12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

(2011/732/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil- ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru mar-Repubblika tal-Kap Verde (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fit-23 ta’ Marzu 2011 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ’il quddiem, skont id-Deċiżjonital-Kunsill 2011/228/UE (1),

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni. (2)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 96, 9.4.2011, p. 1.

(2)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 96, 9.4.2011, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.