-proporzjon tad-dħul relatat mal-ispejjeż, il-kapital proprju u l-proporzjon tas-solvenza). F'kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jkun iddetermina l-livell tal-kumpens fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż ta’ intrapriża medja mmexxija tajjeb, m'għandu jkollu l-ebda diffikultà biex juri dan lill-Kummissjoni u biex jispjegalha l-metodoloġija segwita, iżda Franza m'għamlitx hekk f'dan il-każ. Fl-aħħar nett, il-fatt li, minn meta d-distribuzzjoni tal-Livrets A u bleus ġiet liberalizzata fl-1 ta’ Jannar 2009, il-kummissjoni ta’ senserija ta’ Crédit Mutuel naqset minn 1,1 % għal 0.06 %, donnu jindika li l-livell ta’ din il-kummissjoni kien ogħla minn dak li kien jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ intrapriża medja mmexxija tajjeb li twettaq l-istess missjoni ta’ interess ġenerali. |
|
(84) |
Sakemm il-kundizzjonijiet tal-ġurisprudenza Altmark ikunu kumulattivi, biżżejjed li ma tiġix sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet sabiex il-ġurisprudenza ma tkunx tapplika u sabiex il-miżura inkwistjoni tkun tista' possibbilment tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Minn dak li ntqal aktar ‘il fuq jirriżulta li l-miżura inkwistjoni ma tissodisfax ir-raba' kundizzjoni tal-ġurisprudenza Altmark. Il-ġurisprudenza Altmark b'hekk ma tapplikax u jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżura fil-fatt tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (44) (45). |
7.1.2. Il-kundizzjonijiet relatati mal-eżistenza ta’ għajnuna huma sodisfatti
|
(85) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat taħt kwalunkwe għamla li xxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetittività billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet, hija inkompatibbli mas-suq intern. |
7.1.2.1.
|
(86) |
Il-kummissjoni ta’ senserija ġiet imħallsa kull sena (46) lil Crédit Mutuel mis-CDC skont ftehim bejn l-Istat u Crédit Mutuel li jistabbilixi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Digriet tas-27 ta’ Settembru 1991. L-ammont tal-kummissjoni ta’ senserija huwa stabbilit mill-Istat biex jikkumpensal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, is-CDC hija intrapriża pubblika li l-imġiba tagħha hija imputabbli lill-Istat (47). Il-kundizzjoni dwar l-imputabbiltà lill-Istat u r-riżorsi tal-Istat b'hekk hija sodisfatta. |
7.1.2.2.
|
(87) |
Il-kummissjoni ta’ senserija ngħatat esklussivament lil Crédit Mutuel għall-ġbir tat-tfaddil ċentralizzat għand is-CDC għall-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali, permezz tal-Livret bleu li għalih Crédit Mutuel għandu dritt esklussiv ta’ distribuzzjoni. Din il-miżura għalhekk hija selettiva. |
7.1.2.3.
|
(88) |
Peress li tikkostitwixxi trasferiment tar-riżorsi tal-Istat favur Crédit Mutuel biss, il-kummissjoni ta’ senserija tejbet il-pożizzjoni kompetittiva ta’ dan il-bank meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu. Fil-fatt, b'mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti, meta l-qagħda ta’ impriża tissaħħaħ meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħha minħabba għajnuna finanzjarja mill-Istat, dan ġeneralment ifisser li hemm tfixkil fil-kompetizzjoni mal-intrapriżi l-oħrajn li ma jkunux ibbenefikaw minn għajnuna simili (48). |
7.1.2.4.
|
(89) |
Barra minn hekk, skont il-każistika stabbilita, l-iskambji bejn l-Istati Membri jiġu affettwati minn meta l-intrapriża li tibbenefika mill-għajnuna teżerċita l-attivitajiet tagħha f'qasam miftuħ għall-kompetizzjoni u li jinvolvi l-kummerċ bejn l-Istati Membri (49). Madankollu, mill-1979, is-sehem mis-suq tal-banek barranin laħaq it-8 % għall-attivitajiet ta’ self (4 % għal fergħat mingħajr personalità legali, 4 % għall-kumpaniji sussidjarji taħt forma ġuridika Franċiża), 4,5 % għall-attivitajiet ta’ depożitu (2 % u 2,5 % rispettivament). Is-sehem tal-banek Ewropej mhux Franċiżi meta mqabbel mal-banek barranin kollha kien ta’ 50 % għas-self, 70 % għad-depożiti. Crédit Mutuel mis-snin 70 beda għalhekk jaffaċċja l-kompetizzjoni tan-netwerks barranin fuq it-territorju Franċiż. Barra minn hekk, is-suq bankarju likwidu li kien jappartjeni għalih il-Livret bleu, li jinkludi wkoll il-Codevi, il-LEP, il-livret jeune, il-kontijiet fuq kotba ordinarji u s-CEL (50), diġà kien miftuħ għall-kompetizzjoni waqt il-perjodu kkunsidrat. |
|
(90) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-erba' kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza ta’ għajnuna huma sodisfatti. |
7.1.2.5.
