1.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/25


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Mejju 2011

dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09))

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3504)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/716/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fit-8 ta’ Lulju 2009 l-Konsorzju DAET Loutraki AE - Club Hotel Loutraki AE (“il-kwerelant” jew “Loutraki”) (2) ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni rigward il-leġiżlazzjoni Griega li tistabbilixxi sistema ta’ imposti fuq ammissjonijiet għall-każinojiet, filwaqt li allega li s-sistema pprovdiet għajnuna mill-Istat lil tliet operaturi, li huma Regency Casino Mont Parnès, Corfu casino u Regency Casino Thessaloniki (3). Permezz ta’ Messaġġ permezz ta’ posta elettronika tas-7 ta’ Ottubru 2009, il-kwerelant indika li ma oġġezzjonax għall-iżvelar tal-identità tiegħu. Fl-14 ta’ Ottubru 2009 saret laqgħa bejn il-persunal tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-kwerelant. Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Ottubru 2009, il-kwerelant ipprovda aktar dettalji li jappoġġjaw l-ilment tiegħu.

(2)

Fil-21 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni bagħtet l-ilment lill-Greċja, u talbet lill-Greċja biex tiċċara l-kwistjonijiet li tqajmu. Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Novembru 2009, il-Greċja talbet aktar żmien biex tirrispondi, li ngħata mill-Kummissjoni permezz ta’ Messaġġ permezz ta’ posta elettronika fit-18 ta’ Novembru 2009. Il-Greċja rrispondiet lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2009.

(3)

Fil-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni bagħtet ir-risposta tal-Greċja lill-kwerelant. Il-kwerelant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu fuq ir-risposta tal-Greċja fid-29 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Fil-25 ta’ Frar, l-4 u t-23 ta’ Marzu u t-13 ta’ April 2010, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mill-Greċja, u l-Greċja rrispondiet fl-10 ta’ Marzu u fl-1 u l-21 ta’ April 2010.

(5)

Permezz tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2010 (“id-deċiżjoni ta’ ftuħ”), il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja li hija kienet se tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali disposta fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ miżura li l-Greċja kienet daħħlet fis-seħħ, jiġifieri l-impożizzjoni ta’ rata tat-taxxa aktar baxxa fuq l-ammissjonijiet għal ċerti każinojiet. Id-deċiżjoni ta’ ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex iressqu l-kummenti tagħhom (4).

(6)

Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Awwissu 2010, il-Greċja talbet estensjoni tal-perjodu ta’ żmien biex tagħti risposta, li l-Kummissjoni aċċettat permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Awwissu 2010. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Greċja dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ fis-6 ta’ Ottubru 2010. L-awtoritajiet Griegi ppreżentaw informazzjoni addizzjonali rigward il-miżura kkontestata fit-12 ta’ Ottubru 2010.

(7)

Wara l-ftuħ tal-investigazzjoni l-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn żewġ partijiet interessati: ir-rappreżentanti tal-każinò ta’ Mont Parnès, wieħed mill-benefiċjarji tal-miżura, ikkummentaw permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Awwissu 2010, u r-rappreżentanti tal-każinò privat ta’ Loutraki kkummentaw permezz ta’ ittri tat-8 u l-25 ta’ Ottubru 2010.

(8)

Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Griegi, biex tagħtihom l-opportunità li jirrispondu. Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Diċembru 2010, l-awtoritajiet Griegi ressqu l-kummenti dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi, li fost affarijiet oħra ppruvaw jiċċaraw ċerti aspetti tal-applikazzjoni tal-iskema in kwistjoni u l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Griega rilevanti għal analiżi tal-każ.

II.   IL-MIŻURA EVALWATA

II.1   Il-miżura

(9)

Il-miżura li għandha tiġi evalwata tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-awtoritajiet Griegi daħħlu fis-seħħ billi applikaw għadd ta’ dispożizzjonijiet fl-istess ħin, parzjalment obbligatorji, li:

jistabbilixxu imposta uniformi ta’ 80 % fuq il-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni, u

jistabbilixxu prezzijiet differenti regolati għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u proprjetà privata, jiġifieri EUR 6 għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u EUR 15 għall-każinojiet li huma proprjetà privata,

u b'hekk qegħdu lill-każinojiet li huma proprjetà privata fi żvantaġġ kompetittiv (5).

(10)

Bil-miżura jibbenefikaw il-każinojiet pubbliċi u każinò privat wieħed, ta’ Thessaloniki, li b'mod eċċezzjonali ngħata l-istess trattament bħall-każinojiet pubbliċi, kif spjegat f'aktar dettall hawn taħt.

II.2   Il-benefiċjarji

(11)

Il-benefiċjarji tal-miżura analizzata huma l-każinojiet Griegi li ġejjin: ta’ Mont Parnès (6), Tessaloniki (7), Korfù (8) u Rodi (9).

(12)

Fiż-żmien tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-aktar prezz regolat baxx tal-ammissjoni ta’ EUR 6 applika biss għal tliet każinojiet Griegi: ta’ Mont Parnès, li 49 % minnu kien ġie privatizzat, filwaqt li 51 % mill-ishma baqgħu taħt kontroll pubbliku; ta’ Thessaloniki, li kien privat, iżda ġie ttrattat bħala każinò pubbliku; u ta’ Korfù, li kien każinò pubbliku. Il-każinojiet f'Rodi u f'Korfu waqfu jibbenefikaw mill-miżura f'April 1999 (10) u Awwissu 2010 (11) rispettivament, għax saru kompletament privatizzati, huma waqfu jimponu l-prezz baxx għall-ammissjoni.

II.3   Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Griega

(13)

Qabel ma s-suq ġie lliberalizzat fl-1994, kien hemm tliet każinojiet biss li joperaw fil-Greċja, li huma dawk ta’ Mont Parnès, Korfù, u Rodi. Dak iż-żmien il-każinojiet kienu impriżi pubbliċi u kienu operati bħala klabbs li jappartjenu lill-Istat mill-Uffiċċju tat-Turiżmu Grieg (EOT) (12). Il-prezz tal-ammissjoni għal dawn il-każinojiet ġie stabbilit permezz ta’ deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT, kif ġej (13):

Mont Parnès: fl-1991 l-EOT stabbilixxa l-prezz tal-ammissjoni għal GRD 2 000 (madwar EUR 6) (14);

Korfù: fl-1992 l-EOT stabbilixxa l-prezz tal-ammissjoni għal GRD 1 500, u fl-1997 aġġustah għal GRD 2 000;

Rodi: fl-1992 l-EOT stabbilixxa l-prezz tal-ammissjoni għal GRD 1 500.

(14)

Is-suq ġie lliberalizzat fl-1994, skont il-Liġi 2206/1994, meta l-każinojiet eżistenti li kienu proprjetà pubblika ġew magħquda ma’ sitt każinojiet privati ġodda (15). Il-Liġi tal-1994 pprovdiet għall-għoti ta’ total ta’ 14-il liċenzja, għat-tliet każinojiet eżistenti li kienu proprjetà pubblika ta’ Rodi, Mont Parnès u Korfù u 11-il każinò privat li għandhom jiġu stabbiliti (16). Mill-11-il każinò privat ġdid previst, madankollu, sitta biss ingħataw liċenzja u bdew joperaw, li huma l-każinojiet f'Chalkidiki, Loutraki, Tessaloniki, Rio (Achaia), Xanthi (Thrace) u Syros (fl-1995 u l-1996); il-ħames liċenzji l-oħra ġew ikkanċellati.

(15)

L-Artikolu 2(10) tal-Liġi 2206/1994 stipula li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet f'ċerti oqsma jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ministerjali; l-istess deċiżjoni tiddetermina wkoll il-perċentwal tal-prezz li jikkostitwixxi dħul għall-Istat Grieg. Fis-16 ta’ Novembru 1995 deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi (17) stabbiliet li mill-15 ta’ Diċembru 1995 l-operaturi kollha tal-każinojiet irregolati mil-Liġi 2206/1994 kellhom jimponu prezz tal-ammissjoni (18) ta’ GRD 5 000 (19) (madwar EUR 15) (20). Id-deċiżjoni teħtieġ li l-operaturi tal-każinojiet iħallsu 80 % tal-valur nominali ta’ kull biljett bħala imposta pubblika lill-Istat, filwaqt li l-20 % li jifdal, inkluża l-VAT xierqa, għandu jkun dħul għall-każinò (21). Id-deċiżjoni tistabbilixxi li l-każinò jista' jippermetti ammissjoni mingħajr ħlas (22). Irrispettivament minn dak li fil-fatt jimponu fuq il-konsumaturi, madankollu, il-każinojiet għandhom iħallsu 80 % tal-prezz irregolat lill-Istat (23). Id-deċiżjoni teħtieġ li l-każinojiet iħallsu l-imposti kull xahar (24). Hija tipprovdi wkoll għal skontijiet speċifikati fuq il-biljetti li huma validi għal 15 jew 30 jum (25).

(16)

Il-każinojiet privati l-ġodda kollha stabbiliti sa mill-1995 skont il-Liġi 2206/1994 applikaw id-deċiżjoni ministerjali tal-1995, u imponew il-prezz ta’ EUR 15 għal ammissjoni - bħala regola ġenerali, kif spjegat fil-paragrafu preċedenti - bl-unika eċċezzjoni ta’ Tessaloniki, kif spjegat hawn taħt.

(17)

Madankollu, il-każinojiet proprjetà tal-Istat ta’ Mont Parnès, Korfù u Rodi komplew joperaw bħala klabbs tal-EOT (26), u ma applikawx il-leġiżlazzjoni tal-1994 u l-1995 sal-għoti tal-liċenzji previst fil-Liġi 2206/1994.

(18)

Mill-osservazzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet tar-regoli nazzjonali ppreżentati mill-awtoritajiet Griegi, il-Kummissjoni tifhem li fil-prattika s-sistema ħadmet kif ġej.

(19)

L-awtoritajiet Griegi spjegaw li l-operat tal-każinojiet fil-Greċja huwa ġeneralment irregolat mil-Liġi 2206/1994. Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-każinojiet pubbliċi li kienu jeżistu qabel il-Liġi 2206/1994 huma kkunsidrati bħala eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi (u d-deċiżjoni ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-1995), sakemm issir il-privatizzazzjoni ta’ dawn il-każinojiet u l-kwistjoni tal-liċenzji li l-Liġi tipprevedi.

(20)

Sad-data meta ġew liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994, għalhekk, id-deċiżjoni ministerjali tal-1995 ma kinitx meqjusa li tapplika għall-każinojiet pubbliċi kemm jekk rigward il-prezz standard tal-ammissjoni ta’ EUR 15, jew rigward il-ħtieġa li jitħallas lura 80 % ta’ dak il-prezz lill-Istat. Il-każinojiet pubbliċi bdew iħallsu dan it-80 % biss meta ngħataw il-liċenzji previsti fil-Liġi 2206/1994 (ara l-paragrafi 23 ff. ta’ hawn taħt). Anke hekk, madankollu, peress li d-deċiżjonijiet preeżistenti tal-EOT li jistabbilixxu l-prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 6 kienu meqjusa li jiffurmaw eċċezzjoni speċifika (lex specialis preeżistenti) li ma kinitx inbidlet bid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali tal-1995, il-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet pubbliċi eċċezzjonalment baqa' EUR 6, u dawn il-każinojiet ħallsu biss 80 % ta’ EUR 6. Id-deċiżjonijiet tal-EOT kienu kkunsidrati mhux applikabbli biss wara l-privatizzazzjoni, meta l-każinojiet ma kinux baqgħu kompletament proprjetà tal-Istat. F'dak il-punt biss il-każinojiet bdew jimponu l-prezz standard tal-ammissjoni ta’ EUR 15 u kienu obbligati li jħallsu 80 % tal-EUR 15 bħala imposta lill-Istat.

(21)

Għalkemm jidher li din kellha tkun ir-regola, kien hemm eċċezzjoni fil-privatizzazzjoni parzjali tal-każinò ta’ Mont Parnès, ikkonfermata bil-Liġi 3139/2003 (li pprovdiet dispożizzjoni wkoll għall-privatizzazzjoni ta’ Korfù aktar tard): dik il-Liġi ddikjarat espressament li l-prezz tal-ammissjoni għall-Mont Parnès jibqa' jkun ta’ EUR 6.

(22)

Fl-2000 l-EOT ġie sostitwit bħala operatur tal-każinojiet ta’ Korfù u Mont Parnès minn Elliniki Etaireia Touristikis Anaptyxis (Kumpanija Ellenika għall-Iżvilupp tat-Turiżmu, “ETA”), li kienet posseduta kompletament mill-Istat Grieg, u mill-aħħar tas-sena 2000 sal-2003, meta l-każinojiet tagħha ġew liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994, l-ETA bdiet, l-ewwel volontarjament u aktar tard skont l-Artikolu 24 tal-Liġi 2919/2001, tadatta gradwalment għall-ħtiġiet stabbiliti għall-każinojiet bil-Liġi 2206/1994, sabiex tħejji dawk li qabel kienu żewġ klabbs proprjetà pubblika għal-liċenzjar u l-privatizzazzjoni sħiħa (27). Matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni l-ETA bagħtet lill-Istat 80 % tal-prezz ta’ EUR 6 għall-biljetti tal-ammissjoni għal Mont Parnès u Korfù.

(23)

Fl-2003 l-każinò li kien proprjetà pubblika ta’ Mont Parnès ġie kkonvertit f'kumpanija b'responsabbiltà limitata, u 49 % tal-kapital tiegħu nbiegħ lis-settur privat (28). Il-liċenzja għall-każinò ta’ Mont Parnès stabbilita fil-Liġi 2206/1994 finalment ingħatat fl-2003 skont il-Liġi 3139/2003 (Artikolu 1(1)). L-istess Liġi żammet il-prezz tal-ammissjoni għal Mont Parnès għal EUR 6 (Artikolu 1(1)(vii)).

(24)

Fil-każ tal-każinò ta’ Korfù, il-liċenzja pprovduta fil-Liġi 2206/1994 kienet inizjalment mogħtija lill-ETA fl-2003 skont il-Liġi 3139/2003 (Artikolu 1(3)) sabiex l-ETA tkun tista' tinkludih fi privatizzazzjoni aktar tard. L-istess dispożizzjoni stipulat li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Korfù jkun stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ministerjali ġdida, u b'hekk implikat li d-deċiżjoni ministerjali tas-sena 1995 ma kinitx applikabbli. Skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni, qatt ma ħarġet ebda deċiżjoni ministerjali ġdida, u l-każinò ta’ Korfù kompla jimponi ħlas ta’ EUR 6 sal-privatizzazzjoni tiegħu f'Awwissu 2010, meta beda japplika l-prezz ta’ EUR 15 (29).

(25)

Fil-każ tal-każinò ta’ Rodi, il-liċenzja prevista fil-Liġi 2206/1994 ħarġet fl-1996 permezz tad-Deċiżjoni Ministerjali Τ/633 tad-29 ta’ Mejju 1996. Madankollu, il-każinò kompla jimponi prezz tal-ammissjoni mnaqqas, u qaleb għal EUR 15 biss wara l-privatizzazzjoni tiegħu f'April 1999: sa qabel il-privatizzazzjoni tiegħu huwa kien jopera taħt il-kontroll tal-EOT, u konsegwentement applika d-deċiżjoni tal-EOT tal-1992 li stabbiliet il-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Rodi għal GRD 1 500 (30).

(26)

Il-każinò ta’ Tessaloniki li huwa proprjetà privata twaqqaf u ġie liċenzjat skont il-Liġi 2206/1994 fl-1995 (31). Huwa dejjem impona l-prezz tal-ammissjoni mnaqqas ta’ EUR 6 applikat mill-każinojiet li huma proprjetà pubblika (ta' Mont Parnès u Korfù), fuq il-bażi tad-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 (32), li jipprovdi li impriżi kostitwiti b'investiment barrani għandhom jibbenefikaw minn trattament mill-inqas favorevoli daqs dak applikabbli għal impriżi simili oħra f'dak il-pajjiż (33). Meta darba tqajmet il-kwistjoni, il-maniġer tal-każinò (jiġifieri Hyatt Regency) għamel talba li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Tessaloniki jiġi stabbilit fl-istess livell bħal dak ta’ Mont Parnès, jiġifieri EUR 6. Wara li nkisbet opinjoni mill-Kunsill Legali tal-Istat (l-opinjoni 631/1997), din it-talba ġiet aċċettata. Peress li l-liċenzja tiegħu kienet inħarġet fl-1995, il-każinò ta’ Tessaloniki kien suġġett għall-ħtieġa li jħallas lura t-80 % tal-valur nominali tal-biljetti tal-ammissjoni lill-Istat (34).

III.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-INVESTIGAZZJONI

(27)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE għax kellha dubji serji li jista' jkun hemm trattament fiskali diskriminatorju ta’ diversi każinojiet identifikati speċifikament fil-Greċja, li kienu jgawdu arranġamenti fiskali aktar favorevoli minn każinojiet oħra fil-pajjiż.

(28)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kkontestata ma kinitx konformi mar-regoli legali ġenerali li jistabbilixxu l-livell normali ta’ imposti fuq ammissjonijiet għall-każinojiet, u b'hekk tejbet il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarji.

(29)

Il-miżura kkontestata dehret li kienet tikkostitwixxi telf ta’ dħul pubbliku lill-Istat Grieg, u tat vantaġġ lill-każinojiet bi prezz orħos. Għall-argument tal-awtoritajiet Griegi li l-benefiċjarju dirett ta’ prezz tal-ammissjoni orħos kien il-klijent, il-Kummissjoni rrispondiet li sussidju lill-konsumaturi jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil impriża jekk ikun sar kundizzjonali fuq l-użu ta’ oġġett jew servizz partikolari li kien ipprovdut minn din l-impriża (35).

(30)

Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-livell ta’ tassazzjoni ma jidhirx li kien stabbilit skont iċ-ċirkostanzi tal-każinò individwali (36); il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-miżura kienet selettiva (37).

(31)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kkontestata setgħet tfixkel il-kompetizzjoni bejn il-każinojiet fil-Greċja, u fis-suq għall-akkwist ta’ negozji fl-Ewropa. Il-Kummissjoni qalet illi hi rispettat bis-sħiħ id-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw il-logħob tal-azzard fit-territorju tagħhom, suġġett għal-Liġi tal-UE, iżda ma qablitx li dan ifisser li l-miżura in kwistjoni ma setgħetx tfixkel il-kompetizzjoni u ma kellha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-operaturi fl-industrija ħafna drabi kienu gruppi internazzjonali tal-lukandi, li d-deċiżjoni tagħhom li jinvestu tista' tiġi affettwata mill-miżura, u l-każinojiet jistgħu jaġixxu bħala attrazzjoni biex it-turisti jżuru l-Greċja. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-miżura kienet kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (38).

(32)

Il-Kummissjoni provviżorjament kienet tal-fehma li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali, peress li kienet ġiet implimentata mill-awtoritajiet Griegi mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u li l-għajnuna jista' jkun li jkollha tiġi rkuprata, suġġett għall-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (“ir-Regolament Proċedurali”) (39).

(33)

Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda raġunijiet biex il-miżura kkontestata tiġi meqjusa bħala kumpatibbli mas-suq intern; il-miżura dehret li kienet tikkostitwixxi għajnuna operattiva mhux ġustifikata għall-każinojiet li bbenefikaw (40).

(34)

Il-Kummissjoni osservat li jekk id-dubji tagħha li l-miżura kienet tinkludi għajnuna mill-Istat mhux kumpatibbli jiġu kkonfermati, hija tkun obbligata skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali biex tordna lill-Greċja tirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarji, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi (41).

IV.   KUMMENTI LI WASLU MINGĦAND L-AWTORITAJIET GRIEGI U MINN PARTIJIET INTERESSATI

(35)

Matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Greċja, minn rappreżentant ta’ Elliniko Kazino Parnithas AE (“Mont Parnès”), u mir-rappreżentanti tal-każinò privat f'Loutraki (“Loutraki”).

IV.1.   Kummenti mill-Greċja u minn Mont Parnès

(36)

Il-kummenti mressqa mir-rappreżentant tal-każinò benefiċjarju ta’ Mont Parnès u dawk li waslu mingħand l-awtoritajiet Griegi huma essenzjalment identiċi, u se jiġu mqassra flimkien f'din it-Taqsima.