|
(91) |
Fl-aħħar nett, il-miżura ta’ għajnuna hija illegali għaliex ma ġietx notifikata lill-Kummissjoni b'mod konformi mal-Artiklu 108(3) tat-TFUE u ġiet implimentata wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea fi Franza. |
|
(92) |
Bħala tweġiba għall-argument tal-awtoritajiet Franċiżi li l-għajnuna kienet teżisti minħabba li ġiet adottata qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ traspożizzjoni, fl-1 ta’ Jannar 1993, tat-tieni direttiva bankarja, il-Kummissjoni tenfasizza li din id-direttiva maħsuba għat-twettiq tas-suq intern fis-settur tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-għamla tal-libertà tal-istabbiliment u tal-libertà li jiġu pproduti s-servizzi. Din ma timplikax li s-suq inkwistjoni kien magħluq għall-kompetizzjoni qabel l-adozzjoni tal-kummissjoni ta’ senserija, iżda sempliċement li għadhom jeżistu xi ostakoli għall-istabbiliment ħieles u għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi fis-settur bankarju. Id-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007 tinnota li l-Livret bleu jappartjeni għal “suq ta’ tfaddil bankarju likwidu, li jimplika ftuħ tal-attività kkonċernata għall-kompetizzjoni, u fl-ebda punt ma tikkonferma l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi li kien biss fl-1993 li l-attività inkwistjoni infetħet għall-kompetizzjoni. Id-deċiżjoni kuntrarjament tirreferi għall-eżistenza ta’ suq “matur” (51). |
7.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern
|
(93) |
Peress li l-miżura inkwistjoni fiha karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern. |
|
(94) |
Skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE: “l-intrapriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali […] huma soġġetti għar-regoli ta’ dan it-Trattat, b'mod partikolari għar-regoli tal-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tfixkilx it-twettiq de jure jew de facto tal-missjoni partikolari li ngħatat lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux isir b'mod kuntrarju għall-interess tal-Komunità”. |
|
(95) |
Skont il-każistika tal-Qorti, il-prassi tal-Kummissjoni u l-qafas Komunitarju tal-2005, l-Artikolu 106(2) tat-TFUE jfisser li għajnuna mill-Istat lil intrapriża nkarigata mill-ġestjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern jekk il-miżura ta’ għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(96) |
Il-kundizzjonijiet (a) u (b) huma sodisfatti għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 81. |
|
(97) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni d), il-Kummissjoni m'għandha l-ebda indikazzjoni li l-kummerċ intra-Komunitarju kien sar b'mod daqshekk sinifikanti li l-għajnuna ma tissodisfax din il-kundizzjoni. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007 titlob li tintemm l-esklussività tad-dritt tad-distribuzzjoni tal-Livret bleu peress li d-drittijiet speċjali marbuta mad-distribuzzjoni tal-Livret bleu jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-provvediment liberu tas-servizzi ġewwa l-Komunità (52). Mandankollu, il-kummissjoni ta’ senserija, sakemm ma tkunx tat kumpens żejjed lill-missjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fdata f'idejn Crédit Mutuel, mhux se tkun ikkunsidrata li taffettwa l-iżvilupp tal-kummerċ b'mod kuntrarju għall-interess tal-Unjoni. |
|
(98) |
Għalhekk minn issa ‘l quddiem il-Kummissjoni se teżamina jekk il-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità jkunux ġew rispettati kif suppost, jiġifieri jekk l-ammont tal-kumpens li jikkostitwixxi l-kummissjoni ta’ senserija jkunx qabeż dak meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li tikkunsidra d-dħul relatat kif ukoll il-qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi (53). |
|
(99) |
Fil-verifika tagħha tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed potenzjali (ara s-sottotaqsima 7.2.5), il-Kummissjoni ssegwi – għall-perjodu mis-27 ta’ Settembru 1991 (ara s-sottotaqsima 7.2.1) sal-31 ta’ Diċembru 2005 – approċċ globali (ara s-sottotaqsima 7.2.2). Hi tikkunsidra l-vantaġġi kollha marbuta mal-Livret bleu, mingħajr ma tinkludi effett ta’ attirar potenzjali li d-daqs tiegħu ma kienx jista' jiġi stabbilit (ara s-sottotaqsima 7.2.3). Ittieħed kont ta’ qligħ raġonevoli (ara s-sottotaqsima 7.2.4), inkluż għall-fondi ċċentralizzati għand is-CDC. |
7.2.1. Il-bidu tal-perjodu kkunsidrat fis-27 ta’ Settembru 1991
|
(100) |
Fid-Deċiżjoni għall-estensjoni, il-kalkolu tar-riżultati netti tal-Livret bleu għall-finijiet li tiġi evalwata l-eżistenza ta’ kumpens żejjed potenzjali jinkludi r-riżultati tas-sena 1991 kollha (54). Fi kliem ieħor, id-dħul nett li jirriżulta mill-impjiegi liberi u mill-użu ta’ interess ġenerali ġie kkunsidrat sa mill-1ta' Jannar 1991. |
|
(101) |
Kif ġie spjegat fil-premessi 75 u 76, l-unika miżura inkwistjoni f'dan il-każ hija l-kummissjoni ta’ senserija, li l-prinċipju tagħha ġie stabbilit fis-27 ta’ Settembru 1991, fl-istess ħin meta Crédit Mutuel kien inkarigat miċ-ċentralizzazzjoni tal-fondi tiegħu għand is-CDC sabiex jiffinanzja l-bini għal skopijiet soċjali. Qabel din id-data, la l-kummissjoni ta’ senserija u lanqas iċ-ċentralizzazzjoni għand is-CDC ma kienu jeżistu. B'konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tibda l-evalwazzjoni tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna minn din id-data. |
|
(102) |
L-ispejjeż u d-dħul relatati mat-twettiq tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali b'hekk ma jistgħux ikunu preċedenti għas-27 ta’ Settembru 1991. Fi kliem ieħor, huwa mill-ħolqien tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni (il-kummissjoni ta’ senserija) li wieħed jista' jqis l-ispejjeż u d-dħul relatati mat-twettiq tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ffinanzjat minn din l-għajnuna. Il-Kummissjoni kkunsidrat bħala konklużjoni li d-deċiżjoni għall-estensjoni tagħha kien fiha element inkonsistenti billi llimitat il-miżura ta’ għajnuna biss għall-kummissjoni ta’ senserija li nħolqot fis-27 ta’ Settembru 1991, iżda kompliet tikkunsidra d-dħul nett tal-Livrets bleus għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1991 sas-27 ta’ Settembru 1991. |