IV.1.1   Preżenza ta’ għajnuna

(37)

Kemm l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jiċħdu li hemm xi għajnuna mill-Istat. Huma jargumentaw li l-Istat ma jitlef l-ebda dħul, jew li jekk jiġri hekk il-każinojiet ma jiksbu l-ebda vantaġġ.

(38)

L-awtoritajiet Griegi jargumentaw li d-differenzazzjoni fil-prezz hija kwistjoni ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet biss, peress li t-taxxa miġbura hija fi proporzjon uniformi mal-prezz rispettiv tal-biljetti tal-ammissjoni maħruġa.

(39)

Skont l-awtoritajiet Griegi, l-għan segwit fl-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni u fil-ħtieġa li jsir ħlas lill-Istat mhuwiex biex jiġbor dħul għall-Istat iżda biex jiskoraġġixxi lil persuni b'introjtu baxx mil-logħob tal-azzard. Il-fatt li l-prezz tal-ammissjoni jipproduċi wkoll dħul pubbliku ma jibdilx in-natura tiegħu bħala miżura ta’ kontroll. L-awtoritajiet Griegi għalhekk huma tal-fehma li r-rekwiżit li biljett tal-ammissjoni jinħareġ bi prezz speċifiku lill-klijenti li jidħlu f'żoni ta’ logħob tal-azzard fil-każinojiet hija miżura amministrattiva ta’ kontroll li timponi tariffa, iżda li m'għandhiex natura ta’ taxxa, u ma tistax titqies bħala piż fiskali, kif ġie kkonstatat fis-sentenza Nru 4027/1998 tal-Kunsill tal-Istat, il-qorti amministrattiva suprema fil-Greċja (42).

(40)

Fir-rigward tad-differenzi bejn il-prezzijiet tal-każinojiet differenti, il-Greċja ssostni li ċ-ċirkustanzi ekonomiċi u soċjali tal-każinojiet varji huma differenti u mhumiex paragunabbli. L-awtoritajiet Griegi jsostnu li d-differenza bejn it-tariffi hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ politika pubblika: huma jsostnu b'mod partikolari li ċ-ċirkustanzi tal-każinojiet differenti jiġġustifikaw u huma konsistenti għal kollox mal-prattika ta’ ffissar ta’ prezz differenti tal-biljetti għall-każinojiet li jinsabu qrib ċentri urbani kbar u għall-każinojiet fil-kampanja, li hija abitata prinċipalment minn popolazzjonijiet rurali li - fil-maġġoranza tagħhom - għandhom introjtu u livelli ta’ edukazzjoni baxxi, u huma aktar fil-bżonn li jiġu skoraġġuti mil-logħob tal-azzard mill-abitanti taż-żoni urbani.

(41)

Il-kwerelant, Loutraki, osserva li meta l-każinò ta’ Korfù ġie privatizzat fl-2010 il-prezz tal-ammissjoni żdied minn EUR 6 għal EUR 15, li Loutraki jgħid li pjuttost jikkontradixxi l-argumenti tal-politika pubblika; l-awtoritajiet Griegi jirrispondu li l-lokazzjoni ġeografika remota tal-gżira ta’ Korfù tfisser li mhix f'kompetizzjoni mal-każinojiet Griegi l-oħra, u għalhekk il-kompetizzjoni ma tistax tiġi mfixkla. L-awtoritajiet Griegi jsostnu wkoll li huwa imperattiv li l-prezz tal-ammissjoni isir dissważiv sabiex jiġu protetti l-abitanti ta’ Korfù, peress li l-bidla fil-kundizzjonijiet operattivi tal-każinò wara l-privatizzazzjoni inevitabbilment se jwasslu għal żieda drammatika fil-ħinijiet ta’ ħidma tiegħu, il-livell ġenerali ta’ attività tiegħu u l-attrattività tiegħu.

(42)

Jekk ikun hemm xi vantaġġ mogħti fuq każinojiet bi prezzijiet orħos, minħabba li jattiraw aktar klijenti, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jikkontestaw l-opinjoni li għandu neċessarjament ikun hemm telf ta’ dħul pubbliku. Lanqas mhuwa ċert li kieku l-prezz tal-ammissjoni jkun ogħla dawn il-benefiċjarji allegati jiġġeneraw aktar dħul għall-Istat, u għalhekk it-telf allegat tad-dħul huwa ipotetiku. L-awtoritajiet Griegi u Parnès Mont jargumentaw li l-benefiċċju ta’ prezz orħos tal-ammissjoni jirċevieh il-klijent, u li s-sehem tal-prezz miżmum mill-każinò jammonta għal aktar fil-każinojiet li jimponu ħlas ta’ EUR 15 għall-ammissjoni, li huwa ta’ benefiċċju għall-każinojiet bi prezz ogħla.

(43)

L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li m'hemm l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni jew il-kummerċ, peress li kull każinò jservi suq lokali. Huma jikkontestaw il-possibiltà ta’ kompetizzjoni ma’ forom oħrajn ta’ logħob tal-azzard li huwa allegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, u jindikaw li l-logħob tal-azzard minn fuq l-Internet bħalissa huwa illegali fil-Greċja.

(44)

L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li anki kieku kellu jiġi aċċettat li l-prezz tal-ammissjoni mnaqqas ta’ EUR 6 seta' influwenza jew jista' jinfluwenza d-deċiżjoni ta’ kumpanija barranija biex tinvesti f'każinò fil-Greċja, il-kumpanija barranija dejjem tkun tista' tapprofitta ruħha mid-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953, kif għamel Hyatt Regency Xenodocheiaki kai Touristiki (Thessaloniki) AE fil-każ tal-każinò ta’ Tessaloniki.

(45)

Il-kwerelant jallega li l-benefiċjarji jistgħu jippermettu ammissjoni mingħajr ħlas, filwaqt li l-imposta ta’ 80 % xorta għandha titħallas, li huwa jgħid li dan juri b'mod ċar li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; l-awtoritajiet Griegi jirrispondu li l-prattika hija eċċezzjonali, peress li l-każinojiet jużaw din il-possibbiltà sabiex joffru ammissjoni kumplimentari prinċipalment lill-VIPs jew klijenti ċelebrità, u li din il-prattika tmur kontra l-liġi fiskali (Liġi 2238/1994), peress li l-ħlas ta’ 80 % tal-prezz tal-biljett lill-Istat mir-riżorsi proprji tal-impriża ma jkunx rikonoxxut bħala nefqa produttiva u ma jistax jitnaqqas mid-dħul tal-kumpanija, u b'hekk kumpanija li twettaq prattika bħal din iġġarrab piż fiskali sostanzjali.

(46)

L-awtoritajiet u Mont Parnès jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni wkoll lejn differenzi oħrajn bejn każinojiet taħt miżuri fiskali u regolatorji differenti. Huma jgħidu li dawn id-differenzi huma favur il-kwerelant, Loutraki, u jpattu għall-vantaġġi li jgawdu l-benefiċjarji minħabba l-prezz orħos tal-ammissjoni. B'mod partikolari, kull każinò jħallas proporzjon tal-qligħ gross annwali lill-Istat, iżda skont il-Liġi Loutraki jħallas proporzjon aktar baxx milli jagħmlu oħrajn. Il-Kummissjoni tfakkar, qabel kollox, li jekk il-miżuri l-oħra msemmija mill-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès tabilħaqq jeżistu, dawn jistgħu jikkostitwixxu miżura ta’ għajnuna separata għall-benefiċċju ta’ Loutraki, sakemm it-termini kollha tal-liġi applikabbli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE jiġu sodisfatti. Fi kwalunkwe każ, madankollu, dawn huma differenti mill-miżura evalwata, u jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni.

(47)

Fl-aħħar nett, il-Greċja indikat li hija qed tikkunsidra l-possibbiltà ta’ bidla fil-politika tal-prezzijiet tagħha għall-każinojiet, sabiex telimina d-diskriminazzjoni bejniethom. Madankollu, għadha ma informatx lill-Kummissjoni li kwalunkwe bidla bħal din qed tiġi implimentata.

(48)

L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès ma ressqu l-ebda osservazzjoni rigward il-kompatibbiltà u l-legalità ta’ kwalunkwe għajnuna.

IV.1.2.   Il-kwantifikazzjoni u l-irkupru tal-għajnuna

(49)

Alternattivament, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li anke li kieku kellu jiġi kkonstatat li l-miżura evalwata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u mhux kumpatibbli, l-irkupru ta’ dik l-għajnuna jmur kontra żewġ prinċipji.

Ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-aspettattivi raġonevoli taċ-ċittadin. Il-kwistjoni tal-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet, u b'mod speċjali l-punt sa fejn il-prezz tal-ammissjoni għandu jkun piż finanzjarju fuq il-każinojiet, tressqet quddiem il-Kunsill tal-Istat madwar 15-il sena ilu (43). Il-Kunsill tal-Istat iddeċieda, skont il-liġi domestika, li l-prezz tal-ammissjoni ma kellux in-natura ta’ taxxa, li indirettament wera li ma kienx piż ekonomiku fuq il-każinojiet. Il-każinojiet benefiċjarji għalhekk setgħu jaġixxu raġonevolment fuq is-suppożizzjoni li ma setax ikun hemm kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat li tirriżulta minn differenzazzjoni f'dawn il-prezzijiet, li ma kinux ikkunsidrati bħala piż ekonomiku skont il-liġi domestika.

Ma jkunx konformi mal-prinċipju li dritt m'għandux jiġi eżerċitat b'mod abbużiv. L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès isostnu li minħabba li Loutraki ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni biss ħmistax-il sena wara li l-miżura in kwistjoni ġiet adottata (fl-1995), kien qed jabbuża d-dritt tiegħu li jirrikorri għand il-Kummissjoni biex tiddefendi l-interessi u d-drittijiet tiegħu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat fit-TFUE.

(50)

Rigward il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jikkontestaw il-kalkolu propost minn Loutraki, li jissuġġerixxi li d-differenza fit-taxxa għal kull klijent imposta mill-każinojiet bi prezzijiet aktar għolja u dawk bi prezzijiet orħos tiġi mmultiplikata bin-numru ta’ klijenti li jidħlu fil-każinojiet benefiċjarji. Huma jgħidu li dak il-kalkolu, huwa żbaljat u arbitrarju, peress li mhux ċert li bi prezz ogħla tal-biljetti l-każinojiet allegati benefiċjarji ta’ Mont Parnès, Tessaloniki u Korfù (44) jkollhom l-istess klijentela.