|
(103) |
Minn meta Crédit Mutuel kien kapaċi jikkomunika r-riżultati netti tal-użu ta’ interess ġenerali u tal-impjiegi liberi fuq bażi annwali biss, il-Kummissjoni qieset li, għas-sena1991, kien jeħtieġ li jiġu kkunsidrati biss ir-riżultati netti li jikkorrispondu mal-perjodu mis-27 ta’ Settembru 1991 għall-31 ta’ Diċembru 1991, billi jitqabblu r-riżultati netti għas-sena 1991 kollha proporzjonalment man-numru ta’ ġranet rilevanti, jew 96/365. Ir-riżultati netti tal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC għas-sena 1991 jistgħu jiġu kkunsidrati fl-intier tagħhom peress li, kif ġie spjegat fil-premessa 101, din iċ-ċentralizzazzjoni ġiet introdotta eżattament wara s-27 ta’ Settembru 1991, sabiex, l-ebda parti minn dawn ir-riżultati ma tirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1991 sas-27 ta’ Settembru 1991. |
7.2.2. Approċċ globali sal-aħħar tal-2005 u wieħed annwali għall-kumplament
|
(104) |
Fid-deċiżjoni għall-estensjoni tagħha, il-Kummissjoni rrakkomandat l-adozzjoni ta’ approċċ annwali biex tevalwa l-eżistenza ta’ kumpens żejjed potenzjali. Dan l-approċċ jirriżulta mill-qafas Komunitarju tal-2005 u jikkostitwixxi bidla meta mqabbel mal-prattika tal-passat. Fil-fatt, sal-adozzjoni tal-qafas Komunitarju tal-2005 il-Kummissjoni kellha tevalwa l-eżistenza ta’ kumpens żejjed potenzjali, hija segwiet approċċ li jista' jiġi kkwalifikat bħala “globali” fejn l-ammonti tas-snin ta’ kumpens żejjed setgħu, mingħajr l-ebda limitu, jiġu kkumpensati bl-ammonti tas-snin ta’ kumpens nieqes (55). |
|
(105) |
Skont il-punt 26 tal-qafas Komunitarju tal-2005, għall-għajnuniet mhux notifikati, il-Kummissjoni se tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-qafas jekk l-għajnuna tkun ingħatat wara l-pubblikazzjoni tal-qafas f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet fis-seħħ meta tingħata l-għajnuna fil-każijiet l-oħrajn. L-għajnuna inkwistjoni tingħata kull sena (56) u ma ġietx notifikata. Il-pubblikazzjoni tal-qafas Komunitarju tal-2005 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea saret fid-29 ta’ Novembru 2005. Konsegwentement jeħtieġ li jiġu applikati r-regoli fis-seħħ meta tingħata l-għajnuna għall-perjodu ta’ qabel l-2006 u l-qafas Komunitarju tal-2005 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-kejl fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
(106) |
Il-qafas Komunitarju tal-2005 jispeċifika approċċ “annwali” sakemm il-kalkolu ta’ kumpens żejjed possibbli jsir kull sena mingħajr ma l-ammont ta’ kumpens żejjed annwali jkun jista' jiġi differit għas-sena ta’ wara, ħlief meta dan l-ammont ma jaqbiżx l-10 % tal-ammont tal-kumpens annwali (57). |
|
(107) |
Għall-kuntrarju, qabel l-adozzjoni tal-qafas Komunitarju tal-2005, meta l-Kummissjoni vverifikat li l-intrapriża ma ngħatatx kumpens żejjed għat-twettiq tal-missjoni ta’ servizz pubbliku, hi kienet issegwi approċċ “globali” (ara l-premessa 104) (58). |
|
(108) |
Fl-approċċ globali, ir-riżultati netti ta’ kull sena, li jiżdiedu sena wara sena, jiġu aġġornati billi tiġi applikata r-rata ta’ referenza għal Franza fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena (59). |
7.2.3. Vantaġġi meqjusa
|
(109) |
Skont l-ewwel sentenza tal-punt 17 tal-qafas Komunitarju tal-2005, “id-dħul li għandu jiġi kkunsidrat għandu mill-inqas jinkludi d-dħul mis-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali”. Waqt il-verifika tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed possibbli, b'hekk jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ir-riżultat nett tal-użu ta’ interess ekonomiku ġenerali u tal-impjiegi liberi matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni fil-fatt tqis li dawn ir-riżultati jikkostitwixxu dħul stabbilit minn Franza mis-27 ta’ Settembru 1991 favur Crédit Mutuel fil-qafas tat-twettiq tas-servizz ta’ interess ġenerali tal-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali permezz tas-CDC. Dawn l-impjiegi fil-kontabilità analitika huma mqiegħda fuq riżorsa speċifika, jiġifieri depożiti miġbura permezz tad-distribuzzjoni tal-Livret Bleu. F'kundizzjonijiet ta’ suq kompetittivi (mingħajr id-dritt speċjali tad-distribuzzjoni ta’ prodott ta’ tfaddil mingħajr taxxi), Crédit Mutuel ma kienx ikun jista' jikseb din ir-riżorsa għall-istess spiża, b'tali mod li l-impjiegi u r-riżorsi korrispondenti jkollhom jiġu kkunsidrati fl-ekonomija globali tas-sistema tal-Livret bleu. Barra minn hekk, Franza stess ikkonfermat l-eżistenza ta’ rabta bejn dawn l-impjiegi, il-Livret bleu u l-missjoni ta’ finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali billi qassmet mill-ġdid il-fondi relatati ma’ dawn l-impjiegi lis-CDC sa mill-1991 (60). Fi kliem ieħor, meta fis-27 ta’ Settembru 1991 tat lil Crédit Mutuel is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-ġbir ta’ depożiti ċentralizzati għand is-CDC u maħsuba għall-finanzjament tal-bini għal skopijiet soċjali, Franza kkonfermat l-attribuzzjoni lil Crédit Mutuel tad-distribuzzjoni tal-Livret Bleu. Il-profitt li rriżulta mill-użu ta’ fondi depożitati fil-Livret Bleu b'hekk għandu jiġi kkunsidrat minn din id-data bħala qligħ mogħti lil Crédit Mutuel għall-forniment tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(110) |
Il-kwerelant u awtoritajiet u korpi oħrajn (il-Kunsill tal-kompetizzjoni u tar-rapporti tal-parlamentari jew ta’ korpi ta’ riċerka (61) jqisu li d-dritt esklussiv tad-distribuzzjoni tal-Livret bleu ħoloq “effett ta’ attirar” billi ppermetta lil Crédit Mutuel li jattira u jżomm leali lejh il-klijenti li kienu xtraw mingħandu prodotti bankarji oħra minbarra l-Livret bleu. Fid-Deċiżjoni għall-estensjoni, il-Kummissjoni ma eskludietx li l-Livret bleu seta' jwassal għal qligħ indirett permezz tal-effett ta’ attirar (62), iżda fakkret li qligħ bħal dan s'issa ma kienx seta' jiġi kkwantifikat (63). |