IV.2.   Kummenti li waslu minn Loutraki

(51)

Loutraki jargumenta li l-miżuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jikkostitwixxu diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet, safejn l-imposta uniformi ta’ 80 % li għandha tintbagħat lura lill-Istat fuq id-dħul għall-każinojiet tapplika għall-bażijiet fiskali differenti, jiġifieri ż-żewġ prezzijiet tal-ammissjoni differenti stabbiliti mill-Istat. Il-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet benefiċjarji huwa ferm inqas mill-prezz fil-każinojiet l-oħra (EUR 6 minflok EUR 15), li jirrappreżenta telf ta’ dħul għall-Istat, u minħabba d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li jikkawża dan jammonta għal għajnuna mill-Istat.

(52)

Loutraki jargumenta wkoll li l-miżura mhix ġustifikata oġġettivament, peress li l-impożizzjoni ta’ prezz orħos tal-ammissjoni għall-każinojiet benefiċjarji fil-fatt tmur kontra l-għan soċjali u l-ġustifikazzjoni u l-karatteristiċi tal-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet li ġie diskuss fis-sentenza Nru 4027/1998 tal-Kunsill tal-Istat. Loutraki jsostni li ma jistax jiġi raġonevolment argumentat li l-kontroll amministrattiv u l-protezzjoni soċjali jistgħu jinkisbu billi jiġu imposti prezzijiet differenti għall-biljetti tal-ammissjoni – fil-każinò ta’ Mont Parnès, madwar 20 km biss miċ-ċentru tal-belt ta’ Ateni, l-ammissjoni tiswa EUR 6, filwaqt li f'Loutraki, madwar 85 km miċ-ċentru tal-belt ta’ Ateni, l-ammissjoni tiswa EUR 15; fil-każinò ta’ Tessaloniki, madwar 8 km biss miċ-ċentru tal-belt ta’ Tessaloniki, l-ammissjoni tiswa EUR 6, filwaqt li f'Chalkidiki, madwar 120 km miċ-ċentru tal-belt ta’ Tessaloniki, din tiswa EUR 15.

(53)

Loutraki josserva li l-Greċja qabel kienet argumentat li l-prezz imnaqqas ta’ EUR 6 għall-ammissjoni kien ġustifikat miċ-ċirkostanzi speċjali ta’ kull każinò benefiċjarju, li huma relatati prinċipalment mal-lokazzjoni ġeografika (li stabbiliet ċerti karatteristiċi ekonomiċi, soċjali, demografiċi u karatteristiċi speċifiċi oħrajn), iżda li meta l-każinò ta’ Korfù ġie privatizzat f'Awwissu 2010 dan beda jitlob ħlas ta’ EUR 15 mingħajr l-ebda spjegazzjoni ta’ għaliex dawn iċ-ċirkostanzi speċjali li ma baqgħux japplikaw.

(54)

Rigward il-kwantifikazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, Loutraki jsostni li s-somma involuta hija d-differenza fit-taxxa imposta għal kull klijent immultiplikata bin-numru ta’ klijenti li jidħlu fil-każinojiet benefiċjarji.

(55)

F'dak li jirrigwarda l-miżuri separati msemmija mill-Greċja u Mont Parnès li fil-fehma tagħhom jiffavorixxu lil Loutraki, fejn dik ewlenija tistipula li Loutraki allegatament iħallas proporzjon aktar baxx ta’ profitti gross annwali lill-Istat milli jagħmlu każinojiet oħra, Loutraki jsostni li fil-prattika huwa ħallas l-istess ammont bħall-kompetituri tiegħu, skont ftehim separat mal-awtoritajiet.

V.   VALUTAZZJONI

(56)

Il-miżura li għandha tiġi evalwata tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-awtoritajiet Griegi daħħlu fis-seħħ billi japplikaw fl-istess ħin għadd ta’ dispożizzjonijiet (45) li jistabbilixxu imposta uniformi ta’ 80 % fuq il-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet, u jistabbilixxu prezzijiet regolati differenti għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u dawk li huma proprjetà privata, jiġifieri EUR 6 għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u EUR 15 għall-każinos li huma proprjetà privata, u b'hekk iqiegħdu lill-każinojiet li huma proprjetà privata fi żvantaġġ kompetittiv (46).

V.1   Il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(57)

Sabiex taċċerta jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat maqbuda mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-Artikolu 107(1) jistipula li “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(58)

Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa jekk il-miżura kkontestata tissodisfax l-erba' kundizzjonijiet kollha meħtieġa jekk din tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1).

V.1.1   Vantaġġ mogħti

(59)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha tagħti vantaġġ lill-benefiċjarji li jiffrankalhom il-ħlasijiet li normalment ikollhom iħallsu mill-baġits tagħhom stess.

(60)

L-awtoritajiet Griegi sostnew, l-ewwel nett, li l-miżura hija barra mill-ambitu tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għax il-livell tal-kontribuzzjoni li l-każinojiet kollha li joperaw fil-Greċja għandhom iħallsu lill-Istat huwa uniformi, ta’ 80 % tal-valur ta’ kull biljett tal-ammissjoni, filwaqt li l-element ta’ differenza fit-trattament ġejja mill-politika tal-prezzijiet stabbilita fl-1994 u 1995 mil-leġiżlazzjoni, li stabbiliet li l-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994 huwa ta’ EUR 15.

(61)

L-awtoritajiet Griegi jsostnu wkoll li l-prezz tal-ammissjoni huwa biss miżura ta’ kontroll amministrattiva, u m'għandux in-natura ta’ taxxa, għax skont is-sentenza Nru 4025/1998 tal-Kunsill tal-Istat l-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet għandu karattru soċjali u mhuwiex miżura fiskali.

(62)

Għandu jiġi mfakkar, qabel kollox, li l-iffissar tal-prezzijiet bil-Liġi 2206/1994 ma jistax jiġi deskritt faċilment bħala politika tipika tal-prezzijiet, peress li l-każinojiet jidhru li huma liberi li jimponu fuq il-konsumaturi prezz orħos tal-ammissjoni, jew anke li jippermettu l-ammissjoni mingħajr ħlas għalkemm fil-każijiet kollha dawn jibqgħu suġġetti għall-obbligu li jħallsu lill-Istat 80 % tal-valur tal-biljett tal-ammissjoni maħruġ, irrispettivament minn dak li attwalment kellu jitħallas mill-konsumatur.

(63)

Fi kwalunkwe każ, fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat huwa irrilevanti jekk il-miżura evalwata hix taxxa jew miżura għall-iffissar tal-prezzijiet, peress li l-Artikolu 107 japplika għall-għajnuna “ta' kwalunkwe forma” li tagħti vantaġġ. Il-fatt li l-għan primarju tagħha mhuwiex li tiġġenera dħul fiskali mhuwiex biżżejjed fih innifsu sabiex jippermetti li tali miżura ma tiġix klassifikata bħala għajnuna mill-Istat.

(64)

Anke jekk jiġi aċċettat li l-iffissar ta’ prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet jista' jkollu għan soċjali, il-kwistjoni dwar jekk din tikkostitwixxix vantaġġ li jammonta għal għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata f'termini tal-effetti fuq impriżi individwali, sabiex jiġi stabbilit jekk xi impriżi jikkontribwixxux inqas għad-dħul pubbliku. Peress li l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-prezz ġenerali tal-ammissjoni ta’ EUR 15 ngħatat individwalment lill-każinojiet speċifiċi, u b'mod partikolari li l-imposta ta’ 80 % għandha titħallas lill-Istat fuq il-bażi tal-prezz orħos li dawk il-każinojiet huma meħtieġ li jitolbu (fil-prinċipju, ara hawn fuq), dawk il-każinojiet huma mogħtija vantaġġ.

(65)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu miżura bħala miżura fiskali jew mod ieħor skont il-liġi nazzjonali tagħhom stess. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni mhi diretta bl-ebda mod biex tinterpreta d-dritt nazzjonali. Madankollu, din il-miżura għandha l-effett li tagħmel possibbli ħlas kontinwu regolari lill-Istat ta’ 80 % tal-prezz ta’ kull biljett tal-ammissjoni maħruġ minn kull każinò. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li skont il-liġi nazzjonali (b'mod partikolari l-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali tal-1995), l-ammonti dovuti għandhom jiġu depożitati għand l-uffiċċju xieraq tat-taxxa tad-dħul (47). Filwaqt li l-klassifikazzjoni tal-miżura skont il-liġi nazzjonali ma tiġix affettwata, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura għandha effetti simili għal dawk ta’ miżura fiskali. Għaldaqstant, għall-finijiet biss ta’ din id-Deċiżjoni u tal-valutazzjoni skont il-Liġi tal-UE tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hawnhekk se tirreferi għall-miżura bħala “miżura fiskali”, “taxxa” jew “tassazzjoni”.

(66)

Il-miżura evalwata, jiġifieri d-diskriminazzjoni fiskali prodotta minħabba l-effett konġunt ta’ taxxa uniformi ta’ ammissjoni applikata fuq prezzijiet regolati mhux ugwali tal-ammissjoni, tqiegħed lill-każinojiet li huma proprjetà tal-Istat fil-Greċja f'vantaġġ meta mqabbla ma’ dawk li huma proprjetà privata. L-effett konġunt taż-żewġ azzjonijiet Statali huwa li filwaqt li l-każinojiet li huma proprjetà privata għandhom iħallsu lill-Istat taxxa għal ammissjoni ta’ EUR 12 għal kull persuna (80 % × 15), il-każinojiet li huma proprjetà tal-Istat iħallsu biss EUR 4,80 (80 % × 6) (48).

(67)

Permezz ta’ din il-miżura l-Istat Grieg jiffranka lill-każinojiet pubbliċi l-piż li kieku kien ikollhom iġarrbu li kieku t-tassazzjoni ma kinitx diskriminatorja u kieku l-kompetizzjoni kienet newtrali. It-tassazzjoni mhux diskriminatorja u l-kompetizzjoni newtrali kienet fil-prinċipju stabbilita fil-Greċja permezz tal-Liġi 2206/1994 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni, l-operat u s-superviżjoni tal-każinojiet, li stabbiliet li l-prezz tal-ammissjoni jkun EUR 15 u t-taxxa dovuta lill-Istat tkun 80 % ta’ dak il-livell. Madankollu, l-Istat Grieg ma applikax din is-sistema mhux diskriminatorja u ta’ kompetizzjoni newtrali tat-tassazzjoni għall-każinojiet pubbliċi (jew il-każinò privat ta’ Tessaloniki, li huwa ttrattat bl-istess mod), u minflok ippermettilhom li jħallsu biss EUR 4,80 f'taxxa tal-ammissjoni: konsegwentement huwa ffavorixxa lil dawn l-impriżi. Dawn il-każinojiet kellhom iħallsu piż fiskali eħfef għal kull persuna mid-dħul totali tagħhom. Id-dħul totali tagħhom jinkludi d-dħul mhux biss mill-ammissjonijiet (mill-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni biss), iżda wkoll minn sorsi oħra tad-dħul tagħhom, bħal-logħob tal-azzard, l-akkomodazzjoni, servizzi tal-bar u r-restorant, wirjiet eċċ.

(68)

Hija ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta’ għajnuna jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, imma wkoll miżuri li, taħt forom differenti, inaqqsu l-ħlasijiet li normalment huma inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, għalhekk mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom effett identiku (49). Dan il-vantaġġ jista' jiġi pprovdut permezz ta’ diversi tipi ta’ tnaqqis fil-piż fiskali tal-impriża, inkluż tnaqqis fil-bażi tat-taxxa.

(69)

F'dan il-każ, il-każinojiet ta’ Korfù, Mont Parnès u Tessaloniki (u sal-1999 l-każinò ta’ Rodi wkoll) (50) irċevew vantaġġ simili għal tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, peress li, kif ġie spjegat qabel, hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawk il-każinojiet li bihom it-taxxa li jħallsu għal kull persuna li tidħol hija stabbilita f'livell aktar baxx minn dak impost fuq każinojiet oħra.

(70)

L-awtoritajiet Griegi osservaw li l-benefiċjarju dirett tal-piż fiskali aktar baxx huwa l-klijent. Madankollu, anke li kieku jista' jiġi argumentat li l-klijenti jibbenefikaw ukoll bħala riżultat ta’ piż fiskali mnaqqas għal kull ammissjoni, peress li dawn iħallsu prezz totali orħos, dan il-fatt ma jwaqqafx lill-miżura milli tagħti vantaġġ lill-impriżi rilevanti, f'dan il-każ il-każinojiet benefiċjarji, peress li dawn iħallsu ammont aktar baxx fi ħlasijiet tat-taxxa għal kull konsumatur li jirċievu.

(71)

Ġie muri fil-każijiet fiskali li l-eżenzjonijiet mit-taxxi nominalment imħallsa mill-konsumatur iżda miġbura mill-fornitur jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, bħalma jistgħu jagħmlu inċentivi oħra lil konsumaturi biex jixtru oġġetti u servizzi partikolari (51).

(72)

B'mod konformi mal-prattika tal-passat, il-Kummissjoni temmen li tnaqqis fit-taxxi fuq il-konsumaturi jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-impriżi meta t-tnaqqis ikun suġġett għall-użu ta’ oġġett jew servizz partikolari provdut minn impriża partikolari (52). Għalhekk l-argument li l-benefiċjarju dirett huwa l-klijent mhuwiex ostakolu għall-konstatazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

(73)

Barra minn hekk, minħabba l-prattika kummerċjali tas-soltu segwita mill-każinojiet fil-Greċja tat-tneħħija tal-prezz tal-biljett tal-ammissjoni filwaqt li titħallas it-taxxa tal-ammissjoni lill-Istat (80 % tal-valur nominali tal-biljett), il-vantaġġ mogħti lill-każinojiet pubbliċi mid-diskriminazzjoni fiskali huwa saħansitra akbar, peress li l-ispiża tal-ammissjoni ta’ klijent hija konsiderevolment ogħla għall-każinojiet privati, fejn it-taxxa tal-ammissjoni dovuta hija EUR 12, milli hi għal dawk pubbliċi, li għandhom jiffinanzjaw biss EUR 4,80 mid-dħul totali tan-negozju tagħhom.

(74)

L-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-prattika li tingħata ammissjoni mingħajr ħlas fil-każinojiet benefiċjarji f'ċerti ġranet tal-ġimgħa hija eċċezzjonali. Madankollu, din hija speċifikament prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (id-deċiżjoni ministerjali tal-1995). Il-Greċja sostniet li l-prattika hija riservata għall-VIPs jew ċelebritajiet, iżda l-Kummissjoni għandha prova fil-forma ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament, bħal fuljetti li joffru ammissjoni mingħajr ħlas fil-gazzetti u fuq l-Internet, li turi li l-ammissjoni mingħajr ħlas tingħata lil kwalunkwe u lill-klijenti kollha f'ċerti ġranet fil-ġimgħa, kull ġimgħa, bħala prattika abitwali (il-każinò ta’ Tessaloniki, pereżempju, jirreklama fuq il-paġna tal-Internet tiegħu li huwa jagħti ammissjoni mingħajr ħlas kontinwa mill-Ħadd sal-Ħamis) (53). Fost il-każinojiet benefiċjarji, għalhekk, il-prattika tal-ammissjoni mingħajr ħlas ma tidhirx li hija eċċezzjonali.

(75)

Il-Greċja sostniet li l-prattika tmur kontra l-liġi fiskali nazzjonali; il-Kummissjoni tosserva li l-permess li tingħata ammissjoni mingħajr ħlas huwa pprovdut espressament fil-liġi nazzjonali dwar il-każinojiet, u l-każinojiet benefiċjarji jagħmlu użu minnha b'mod ċar.

(76)

Il-Greċja sostniet li t-80 % tal-prezz tal-biljett imħallas lill-Istat mir-riżorsi proprji tal-każinò mhuwiex meqjus bħala nefqa produttiva, u skont il-liġi fiskali Griega ma jistax jiġi mnaqqas mid-dħul tal-kumpanija, biex b'hekk kumpanija li twettaq din il-prattika tesponi lilha nfisha għal piż fiskali sostanzjali. Il-Kummissjoni tosserva li dan ir-raġunament fil-fatt jiffavorixxi l-allegazzjoni tal-kwerelant li minħabba l-piż fiskali sinifikanti li jirriżulta mill-ħlas tat-taxxa mid-dħul tiegħu stess, każinò privat fir-realtà ma jistax jaffordja li jippermetti ammissjoni mingħajr ħlas; b'hekk hija ssaħħaħ l-argument li hemm vantaġġ għall-każinojiet bi prezzijiet orħos.

(77)

Il-Greċja argumentat ukoll li peress li l-każinojiet iżommu 20 % tal-prezz tal-ammissjoni mhux ugwali, il-vantaġġ jingħata lill-każinojiet li jimponu prezz ogħla, li jiżguraw dħul nett ta’ EUR 3, meta mqabbel mal-EUR 1,20 miksuba mill-każinojiet pubbliċi. Dan l-argument huwa qarrieqi, peress li jinjora żewġ fatti essenzjali għal ftehim xieraq tal-effetti antikompetittivi reali tal-miżura. Min-naħa waħda, il-fatt li l-awtoritajiet iffissaw il-prezzijiet tal-biljetti, inkluża t-taxxa tal-ammissjoni, fuq livell aktar baxx għal ċerti każinojiet, jagħmel lil dawk il-każinojiet aktar attraenti għall-klijenti, u din (i) tnaqqas id-domanda mill-mudell li jipprevali kieku l-każinojiet kellhom jikkompetu biss fuq il-merti tagħhom stess, fuq il-bażi tal-ambitu individwali u l-kwalità tas-servizzi offruti, u (ii) jekk il-punti l-oħra jkunu l-istess, iżid b'mod artifiċjali n-numru ta’ ammissjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, kif spjegat qabel, id-dħul mill-ammissjonijiet huwa biss proporzjon limitat tad-dħul totali li klijent attirat minn każinò jiġġenera għall-impriża, u li l-każinojiet ikollhom iħallsu t-taxxa tal-ammissjoni minnu.

(78)

Fl-aħħar nett, il-fatt li d-diskriminazzjoni fiskali tagħti vantaġġ huwa rikonoxxut mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti nfushom. Kif irrappurtaw l-awtoritajiet Griegi, il-każinò ta’ Tessaloniki huwa awtorizzat li jimponi prezz orħos tal-ammissjoni, u li jħallas inqas taxxa, fuq il-bażi ta’ Digriet Leġiżlattiv tal-1953 fejn l-impriżi stabbiliti b'kapital barrani għandhom jiġu awtorizzati li jużaw l-aktar trattament favorevoli mogħti lill-impriżi domestiċi. Għalkemm l-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-iskema in kwistjoni mhix vantaġġjuża, huma madankollu japplikaw din il-leġiżlazzjoni għall-każinò ta’ Tessaloniki minħabba li dan jirrappreżenta l-aktar trattament favorevoli mogħti lill-impriżi domestiċi, b'kuntrast ma’ dak aktar oneruż applikat għal każinojiet privati oħra.

(79)

Alternattivament, l-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès jiġbdu l-attenzjoni għal differenzi oħra bejn każinojiet f'termini ta’ miżuri fiskali jew regolatorji, li jgħidu li jiffavorixxu lill-kwerelant, Loutraki, u b'hekk ipattu għal kwalunkwe vantaġġi li jgawdu l-benefiċjarji bħala riżultat tal-prezz orħos tal-ammissjoni (54); il-Kummissjoni tosserva li l-allegazzjoni li miżura waħda (differenza fit-tassazzjoni ġenerali) għandha tpatti għall-oħra (differenza fil-prezzijiet tal-biljetti tal-ammissjoni u t-taxxa speċifika imposta fuqhom) ma tistax tiġi aċċettata bħala argument għall-fehma li l-miżura evalwata ma tikkostitwixxix għajnuna. Fi kwalunkwe każ, kif diġà ssemma, dawn l-aspetti huma differenti mill-miżura evalwata, u jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni (ara l-paragrafu 46).