|
(111) |
Fit-tmiem tal-investigazzjoni ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li, jekk l-eżistenza ta’ effett li jattira ma tistax tiġi eskluża, id-dejta li ġabret f'dan il-każ ma tippermettix li tikkwantifika l-effett ta’ attirar possibbli b'mod konkret biżżejjed. |
|
(112) |
Id-dokumenti sottomessi mill-kwerelanti jassumu l-eżistenza ta’ effetti ta’ attirar, iżda ma jurux din l-eżistenza formalment u kienu inqas kapaċi biex jevalwaw b'mod preċiż il-konsegwenzi finanzjarji ta’ dawn l-effetti. |
|
(113) |
Fir-rigward tal-istudji tal-kumpanija Glais (ara l-premessi 52 u 53), il-Kummissjoni tosserva li Crédit Mutuel għandu raġuni tajba biex jiddikjara li l-analiżi statistika ma twassal għall-ebda prova ċerta dwar l-effett ta’ attirar kwantifikabbli. |
|
(114) |
Fl-osservazzjonijiet tal-kwerelanti ġew proposti tliet evalwazzjonijiet suġġettivi. L-ewwel nett, meta jitqies li l-banek l-oħrajn kienu offrew li jiddistribwixxu l-Livret bleu permezz ta’ kummissjoni ta’ 1 %, il-kwerelanti pproponew daqs approssimattiv tal-effett ta’ attirar billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-livell tal-kummissjoni miġbura minn Crédit Mutuel u r-rata ta’ 1 % jew 0,3 %, li tikkorrispondi għal madwar FRF 300 miljun kull sena. Madankollu, xejn ma jippermetti li jiġi ppruvat li l-kompetituri ta’ Crédit Mutuel kienu setgħu iwettqu din il-missjoni matul il-perjodu kkunsidrat taħt l-istess kundizzjonijiet f'dan il-livell ta’ dħul ta’ 1 %. Barra minn hekk, dan l-ewwel argument ma jurix l-effett ta’ attirar iżda jidher li qed jerġa' jallega li Crédit Mutuel ngħata kumpens żejjed, li kif se jintwera, mhuwiex il-każ. Xejn ma jippermetti li jiġi ppruvat li l-effett ta’ attirar jikkorrispondi għad-differenza bejn il-kummissjoni ta’ senserija u l-kummissjoni aktar baxxa ipotetika li l-kompetituri ta’ Crédit Mutuel jipproponu li tingħata bħala kumpens għad-disribuzzjoni tal-Livret bleu minnhom. |
|
(115) |
Skont it-tieni metodu propost mill-kwerelanti, l-effett ta’ attirar se jitkejjel skont it-tkabbir tas-sehem mis-suq ta’ Crédit Mutuel. Metodu ta’ evalwazzjoni bħal dan ma jistax jiġi aċċettat għaliex huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-qligħ tas-sehem mis-suq huwa biss minħabba l-Livret bleu, u din is-suppożizzjoni mhijiex appoġġjata minn l-ebda element oġġettiv. |
|
(116) |
It-tielet valutazzjoni tad-dritt esklussiv tad-distribuzzjoni hija bbażata fuq it-telf tad-dħul mit-taxxa minħabba l-eżenzjoni mit-taxxa tal-Livret bleu. Jekk Crédit Mutuel kien xtaq jiddistribwixxi kont ta’ tfaddil mingħajr eżenzjoni mit-taxxa billi joffri, tkun xi tkun is-sitwazzjoni fiskali ta’ min ifaddal, l-istess qligħ nett bħal Livret bleu, kien ikollu jħallas spiża ta’ opportunità ugwali għall-ammont tat-taxxa nazzjonali (potenzjalment) mħallasa minn min ifaddal. Skont il-kwerelanti, il-vantaġġ akkumulat tat-taxxa ta’ madwar FRF 4.5 biljun fuq il-perjodu ta bejn l-1991 u l-1997 għandu jiġi kkunsidrat bħala wieħed li pprovda lil Crédit Mutuel b'vantaġġi li jirriżultaw mill-istess ammont. Dan ir-raġunament ma jistax jiġi aċċettat għaliex Crédit Mutuel probabbilment ma kienx jiddistribwixxi l-Livret bleu taħt l-istess kundizzjonijiet li kieku kellu jħallas l-ispiża kollha tal-eżenzjoni tat-taxxa li, barra minn hekk, kienet tibbenefika lill-membri direttament. |
|
(117) |
Il-vantaġġi possibbli inkwistjoni huma diffiċli biex jintwerew u biex jiġu kkwantifikati. Il-vantaġġ ekonomiku dirett tal-operazzjoni tal-Livret bleu jista' jitkejjel direttament mill-kontabbiltà tal-Livret bleu. Min-naħa l-oħra, il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi oħrajn lil klijenti leali permezz tal-Livret bleu jista' jiġi osservat fil-kontabbilità analitika ta’ dawn il-prodotti l-oħrajn jekk ikun immedjatament possibbli li wieħed jiddistingwi dak li jinbiegħ lill-klijenti leali jew attirati lejn Crédit Mutuel minħabba l-Livret bleu u dak li jinbiegħ lill-klijenti li jiġu għand Crédit Mutuel għal raġunijiet oħrajn, li mhuwiex il-każ. Għal dawn ir-raġunijiet, il-konsulent tal-Kummissjoni ma setax jevalwa l-effett ta’ attirar possibbli billi jsegwi l-metodu kontabilistiku applikat biex jiġu evalwati l-vantaġġi ekonomiċi diretti tal-Livret bleu. |
|
(118) |
It-tentattivi ta’ evalwazzjoni aktar sofistikata tal-effett ta’ attirar mill-konsulent tal-Kummissjoni ma kisbux suċċess. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma tistax tikkunsidra l-vantaġġ possibbli tal-effett ta’ attirar fil-kalkolu tal-verifika tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed possibbli. |
7.2.4. Il-kalkolu tal-qligħ raġonevoli
|
(119) |
Waqt il-verifika tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed tal-intrapriża nkarigata minn servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat qligħ raġonevoli (64). Il-qafas Komunitarju tal-2005 jispeċifika li bi “qligħ raġonevoli” wieħed għandu jifhem rata ta’ imgħax fuq il-kapital proprju li għandha tqis ir-riskju, jew in-nuqqas tar-riskju, mġarrab mill-intrapriża […]. Normalment, din ir-rata m'għandhiex taqbeż ir-rata medja stabbilita għas-settur ikkonċernat matul snin reċenti”. (65) |
|
(120) |
Fid-deċiżjoni għall-estensjoni (66), il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm lok biex jiġi applikat qligħ raġonevoli għall-użu ta’ interess ġenerali u għall-impjiegi liberi li jammonta għal medja ta’ 6 % tal-kapital proprju għal dawn l-impjiegi. Din ir-rata, li tvarja minn sena għal sena u tammonta għal medja ta’ 6 %, tikkorrispondi mar-rata ta’ redditu inizjalment speċifikata minn Crédit Mutuel: Crédit Mutuel kien ikkunsidra bħala spiża tal-kapital proprju l-ammont tad-dividenti effettivament iddistribwiti matul is-sena kkonċernata. F'din id-Deċiżjoni, fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ profitt raġonevoli fil-qafas tal-verifika tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed possibbli, il-Kummissjoni ma tvarjax, fir-rigward tal-impjiegi liberi u l-użu ta’ interess ġenerali, mill-approċċ diġà segwit fid-deċiżjoni għall-estensjoni, li huwa deskritt fit-taqsima 7.2.5. |