(80)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura evalwata, jiġifieri d-diskriminazzjoni fiskali ġġenerata mill-effett konġunt ta’ taxxa ta’ ammissjoni uniformi applikata għall-prezzijiet regolati mhux ugwali, tagħti vantaġġ lill-każinojiet bi prezzijiet orħos.

V.1.2   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(81)

Il-vantaġġ msemmi hawn fuq huwa attribwibbli lill-Istat u ffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat.

(82)

Kif spjegat qabel, id-diskriminazzjoni fiskali hija r-riżultat ta’ serje ta’ atti amministrattivi, digrieti u regolamenti adottati mill-Istat Grieg, inklużi b'mod partikolari: il-Liġi 2206/1994; id-deċiżjoni ministerjali tal-1995; il-Liġi 3139 tat-30 ta’ April 2003; id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953; id-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT (ġestjoni tal-każinojiet pubbliċi) maħruġa skont il-Liġi 1624/1951 u d-Digriet 4109/1960, jiġifieri d-deċiżjoni tal-EOT 535633 tal-21 ta’ Novembru 1991, li tistabbilixxi l-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Mont Parnès għal GRD 2 000, u d-deċiżjoni tal-EOT 508049 tal-24 ta’ Marzu 1992, li tistabbilixxi l-prezz tal-ammissjoni għall-każinojiet ta’ Korfù u Rodi għal GRD 1 500 (fil-każ ta’ Korfù dan ġie aġġustat aktar tard għal GRD 2 000 permezz tad-deċiżjoni 532691 tal-24 ta’ Novembru 1997); u l-liċenzji mogħtija lil kull każinò skont il-liġi nazzjonali, li jikkonfermaw il-prezz rispettiv tal-ammissjoni u l-obbligu li jitħallas 80 % tal-prezz applikabbli fil-każinò partikolari.

(83)

Barra minn hekk, id-diskriminazzjoni fiskali hija ffinanzjata permezz tar-riżorsi Statali. Jekk l-Istat jirrinunzja dħul li kieku kien jiġbor mingħand impriża f'ċirkostanzi normali, il-miżura rilevanti hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi Statali.

(84)

F'termini fiskali, il-vantaġġ mogħti lill-każinojiet pubbliċi f'dan il-każ jirriżultaw mit-tnaqqis artifiċjali tal-bażi tat-taxxa li fuqha tiġi imposta t-taxxa ta’ 80 % tal-biljett tal-ammissjoni, minn valur nominali ġenerali ta’ EUR 15 ta’ biljett tal-ammissjoni għal EUR 6 fil-każinojiet pubbliċi.

(85)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis diskriminatorju fil-bażi tat-taxxa ta’ dan it-tip iwassal għal telf fid-dħul fiskali lill-Istat, li huwa ekwivalenti għal konsum tar-riżorsi Statali għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (55). F'termini ġenerali, fil-każ evalwat l-Istat Grieg jirrinunzja dħul fiskali mill-każinojiet pubbliċi li jammontaw għal EUR 7,20 għal kull ammissjoni, li hija d-differenza bejn taxxa ta’ EUR 12 għal kull ammissjoni li jintbagħtu lill-Istat mill-każinojiet privati u t-taxxa ta’ EUR 4,80 għal kull ammissjoni li jintbagħtu lill-Istat mill-każinojiet pubbliċi. Fl-evalwazzjoni ta’ vantaġġ mogħti lil kull każinò benefiċjarju, madankollu, jistgħu jitqiesu ċerti aġġustamenti (spjegati aktar fit-Taqsima V.4, “Il-kwantifikazzjoni u l-irkupru”: b'mod partikolari, jidher li sas-sena 2000 Mont Parnès u Korfù ma ħallsu l-ebda taxxa ta’ ammissjoni lill-Istat, biex b'hekk f'dak il-każ il-vantaġġ huwa ekwivalenti għat-taxxa ta’ EUR 12 għal kull ammissjoni mibgħuta lill-Istat mill-każinojiet privati).

(86)

Il-Greċja argumentat li, peress li l-każinojiet li jimponu prezz orħos jistgħu b'hekk jattiraw aktar klijenti, m'hemm l-ebda ċertezza li l-Istat jirrinunzja dħul. Il-Greċja ssostni li l-miżura għalhekk ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(87)

Kif diġà ssemma fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni ma taċċettax dan l-argument. B'mod konformi mal-prattika preċedenti tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li tnaqqis fit-taxxa rigward ċerti persuni taxxabbli jista' jiġġenera żieda fil-livell globali tad-dħul miġbur permezz ta’ dik it-taxxa mhux neċessarjament ifisser li l-miżura mhix iffinanzjata mir-riżorsi Statali (56).

(88)

L-argument tal-awtoritajiet Griegi huwa żbaljat peress li l-punt ta’ referenza li bih jiġu ttestjati l-effetti tad-diskriminazzjoni fiskali fuq il-baġit tal-Istat huwa ppreġudikat mill-vantaġġ mibni fil-miżura. Fir-raġunament tagħhom l-awtoritajiet Griegi kkunsidraw l-effett dinamiku ta’ tnaqqis fil-prezz, li jista' jżid id-domanda u eventwalment it-taxxa miġbura, peress li t-taxxa miġbura hija proporzjonata għan-numru ta’ ammissjonijiet. Iżda dan il-paragun huwa difettuż, għaliex hija l-inugwaljanza maħluqa mill-vantaġġ stess, jiġifieri l-fatt li hemm prezz orħos u għalhekk piż fiskali inqas għal kull ammissjoni, li jwassal għal żieda fid-domanda.

(89)

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Griegi ma pprovdew l-ebda prova li d-dħul totali mit-taxxa tal-biljett tal-ammissjoni fuq il-każinojiet huwa massimizzat minn dak il-mudell ta’ prezzijiet mhux ugwali. Kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi r-raġunament li tnaqqis fil-prezz tal-ammissjoni għal EUR 6 jipproduċi żieda fit-taxxa miġbura, id-dħul tat-taxxa jiġi massimizzat jekk il-biljetti kollha tal-ammissjoni jkunu jiswew EUR 6 fil-każinojiet kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jikkontradixxi l-allegazzjoni Griega li dan il-punt jintlaħaq bħala riżultat tad-diskriminazzjoni fiskali li tirriżulta mill-prezzijiet mhux ugwali.

(90)

Għalhekk, il-vantaġġ ikkontestat huwa ffinanzjata minn riżorsi Statali.

V.1.3   Selettività

(91)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat miżura għandha tkun speċifika jew selettiva, fis-sens li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”.

(92)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (57), “F'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni tal-kundizzjoni ta’ selettività, li tikkostitwixxi parti mill-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Artikolu 87(1) tal-KE (issal-Artikolu 107(1) tat-TFUE) jimponi li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta’ natura li tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi meta mqabbla ma’ oħrajn, li jkunu, fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli” (58). Il-Qorti ddeċidiet ukoll f'bosta okkażjonijiet li l-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kawżi jew l-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat, iżda jiddefinihom skont l-effetti tagħhom (59). Skont il-prattika proprja tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza tal-UE fil-kawżi fiskali, il-vantaġġ selettiv involut jista' joħroġ minn eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet fiskali ta’ natura leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva jew minn prattika diskrezzjonali min-naħa tal-awtoritajiet fiskali. Madankollu, in-natura selettiva tal-miżura tista' tiġi ġġustifikata minn “natura jew skema ġenerali tas-sistema”, f'liema każ il-miżura tista' tkun meqjusa li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (60).

(93)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li fil-każ evalwat is-sistema fiskali ġenerali hija s-sistema li fil-prinċipju tapplika għall-każinojiet kollha u li hija stipulat fil-Liġi 2206/1994 u fid-deċiżjoni ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-1995 (punt ikkonfermat mill-awtoritajiet Griegi, ara l-paragrafu 19).

(94)

Fit-tieni nett, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura in kwistjoni tikkostitwixxi tluq mis-sistema fiskali ġenerali. Kif ikkonfermat mill-awtoritajiet Griegi, id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-każinojiet pubbliċi (u l-każinò privat ta’ Tessaloniki) huma meqjusa bħala eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-1995 (ara l-paragrafi 19 ff. ta’ hawn fuq).

(95)

Il-Kummissjoni tindika li r-rekwiżit li jitħallas lura t-80 % tal-prezz tal-ammissjoni ma kienx japplika għall-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù sal-2003. Kif innutat qabel, ir-rekwiżit beda japplika għall-każinojiet ta’ Tessaloniki u Rodi meta dawn ġew liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994, Tessaloniki fl-1995 u Rodi fl-1996. Il-prezz tal-ammissjoni baqa' ta’ EUR 6 sal-lum il-ġurnata fil-każ ta’ Mont Parnès u Tessaloniki, u baqa' l-istess ta’ EUR 6 sal-privatizzazzjoni f'Awwissu 2010 fil-każ ta’ Korfù u fl-1999 fil-każ ta’ Rodi. Madankollu, kemm ir-rekwiżit li jitħallas lura t-80 % u l-prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 15 kienu vinkolanti fuq każinojiet oħra mill-1995 u ġew applikati hekk.

(96)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura hija selettiva.

(97)

Fit-tielet nett, il-Kummissjoni tosserva li l-karattru selettiv ta’ miżura jista' jkun ġustifikat minn “natura jew skema ġenerali tas-sistema”, jiġifieri mill-punt sa fejn l-eċċezzjonijiet għas-sistema fiskali jew differenzazzjonijiet fis-sistema joħorġu direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida tas-sistema fl-Istat Membru kkonċernat (dan huwa t-tielet pass tal-analiżi tas-selettività). Il-Kummissjoni, b'mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, tqis li miżuri li jintroduċu differenzazzjoni bejn l-impriżi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat meta dik id-differenzazzjoni tirriżulta minn natura u skema ġenerali tas-sistema ta’ ħlasijiet li jifformaw parti minnhom (61). Din il-ġustifikazzjoni fuq il-bażi tan-natura jew l-istruttura globali tas-sistema fiskali tirrifletti l-konsistenza ta’ miżura fiskali speċifika bil-loġika interna tas-sistema fiskali ġenerali. Madankollu, il-prattika tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti ħadu approċċ restrittiv ħafna għall-ġustifikazzjoni ta’ dan it-tip. Ir-raġunijiet invokati għandhom ikunu inerenti fis-sistema fiskali.

(98)

L-awtoritajiet Griegi ddikjaraw li ċ-ċirkustanzi individwali ta’ kull każinò huma differenti, u li l-prezzijiet tal-ammissjoni huma stabbiliti fid-dawl ta’ dawk iċ-ċirkustanzi, filwaqt li jitqies li l-għan huwa li jiġi stabbilit prezz li jiskoraġġixxi lill-persuni bi introjtu baxx mil-logħob tal-azzard.

(99)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dawn l-argumenti. L-argument li l-livell tal-prezz huwa milħuq u ġġustifikat fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ kull każinò individwali, filwaqt li jitqies li l-għan huwa li l-persuni b'introjtu baxx jiġu skoraġġuti mil-logħob tal-azzard, ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-fatt li l-każinojiet ta’ Mont Parnès u Tessaloniki, li japplikaw prezz ta’ EUR 6, huma t-tnejn qrib ċentri ewlenin tal-popolazzjoni. Lanqas ma jista' jiġi rrikonċiljat mad-dispożizzjoni li espressament tippermetti li l-klijenti jiġu ammessi mingħajr ħlas, sakemm 80 % tal-prezz madankollu jintbagħat lill-Istat.

(100)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li mhuwiex evidenti għala dan il-prezz orħos huwa meħtieġ fil-każ ta’ dawn il-każinojiet partikolari u mhux fil-każ ta’ oħrajn. L-awtoritajiet Griegi ma spjegawx il-kalkolu ekonomiku għall-iffissar tal-prezz orħos tal-ammissjoni għal EUR 6 pjuttost milli fuq xi livell intermedjarju ieħor, jew, jekk wieħed jassumi li hemm fil-fatt ċirkostanzi speċifiċi - li skont il-Greċja jikkonsistu l-aktar fis-sitwazzjoni ġeografika tal-każinò partikolari - għaliex il-każinojiet benefiċjarji kollha huma obbligati li jimponu l-istess prezz tal-ammissjoni (bħala regola ġenerali, ara hawn fuq), pjuttost milli prezz adattat għas-sitwazzjoni individwali tagħhom. Pereżempju, jekk jiġi argumentat li l-prezz orħos tal-ammissjoni huwa ġġustifikat minn fatturi speċifiċi għas-sitwazzjoni ġeografika ta’ kull wieħed mill-każinojiet, dak ir-raġunament mhux se japplika fi kwalunkwe każ għall-każinò ta’ Tessaloniki, li jidher li jgawdi dan it-trattament mhux b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ġeografika tiegħu, iżda b'kunsiderazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-impriżi li jitwaqqfu b'kapital barrani l-aktar trattament favorevoli applikabbli għall-impriżi nazzjonali. Għalhekk permezz tal-iffissar tal-prezz tal-ammissjoni għall-każinò ta’ Tessaloniki, is-sitwazzjoni ġeografika tiegħu ma jidher li kienet ikkunsidrata f'ebda ħin. Bħala eżempju ieħor, il-każinò ta’ Korfù beda jimponi ħlas ta’ EUR 15 għall-ammissjoni wara li ġie pprivatizzat f'Awwissu 2010. L-awtoritajiet Griegi ma spjegawx b'mod sodisfaċenti għaliex iċ-ċirkustanzi speċjali msemmija hawn fuq issa m'għadhomx japplikaw, u għaliex il-prezz orħos għall-biljetti tal-ammissjoni konsegwentement ma baqax ikun meħtieġ.

(101)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li n-natura selettiva tal-miżura evalwata mhix iġġustifikata minn natura jew skema ġenerali tas-sistema. Il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkontestata tinkludi element ta’ diskriminazzjoni fl-għamla ta’ tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, li jirriżulta f'vantaġġ fiskali li hu ta’ benefiċċju għall-każinojiet stabbiliti individwalment, u li din id-diskriminazzjoni mhix ġustifikata bil-loġika tas-sistema fiskali rilevanti ġenerali fil-Greċja.

(102)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterju tas-selettività għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa sodisfatt.

V.1.4   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ

(103)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Indipendentement mill-istatus legali jew is-sorsi finanzjarji tal-benefiċjarju, dan il-kriterju jippresupponi li l-benefiċjarju tal-miżura jwettaq attività ekonomika.

(104)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “Għall-finijiet tal-kategorizzazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat ipprojbita, huwa meħtieġ, li ma jiġix stabbilit li l-għajnuna jkollha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li l-kompetizzjoni fil-fatt qed tiġi mfixkla, iżda li jiġi eżaminat biss jekk dik l-għajnuna tistax taffettwa tali kummerċ u tfixkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu f'kummerċ intrakomunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li jiġu affettwati minn dik l-għajnuna. Barra minn hekk, mhuwiex meħtieġ li l-impriża benefiċjarja nfisha tkun involuta fil-kummerċ intrakomunitarju. Għajnuna mogħtija minn Stat Membru lil impriża tista' tgħin biex iżżomm jew iżżid l-attività domestika, bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom inqas ċans li jippenetraw is-suq tal-Istat Membru kkonċernat” (62). Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita (63), sabiex miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa biżżejjed li min jirċievi l-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni fis-suq intern (64). Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ġurispridenza huma sodisfatti hawn, għar-raġunijiet li ġejjin.

(105)

Il-miżura kkontestata tnaqqas it-taxxi li l-benefiċjarji jkollhom iħallsu, meta mqabbla mal-każinojiet l-oħra fil-Greċja, u b'hekk il-pożizzjoni kumparattiva finanzjarja tagħhom issir aktar b'saħħitha u l-profittabbiltà tal-investimenti tagħhom tikber aktar milli kieku kienu bbażati biss fuq il-merti tagħhom stess.

(106)

Kif diġà ssemma, hija ġurisprudenza stabbilita li l-kriterju li l-għajnuna għandha tkun kapaċi taffettwa l-kummerċ huwa sodisfatt jekk il-kumpanija li tirċievi twettaq attività ekonomika li tinvolvi kummerċ bejn Stati Membri. Sabiex issir il-konklużjoni li l-kummerċ intra-Ewropew huwa affettwat, huwa biżżejjed li l-għajnuna għandha ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpanija meta mqabbla ma’ dik ta’ kumpaniji oħra li jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Ewropew. L-għajnuna tista' tkun ta’ ammont relattivament żgħir, il-benefiċjarju jista' jkollu daqs moderat jew is-sehem tiegħu fis-suq Ewropew jista' jkun żgħir ħafna, u jista' jkun li l-benefiċjarju ma jesportax, jew jesporta prattikament il-produzzjoni kollha tiegħu barra mis-suq Ewropew: xejn minn dan ma jbiddel il-konklużjoni (65).

(107)

Il-Greċja sostniet li l-post tal-każinojiet u d-distanzi bejniethom ifissru li kull wieħed minnhom iservi xi suq lokali, u għalhekk il-miżura ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, skont il-ġurisprudenza, m'hemm l-ebda limitu li jiddetermina l-effett attwali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u dan il-kriterju għall-applikabbiltà tal-Artikolu 107(1) konsegwentement ma jiddependix fuq il-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi pprovduti jew fuq l-iskala tal-qasam ta’ attività kkonċernata (66).

(108)

Il-Greċja argumentat ukoll li s-suq tal-logħob tal-azzard mhuwiex armonizzat bejn l-Istati Membri, li għalhekk huma liberi li jirregolawh fil-livell nazzjonali. Il-Greċja tikkwota l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippermetti restrizzjoni tas-suq uniku għas-servizzi tal-logħob tal-azzard sabiex il-konsumaturi jiġu protetti mill-frodi u l-kriminalità (67).

(109)

Il-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-Istati Membri biex jiddeterminaw l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-azzard, sakemm kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-libertà sabiex jiġu pprovduti servizzi jkunu adattati biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti, ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, u jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju. Madankollu, il-Kummissjoni ma taqbilx li jirriżulta li l-miżura in kwistjoni ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni u m'għandha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(110)

L-operaturi fl-industrija huma ta’ spiss gruppi ta’ lukandi internazzjonali (68), f'kompetizzjoni ma’ xulxin, li d-deċiżjonijiet tagħhom biex jinvestu f'każinojiet jew faċilitajiet oħra tal-lukandi jistgħu jiġu affettwati mill-miżura, peress li din tagħmel impatt fuq il-profittabbiltà kumparattiva tal-gruppi u l-investimenti tagħhom. Il-każinojiet ta’ spiss jinsabu f'destinazzjonijiet turistiċi, li jindika li l-preżenza ta’ każinò tista' taġixxi bħala attrazzjoni biex it-turisti jżuru il-Greċja. Il-ministeru responsabbli għall-każinojiet fil-Greċja huwa l-Ministeru tat-Turiżmu. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li hemm xi mobbiltà transkonfinali tal-klijenti. U s-servizzi tal-każinojiet joperaw f'ambjent transkonfinali - pereżempju, il-każinojiet jipprovdu servizzi bħal dawn fuq bastimenti tal-kruċiera li jgħaqqdu lill-Italja u l-Greċja u destinazzjonijiet oħra. B'mod aktar ġenerali, il-persuni li jixtiequ jilagħbu l-logħob tal-azzard jistgħu jagħżlu bejn il-logħob fil-każinò u l-logħob onlajn. Il-logħob tal-azzard onlajn huwa negozju internazzjonali, u dawk li jilagħbu fil-Greċja jista' jkollhom aċċess għal servizzi ta’ dan it-tip ipprovduti fi Stati Membri oħra. Fil-fatt il-logħob tal-azzard onlajn kien is-suġġett tas-sentenza msemmija mill-Greċja (ara l-paragrafu 108). L-awtoritajiet Griegi kkontestaw il-possibiltà ta’ kompetizzjoni ma’ forom oħrajn ta’ logħob tal-azzard imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ, filwaqt li indikaw li l-logħob tal-azzard fuq l-Internet attwalment huwa illegali fil-Greċja. Madankollu, minkejja l-qagħda legali attwali fil-Greċja, l-awtoritajiet Griegi stess irrikonoxxew li l-logħob tal-azzard fuq l-Internet kiber “bi proporzjonijiet inkontrollabbli” (69). Għandha ssir referenza wkoll għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-65/05 (il-Kummissjoni vs il-Greċja), fejn il-Qorti ddeċidiet li l-Liġi 3037/2002, li mmirat li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard fuq l-Internet fil-Greċja, ammontat għal ostaklu mhux iġġustifikat għal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà għall-provvista ta’ servizzi (70).