|
(121) |
Fid-Deċiżjoni għall-estensjoni tagħha (67), il-Kummissjoni madankollu tqis li m'għandhiex tapplika dan il-qligħ raġonevoli għad-depożiti ċċentralizzati għand is-CDC sakemm dawn ma jkollhom l-ebda spiża f'kapital proprju mill-perspettiva tar-regolamentazzjoni prudenzjali, dawn id-depożiti ma ġewx investiti minn Crédit Mutuel iżda sempliċiment allokati lis-CDC. Madankollu, mill-perspettiva prudenzjali, ir-riskju tal-kreditu marbut mal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC huwa kkunsidrat bħala ugwali għall-espożizzjoni fil-konfront tal-Istat (ir-Repubblika Franċiża), jiġifieri riskju ppeżat ugwali għal żero, u li b'hekk ma jeħtieġx kapital proprju. |
|
(122) |
Li ma jinżamm l-ebda qligħ raġonevoli fir-rigward tal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC jimplika li l-qligħ raġonevoli totali (minn naħa dak relatat mal-użu ta’ interess ġenerali u mal-impjiegi liberi u min-naħa l-oħra dak relatat mal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC) naqas mill-1991 sal-1999 sakemm għeb totalment sa mis-sena 2000 wara ċ-ċentralizzazzjoni għand is-CDC tal-istokk kollu tal-fondi fl-1999 (68). |
|
(123) |
Fl-ittra tagħhom tal-1 ta’ Settembru 2006 li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħhom bħala tweġiba għad-deċiżjoni għall-estensjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-fondi ċċentralizzati għand is-CDC ma jużawx kapital regolatorju. Minkejja dan, skont l-awtoritajiet Franċiżi “meta jitqies in-nuqqas ta’ rilevanza tal-applikazzjoni tal-proporzjon ta’ solvenza Ewropew sa miċ-ċentralizzazzjoni integrali tal-fondi għand is-CDC fl-1999, biex jikkalkula l-qligħ raġonevoli li jikkorrispondi mal-Livret bleu Crédit Mutuel [ippropona li] tiġi integrata l-ispiża tal-kapital proprju miksuba b'referenza għal dik ta’ prodotti oħrajn ta’ tfaddil u riżorsi oħra”. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax approċċ bħal dan bħala wieħed sodisfaċenti peress li jwassal għall-applikazzjoni artifiċjali għar-riżorsi ċċentralizzati għand is-CDC ta’ ħtieġa ta’ kapital regolatorju li tiddependi mill-ħtieġa medja ta’ kapital ta’ assi oħrajn ta’ Crédit Mutuel, li huma kompletament indipendenti mil-Livret bleu. |
|
(124) |
Fil-fatt, in-nuqqas ta’ ħtieġa ta’ kapital regolatorju juri n-nuqqas ta’ riskju ta’ telf ta’ kreditu, li huwa l-każ tal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC. L-attività tal-ġbir ta’ depożiti għall-kont tas-CDC lanqas ma twassal għal riskju ta’ likwidità (ħlief għar-riskju bejn ix-xhur), u lanqas ma twassal għal trasformazzjoni tal-maturità, peress li l-ammont allokat lis-CDC jiġi aġġustat kull xahar skont l-iżvilupp tad-depożiti u r-rata tal-interess imħallsa mis-CDC tiġi ttrasferita immedjatament għand id-depożituri. B'hekk huwa ċert li dan is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għandu livell baxx ta’ riskju għal Crédit Mutuel. Madankollu, jeżistu xi tipi ta’ riskji bħar-riskju operazzjonali, ekonomiku (riskju li l-livell tar-remunerazzjoni ma jkoprix l-ispejjeż imġarrba), legali u ta’ reputazzjoni. Barra minn hekk, attivitajiet bankarji oħrajn bħad-distribuzzjoni tal-fondi reċiproki, il-ġestjoni tal-patrimonju jew il-bejgħ ta’ prodotti finanzjarji (bħal ishma u obbligazzjonijiet) ma jikkunsmawx kapital regolatorju, iżda mhumiex wisq inqas profittabbli. B'hekk ma teżistix rabta diretta bejn il-konsum tal-kapital regolatorju – kkalkolat fuq il-bażi ta’ regoli prudenzjali li l-għan speċifiku tagħhom bl-ebda mod m'hu li jevalwa l-profittabbiltà ta’ attività – u l-qligħ mistenni minn attività. |
|
(125) |
Minkejja dan għandu jiġi nnutat li f'dan il-każ, jekk il-Kummissjoni tawtorizza lil Crédit mutuel li jagħmel qligħ raġonevoli għall-parti tal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC, hija tagħraf li d-determinazzjoni tal-livell adegwat ta’ dan il-qligħ huwa eżerċizzju li jinvolvi evalwazzjoni ekonomika kumplessa. Fil-fatt, il-Livret bleu huwa prodott bankarju mhux tas-soltu b'karatteristiċi mħallta ta’ prodott ta’ tfaddil u ta’ kontijiet kurrenti u li l-fondi miġbura minnu huma ċċentralizzati fi ħdan awtorità pubblika. Ma jeżistux prodotti direttament komparabbli u li jistgħu jipprovdu indikazzjoni ta’ qligħ raġonevoli għal attività simili. |
|
(126) |
Fin-nuqqas ta’ prodott komparabbli biżżejjed mal-Livret bleu, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ tista' tuża żewġ indikaturi li jippermettu li jiġi evalwat jekk, għall-fondi ċċentralizzati għand is-CDC, qligħ mogħti jkunx jista' jiġi kkunsidrat bħala raġonevoli. Iż-żewġ indikaturi huma dawn li ġejjin:
|
|
(127) |
It-tabella li ġejja (69) turi l-marġini ta’ profitt u r-rata ta’ ritorn tas-settur bankarju Franċiż għall-perjodu bejn l-1993 u l-2008 (mhijiex disponibbli dejta għal qabel l-1993):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(128) |
Biex jiġi kkalkolat il-marġini ta’ profitt u r-rata ta’ ritorn ta’ Crédit Mutuel fir-rigward tal-attività tal-ġbir ta’ depożiti ċċentralizzati għand is-CDC, il-Kummissjoni tagħmel użu mill-valuri li ġejjin:
|
|
(129) |
F'dak li jikkonċerna t-tieni indikatur (ir-rata ta’ ritorn), il-Kummissjoni tosserva li jekk rata ta’ ritorn ta’ 5 punti bażi titqies bħala profitt raġonevoli fuq l-attività tal-ġbir ta’ depożiti ċċentralizzati għand is-CDC, jiġifieri jekk jittieħed inkunsiderazzjoni riżultat qabel it-taxxa ekwivalenti għal 0,05 % tal-ammont totali tad-depożiti ttrasferiti lis-CDC, jirriżulta li Crédit Mutuel ma rċeviex kumpens żejjed għall-ġestjoni tal-Livret bleu għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(130) |
Skont il-qafas Komunitarju tal-2005, il-qligħ raġonevoli m'għandux jaqbeż ir-rata medja stabbilita fis-settur ikkonċernat matul il-perjodu kkonċernat. L-awtorizzazzjoni ta’ marġini ta’ profitt ta’ 4,2 % tirrappreżenta inqas minn wieħed minn ħamsa tal-marġini tal-profitt medju tas-settur bankarju (22,8 %). Peress li, kif ġie espost fil-premessa 124, l-attività tal-ġbir tad-depożiti ċċentralizzati għand is-CDC hija attività b'riskju baxx u b'hekk bi qligħ baxx, il-Kummissjoni tqis li marġini ta’ profitt ta’ 4,2 % mhuwiex wisq eċċessiv u f'dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat bħala qligħ raġonevoli. |
|
(131) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni tqis li meta jitqies qligħ ta’ 5 punti bażi għall-fondi ċċentralizzati għand is-CDC huwa raġonevoli fir-rigward tar-rata ta’ qligħ medju ta’ 45 punt bażi tas-settur bankarju Franċiż għall-perjodu kkunsidrat u jirrappreżenta limitu baxx u konservattiv ta’ dak li jista' jiġi kkunsidrat bħala qligħ li mhuwiex wisq mhux raġonevoli f'dan il-każ. Barra minn hekk, dan il-livell baxx ta’ qligħ jirrifletti b'mod adegwat il-livell ta’ riskju mġarrab minn Crédit Mutuel fuq l-attività ta’ ġbir tiegħu għas-CDC li, kif huwa indikat fil-premessa (124), huwa baxx. |
7.2.5. Verifika tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed
|
(132) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni wettqet verifika – ippreżentata fit-tabella t'hawn taħt – tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed skont il-metodu espost fis-sottotaqsimiet 7.2.1 sa 7.2.4 (70):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(133) |
Jista' jiġi nnutat li l-kumpens żejjed fl-aħħar tal-2005 (EUR 15-il miljun) huwa inqas minn 10 % tal-kumpens tal-2005 (EUR 196,7 miljun). Skont il-punt 21 tal-qafas tal-2005 dan l-ammont jista' jiġi ttrasferit għas-sena ta’ wara. Ir-riżultat finali huwa kumpens nieqes ta’ -EUR 6,1 miljun fl-aħħar tas-sena 2008 għall-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni b'hekk tista' tikkonkludi li l-kummissjoni ta’ senserija ma tatx kumpens żejjed lil Crédit Mutuel għas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li ġie fdat lilu mis-27 ta’ Settembru 1991 sal-aħħar tal-2008. |
8. KONKLUŻJONI
|
(135) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Repubblika Franċiża implimentat il-miżura inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108 (3) tat-TFUE. Madankollu, l-għajnuna tista' tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE, il-kumpens mogħti mill-Istat ma qabiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż ikkawżati mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'kont meħud tad-dħul relatat kif ukoll ta’ qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat implimentata mir-Repubblika Franċiża favur Crédit Mutuel fuq il-bażi tad-Digriet tas-27 ta’ Settembru 1991 li jiddefinixxi l-użu ta’ interess ġenerali ta’ Crédit Mutuel hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) ĠU C 146, 12.5.1998, p. 6 u ĠU C 210, 1.9.2006, p. 12.
(2) Dan huwa l-isem kummerċjali tal-kont ta’ tfaddil ikkonċernat, imsemmi sal-31 ta’ Diċembru 2008 fl-Artikolu L221-1 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju (Code Monétaire et financier) taħt l-isem ta’ “kont speċjali fuq ktieb tal-kreditu reċiproku”.
(3) Il-kontabilista rreġistrat (“chartered accountant”) Littlejohn Frazer, assistit minn żewġ kumpaniji esperti tal-kontabilità Franċiżi, Auditec u Scacchi.
(4) Fosthom żewġ studji statistiċi tal-uffiċċju tal-konsulenti “Kompetizzjoni u Strateġija” mmexxi mill-professur tal-ekonomija Michel Glais.
(5) IARD tfisser “Inċendju, Aċċidenti, Riskji Diversi”.
(6) Id-Deċiżjoni 2003/216/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mir-Repubblika Franċiża għal Crédit Mutuel (ĠU L 88, 4.4.2003, p. 39).
(7) Is-sentenza tat-18 ta’ Jannar 2005 fil-Każ T-93/02, Confédération nationale du Crédit Mutuel v il-Kummissjoni, Ġabra 2005, p. II-143.
(8) Id-Deċiżjoni C88/97 tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2006 fir-rigward ta’ Crédit Mutuel (Livret bleu) Stedina biex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 12).
(9) Crédit Mutuel għandu dritt esklussiv fuq id-distribuzzjoni tal-Livret bleu. Madankollu, dan id-dritt ġie kkwalifikat bħala dritt speċjali fid-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007 minħabba l-karattru kważi identiku tal-Livret bleu u tal-Livret A.
(10) Id-Deċiżjoni C(2007) 2110 tal-10 ta’ Mejju 2007, disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea fil-paġna li ġejja: http://ec.europa.eu/competition/liberalisation/livret_a_en.pdf
(11) Ara l-premessa 41.
(12) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2009, disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni, fil-paġna li ġejja: http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/09/1482&format=HTML&aged=1&language=FR&guiLanguage=en.
(13) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(14) L-Artikolu 9 tal-Liġi finanzjarja ta’ emenda Nru 75-1242 tas-27 ta’ Diċembru 1975 għall-1975 (JORF tat-28.12.1975).
(15) Permezz tas-sistema obbligatorja tat-taxxa mnaqqsa mis-sors, effettwata minn Crédit Mutuel għall-kont ta’ min ifaddal.
(16) Din ir-rata kienet ta’ 3 % fid-data tad-deċiżjoni kkanċellata, ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru. 6. Ir-rata ta’ imgħax tal-Livret A kienet ta’ 2 % wara t-tnaqqis tat-taxxa fl-1 ta’ Frar 2001.
(17) Is-sentenza tal-31 ta’ Ottubru 1983 “Ammont tal-obbligu tal-użu ta’ interess ġenerali ta’ Crédit Mutuel”, JORF tad-9 ta’ Novembru 1983, p. 3278.
(18) Is-sentenza tas-27 ta’ Settembru 1991 li tiddefinixxi l-użu ta’ interess ġenerali ta’ Crédit mutuel, JORF Nru 275 tas-26 ta’ Novembru 1991, p. 15283.
(19) Filwaqt li l-istokk tal-fondi eżistenti ġie ttrasferit gradwalment għas-CDC; ara l-premessa 40.
(20) Kuntrarjament għall-ammonti ġodda, integralment ċentralizzati għas-CDC li bdew japplikaw mid-sentenza tas-27 ta’ Settembru 1991; ara l-premessa 39.
(21) Ara l-premessi 36 u 50.
(22) Is-sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Każ C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, 2003, Ġabra p. I-7747
(23) ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.
(24) Crédit Mutuel jirreferi sempliċement għall-premessa 13 tad-deċiżjoni għall-estensjoni fejn il-Kummissjoni ssemmi l-prestazzjoni finanzjarja ta’ Crédit Mutuel fl-2004 (total tal-karta tal-bilanċ, id-dħul nett, il-proporzjon tad-dħul relatat mal-ispejjeż, il-kapital proprju u l-proporzjon tad-dejn).
(25) Dan jinvolvi (i) l-ammont korrettiv IARD; (ii) il-kalkolu ta’ marġini normali (qligħ raġonevoli); u (iii) ir-responsabbiltà tal-membri. Ara l-Anness I tad-deċiżjoni għall-estensjoni.
(26) Crédit Mutuel jirreferi għall-punt 21 tal-qafas Komunitarju tal-2005 li jgħidu li meta s-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali jwassal għal spejjeż varjabbli ħafna skont is-sena, kumpens żejjed eċċezzjonali ogħla minn 10 % f'xi snin jista' jirriżulta neċessarju.
(27) Arthur Anderson ippropona metodu ta’ kalkolu tal-ispiża tal-kapital proprju bl-efett li jżid l-ispiża tal-kapital proprju meta mqabbla mal-evalwazzjoni inizjali għal Crédit Mutuel. Arthur Anderson ippropona l-użu ta’ rata kkalkolata bħala l-proporzjon bejn ir-riżultat qabel it-taxxa u l-kapital proprju. Skont Arthur Andersen, din ir-rata tirrifletti aħjar ir-redditu globali tal-bank, filwaqt li Crédit Mutuel kien żamm bħala l-ispiża tal-kapital propju l-ammont tad-dividendi attwalment imqassma, jiġifieri rata ta’ redditu ta’ 6 % għall-attivitajiet kollha tiegħu.
(28) Ara l-premessa 25 tad-Deċiżjoni għall-estensjoni.
(29) Ara l-premessa 28 tad-Deċiżjoni għall-estensjoni.
(30) Franza tirreferi sempliċement għall-premessa 13 tad-Deċiżjoni għall-estensjoni fejn il-Kummissjoni ssemmi l-prestazzjoni finanzjarja ta’ Crédit Mutuel fl-2004 (total tal-karta tal-bilanċ, id-dħul nett, il-proporzjon tad-dħul relatat mal-ispejjeż, il-kapital proprju u l-proporzjon tas-solvenza).
(31) ĠU L 386, 30.12.1989, p. 1.
(32) Dwar il-punti ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-konsulent tal-Kummissjoni u dak ta’ Crédit Mutuel, ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru. 25.
(*1) Ommissjoni b'obbligu tas-sigriet kummerċjali
(33) L-ewwel emenda hija marbuta mal-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni obbligatorja mal-fondi ta’ garanzija tad-depożiti introdotta mil-Liġi tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar it-tfaddil u s-sikurezza finanzjarja, u t-tieni hija dwar l-emenda tal-kalkolu tal-kapital proprju biex jiġi kkunsidrat il-qligħ raġonevoli mill-1999.
(34) ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35. Din id-Direttiva hija mħassra mid-Direttiva 2006/111/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarjra fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
(35) Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-tnaqqis tal-kummissjoni ta’ senserija kien jippermetti lis-CDC li tnaqqas l-ispiża tal-finanzjament tal-kerrejja soċjali.
(36) Ara l-premessa 50 tad-Deċiżjoni għall-estensjoni: “[…] il-Kummissjoni f'din il-proċedura tqis biss il-kummissjoni ta’ senserija bħala miżura li jista' jkun fiha karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat”.
(37) Ara l-premessa 41.
(38) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru.22.
(39) L-awtoritajiet Franċiżi għamlu referenza għal-Liġi dwar il-ftuħ u l-għeluq ta’ aġenziji bankarji, li tħassret fl-1987. Mill-1987 sal-1991, Crédit Mutuel madankollu żamm sistema ta’ kontroll. Ir-regolamentazzjoni tipprovdi sistema ta’ awtorizzazzjoni u mhux sistema ta’ projbizzjoni formali tal-għeluq tal-aġenziji jew tar-ristrutturar, b'mod partikolari sa mill-1987. Din is-sistema ta’ kontroll tħassret fl-1 ta’ Lulju 1991 fil-qafas aktar ġenerali tan-negozjar mill-ġdid tar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-Istat u Crédit Mutuel.
(40) Ara l-premessa 29 tad-Deċiżjoni għall-estensjoni.
(41) Ara l-premessa (34) u n-nota f'qiegħ il-paġna nru.14.
(42) Il-Liġi Nru 82-1152 tat-30 ta’ Diċembru 1982 (JORF tal-31.12.1982, p. 3995).
(43) Ara l-punt 93 tas-sentenza Altmark imsemmi diġà fin-nota f'qiegħ il-paġna nru. 22.
(44) Skont il-punt 7 tal-qafas Komunitarju tal-2005: “Jekk l-Istati Membri ma jissodisfawx dawn il-kriterji (jiġifieri l-erba' kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark) u jekk il-kriterji ġenerali tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 107(1) tat-TFUE) jkunu sodisfatti, il-kumpens tas-servizz pubbliku jkun jikkostitwixxi għajnuna” (enfasi tagħna).
(45) Din l-eżaminazzjoni hija indipendenti mill-fatt li r-riforma tal-1 ta’ Jannar 2009 temmet il-ksur tal-Liġi Ewropea dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li wasslet għall-attribuzzjoni diretta lil Crédit Mutuel tal-missjoni ta’ servizz pubbliku tal-ġbir ta’ depożiti maħsuba għall-bini għal skopijiet soċjali.
(46) Skont il-ftehim bejn l-Istat u Crédit Mutuel li stabbilixxa l-proċeduri ta’ implimentazzjoni tad-Digriet tas-27 ta’ Settembru 1991 “Kull sena s-CDS tħallas lil Crédit Mutuel […] il-marġini ta’ kumpens fid-data tal-aħħar jum ta’ xogħol ta’ kull sena”.
(47) Ara s-sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Diċembru 1996 fil-Każ T-358/94, Air France v il-Kummissjoni, 1996, Ġabra p. II-2019, b'mod partikolari l-punti 58 sa 61. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/606/UE tas-26 ta’ Frar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 9/09 (ex NN 49/08, NN 50/08 u NN 45/08 implimentata mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia SA (ĠU L 274, 19.10.2010, p. 54), premessi 123, 124 u 125.
(48) Is-sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Settembru 1980 fil-Każ C-730/79, Philip Morris v il-Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 2671, il-punti 12 u 13.
(49) Is-sentenza tat-13 ta’ Lulju 1988 fil-Każ C-102/87, Franza v Il-Kummissjoni, Ġabra 1988, p. 4067, il-punt 19.
(50) Ara l-premessa 45 tad-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007.
(51) Ara l-premessi 58 u 90 tad-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007.
(52) Ara l-premessa 223 tad-Deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007.
(53) Ara l-punt 14 tal-Qafas Komunitarju tal-2005.
(54) Ara t-tabelli fil-premessi 68, 69, 73, 75, 76 u 79 tad-deċiżjoni għall-estensjoni.
(55) Dan jirrigwarda l-biċċa l-kbira tal-każijiet li fihom l-intrapriżi inkarigati minn missjoni ta’ servizz pubbliku kienu attivi fis-settur awdjoviżiv (bħala eżempju ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza għal France 2 u France 3, (ĠU L 361, 8.12.04, p. 21)).
(56) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru.46.
(57) Ara l-punt 21 tal-qafas Komunitarju tal-2005. Bi tweġiba għall-argument ta’ Crédit Mutuel (ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru.26) li jitlob l-applikazzjoni tal-approċċ globali skont it-tieni u t-tielet sentenzi tal-punt 21 tal-qafas Komunitarju tal-2005, li skont dawn, meta s-servizz ta’ interess ekonomiku jkun jinvolvi spejjeż varjabbli ħafna kont is-sena, kumpens żejjed eċċezzjonali ogħla minn 10 % f'xi snin jista' jirriżulta neċessarju, il-Kummissjoni tfakkar li skont ir-raba' sentenza tal-punt 21 kumpens żejjed “ eċċezzjonali ” ta’ dan it-tip “[…] neċessarju għall-funzjonament tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ” għandu jiġi ġġustifikat mill-Istat Membru “ f'notifika lill-Kummissjoni ”. (enfasi tagħna). Madankollu, il-miżura inkwistjoni ma kienet soġġetta għall-ebda notifika lill-Kummissjoni u din tqis li Crédit Mutuel ma ġabx prova ta’ sitwazzjoni partikolari ħafna li tiġġustifika l-ammissjoni, għal xi snin speċifiċi, ta’ kumpens żejjed ogħla minn 10 %.
(58) Bħala eżempju ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/838/KE tal-10 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza għal France 2 u France 3 (ĠU L 361, 8.12.2004, p. 21).
(59) Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess applikabbli għall-irkuprar tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ interess ta’ referenza u ta’ skont għal 25 Stat Membru, fis-seħħ sa mill-1 ta’ Jannar 2007 (ĠU C 317, 23.12.2006, p. 2). Ara wkoll il-paġna tal-Internet li ġejja: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html
(60) Ara l-premessa 39.
(61) Ara b'mod partikolari l-opinjoni tal-Kunsill tal-kompetizzjoni (opinjoni Nru. 96-A-12 tas-17 ta’ Settembru, p. 8), rapport ta’ informazzjoni tas-senatur Alain Lambert (Rapport Nru. 52 tat-30 ta’ Ottubru 1996, p. 72) u studju ta’ Nathalie Daley, taċ-ċentru tal-ekonomija industrijali CERNA (La banque de détail en France: de l'intermédiation aux services, Frar 2001, p. 9).
(62) Ara l-premessi 52 u 53 tad-deċiżjoni għall-estensjoni.
(63) Ara l-premessa 67 tad-deċiżjoni għall-estensjoni, “Ir-riżultati possibbli relatati mad-distribuzzjoni tal-Livret bleu ma setgħux jiġu kkwantifikati”.
(64) Ara l-premessa 48 tad-deċiżjoni għall-estensjoni u l-punt 14 tal-qafas Komunitarju tal-2005 li jipprovdu li: “L-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż dak meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul relattiv kif ukoll qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dan l-obbligu (enfasi tagħna)”.
(65) Ara l-punt 18 tal-qafas Komunitarju tal-2005.
(66) Ara t-Taqsima 2 tal-Anness 1 tad-deċiżjoni għall-estensjoni, il-premessi 124 sa 137.
(67) Ara t-Taqsima 2 tal-Anness 1 tad-deċiżjoni għall-estensjoni, il-premessa 132.
(68) Ara l-premessi 39 u 40.
(69) Id-dejta tat-tabella hija r-riżultat tal-kalkoli bbażati fuq dejta li ġejja mingħand il-Kummissjoni Bankarja: http://www.banquedefrance.fr/fr/supervi/analyses_comparatives/analyses_comparatives.htm)
(*2) L-ammonti huma f'biljuni ta’ Franki Franċiżi qabel l-1998 u f'biljuni ta’ EUR għal wara l-1998.
(*3) Id-dejta għall-2008 hija stima.
(70) Ir-rati ta’ referenza li ġejjin huma użati għas-snin 1992 sal-2008: 10,61; 11; 8,93; 7,94; 8,22; 7,01; 5,83; 4,77; 5,7; 6,33; 5,06; 4,8; 4,43; 4,08; 3,7; 4,62; 5.19.
(*4) Riżultat net akkumulat u aġġornat, f'miljuni ta’ EUR, b'kont meħud tal-kummissjoni ta’ senserija, ir-riżultati netti (spejjeż nieqes id-dħul), tal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC, l-impjiegi liberi u l-użu ta’ interess ġenerali, u bl-introduzzjoni ta’ qligħ raġonevoli ta’ 5 punti bażi għall-fondi ċċentralizzati għand is-CDC kif ukoll qligħ raġonevoli li jammonta għal medja ta’ 6 % tal-kapital proprju allokat għall-użu ta’ interess ġenerali u għall-impjiegi liberi (ara s-sottotaqsima 7.2.1 sa 7.2.4).
(*5) Riżultat nett mhux akkumulat u mhux aġġornat, f'miljuni ta’ EUR, b'kont meħud tal-kummissjoni ta’ senserija, ir-riżultati netti (spejjeż nieqes id-dħul), tal-fondi ċċentralizzati għand is-CDC, l-impjiegi liberi u l-użu ta’ interess ġenerali, u bl-introduzzjoni ta’ qligħ raġonevoli ta’ 5 punti bażi għall-fondi ċċentralizzati għand is-CDC kif ukoll qligħ raġonevoli li jammonta għal medja ta’ 6 % tal-kapital proprju allokat għall-użu ta’ interess ġenerali u għall-impjiegi liberi (ara s-sottotaqsima 7.2.1 sa 7.2.4).