(111)

Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika globali taffettwa d-drawwiet tal-konsumatur u l-introjtu disponibbli għal finijiet ta’ divertiment bħall-użu ta’ servizzi tal-każinojiet. F'dan il-kuntest partikolari, differenzazzjoni fil-prezzijiet tal-ammissjoni għandha impatt ta’ distorsjoni saħansitra akbar fuq l-għażliet magħmula mill-konsumaturi, u għalhekk hija saħansitra aktar probabbli li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-każinojiet.

(112)

L-awtoritajiet u Mont Parnès argumentaw li anke kieku kellu jiġi aċċettat li l-prezz imnaqqas tal-ammissjoni ta’ EUR 6 seta' influwenza jew jista' jinfluwenza d-deċiżjoni ta’ kumpanija barranija jekk tinvestix jew le f'każinò fil-Greċja, il-kumpanija barranija dejjem tkun tista' tapprofitta mid-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953; il-Kummissjoni tosserva li l-applikazzjoni tad-Digriet mhix awtomatika, u fil-fatt tippermetti li t-trattament aktar favorevoli tal-każinojiet benefiċjarji (jiġifieri l-prezz orħos tal-ammissjoni ta’ EUR 6) jingħata lil impriżi oħra wkoll. Dik il-miżura għalhekk kapaċi xxerred aktar id-diskriminazzjoni fiskali evalwata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li għalkemm id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 seta' ġie invokat minn każinojiet oħra kieku daħħlu kapital minn barra u ppreżentaw applikazzjoni fil-ħin, l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għal regoli arbitrarji speċifiċi li jagħmluha miżura selettiva. L-uniku eżempju ieħor ta’ applikazzjoni potenzjali tal-Liġi li tkun tressqet quddiem il-Kummissjoni kien jikkonċerna l-każinò f'Syros, li ressaq applikazzjoni, iżda din ġiet irrifjutata peress li kienet tressqet wara li l-kapital barrani ġie importat u mhux qabel.

(113)

Barra minn hekk, meta l-każinò ta’ Mont Parnès ġie privatizzat, il-kuntratt tal-bejgħ ipprovda speċifikament għall-possibbiltà ta’ liċenzja għal każinò ieħor fl-istess reġjun. B'mod ċar, il-probabbiltà ta’ investiment f'dik l-operazzjoni tkun tiddependi fuq it-termini tal-kompetizzjoni mal-operatur eżistenti. Peress li ma jistax jiġi eskluż li l-każinojiet jistgħu jkunu qed jikkompetu ma’ kumpaniji simili fi Stati Membri oħra, dan ir-rekwiżit tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għandu jiġi kkunsidrat bħala sodisfatt.

(114)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura kkontestata tista' tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri billi potenzjalment ittejjeb il-kundizzjonijiet operattivi tal-benefiċjarji, li huma direttament involuti f'attivitajiet ekonomiċi, u huma responsabbli biex iħallsu din it-taxxa fuq l-ammissjonijiet fil-każinojiet tal-Greċja.

V.1.5   Konklużjoni

(115)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji għall-eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE huma sodisfatti, u li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur il-każinojiet bi prezz orħos tal-ammissjoni. Dawn il-każinojiet huma ta’ Mont Parnès, Korfù, Tessaloniki u Rodi. Il-Kummissjoni tifhem li l-każinò ta’ Rodi m'għadux benefiċjarju, peress li waqaf jimponi prezz orħos tal-ammissjoni meta ġie privatizzat f'April 1999. Il-Kummissjoni tqis li la l-awtoritajiet Griegi u lanqas Mont Parnès ma ppreżentaw argumenti suffiċjenti biex ibiddlu din il-konklużjoni.

V.2   Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna

(116)

Kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura ma tikkwalifikax għal kwalunkwe mill-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 106 jew 107 tat-TFUE.

(117)

Il-Greċja sa issa sostniet li m'hemm l-ebda għajnuna mill-Istat involuta, u ma offriet l-ebda argument biex turi għaliex kwalunkwe għajnuna tista' tkun kumpatibbli.

(118)

Kif spjegat qabel, il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw il-logħob tal-azzard fit-territorju tagħhom suġġett għal-liġi tal-UE, u taċċetta li regolament ta’ dan it-tip, maħsub biex jikkontrolla u jiskoraġixxi l-logħob tal-azzard, huwa għan leġittimu ta’ politika pubblika. Madankollu, anke kieku dan kien tassew l-għan tal-għajnuna, il-Kummissjoni ma temminx li dan jista' jinkludi fih l-ambitu tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Iżda fi kwalunkwe każ, kif ġie indikat hawn fuq, l-argument li l-miżura għandha l-għan li tiskoraġixxi l-logħob tal-azzard ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-fatt li l-każinojiet li jimponu prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 6 jinkludu dawk l-eqreb għaċ-ċentri prinċipali tal-popolazzjoni fil-Greċja. Lanqas ma jista' jiġi rrikonċiljat mad-dispożizzjoni espliċita li tippermetti li l-każinojiet idaħħlu lill-klijenti mingħajr ma jimponu ħlas sakemm jintbagħat madankollu 80 % tal-prezz lill-Istat.

(119)

L-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE, għall-għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali, għajnuna biex tikkumpensa ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali u għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma japplikawx f'dan il-każ.

(120)

L-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 107(3)(a), li tawtorizza għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku f'żoni fejn il-livell ta’ għajxien huwa baxx b'mod anormali jew fejn hemm qgħad serju, ma tapplikax anqas, peress li l-miżura evalwata ma tiddependix fuq il-fatt li l-benefiċjarji jwettqu kwalunkwe tip ta’ attività fir-reġjuni li huma f'ċirkostanzi speċjali (71).

(121)

Bl-istess mod, il-miżura kkontestata ma tistax titqies bħala li tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġett ta’ interess Ewropew komuni jew tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija tal-Greċja, kif previst fl-Artikolu 107(3)(b). Lanqas m'għandha l-għan li tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt kif stipulat fl-Artikolu 107(3)(d).

(122)

Il-miżura kkontestata fl-aħħar għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c), li jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni. Madankollu, għandu jiġi indikat li l-miżura kkontestata ma taqa' fl-ebda wieħed mill-każijiet fejn il-Kummissjoni aċċettat li japplika dan il-punt, jew f'xi waħda mil-linji gwida jew oqfsa li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi li fihom ċerti tipi ta’ għajnuniet jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern.

(123)

Il-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li artifiċjalment issaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ ċerti impriżi fir-rigward ta’ impriżi simili oħra u li ma tkunx tiddependi fuq il-prestazzjoni mill-benefiċjarji ta’ kwalunkwe azzjoni speċifika mmirata lejn il-kisba ta’ għanijiet politiċi ta’ interess komuni.

(124)

B'mod partikolari, il-vantaġġ mogħti mill-miżura kkontestata mhuwiex relatat mal-investiment, il-ħolqien tax-xogħol jew proġetti speċifiċi. Huwa sempliċiment inaqqas il-ħlasijiet tal-impriżi konċernati li normalment jitħallsu minn impriżi simili, u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala għajnuna operattiva. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna operattiva ma tissodisfax it-testijiet tal-Artikolu 107(3)(c), peress li tfixkel il-kompetizzjoni fis-setturi li fihom tingħata u fl-istess ħin mhix kapaċi, min-natura tagħha, li tikseb ebda wieħed mill-għanijiet stabbiliti f'din id-dispożizzjoni (72). Għalkemm b'mod eċċezzjonali tali għajnuna tista' tingħata f'reġjuni li huma eliġibbli skont l-eżenzjoni fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, u għalkemm ċerti reġjuni tal-Greċja huma għalhekk eliġibbli, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk it-testijiet li jistgħu jippermettu li tali għajnuna operattiva tiġi kkunsidrata kompatibbli humiex sodisfatti f'dan il-każ. Fil-prattika standard tal-Kummissjoni, tali għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern, peress li ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ kwalunkwe attivitajiet jew oqsma ekonomiċi, mhix limitata biż-żmien, mhuwa ppjanat l-ebda tnaqqis gradwali, u mhix proporzjonata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinstab rimedju fi żvantaġġ ekonomiku speċifiku taż-żoni kkonċernati.

(125)

Għandu jiġi konkluż li l-miżura evalwata mhix kumpatibbli mas-suq intern.

V.3   Il-legalità tal-għajnuna

(126)

Kif iddikjarat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-ewwel atti li jipproduċu d-diskriminazzjoni fiskali bejn il-każinojiet jibdew mill-1994 u 1995, u l-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat jekk il-miżura fl-intier tagħha tikkostitwixxix “għajnuna eżistenti” fis-sens tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE.

(127)

Il-diskriminazzjoni fiskali ġiet introdotta illegalment - jiġifieri, għall-finijiet ta’ għajnuna mill-Istat tal-Liġi tal-UE - fl-1995, meta l-awtoritajiet Griegi għażlu li jippermettu li ċerti każinojiet ikunu eżenti mir-regola ġenerali li tirriżulta mil-Liġi 2206/1994 u d-deċiżjoni ministerjali tal-1995. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Griegi ppermettew li l-każinojiet pubbliċi ta’ Mont Parnès, Korfù u Rodi jkomplu japplikaw prezz orħos tal-ammissjoni ta’ EUR 6 minflok il-prezz standard ta’ EUR 15, u fl-1995 huma wkoll taw speċifikament dan it-trattament aktar vantaġġuż lill-każinò ta’ Tessaloniki skont id-digriet leġiżlattiv dwar il-kapital barrani tal-1953. Il-livell standard ta’ EUR 15 ġie impost u effettivament rispettat mill-ħames każinojiet privati l-oħra li ġew stabbiliti u liċenzjati skont il-Liġi 2206/1994 mill-1995. Skont il-Liġi 3139/2003, barra minn hekk, il-prezz orħos għal ammissjoni ta’ EUR 6 inżamm speċifikament għall-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù, bl-effett li d-diskriminazzjoni fiskali ġiet imtawla illegalment u kkonfermata. Il-każinò Tessaloniki jibbenefika bħala riżultat tad-diskriminazzjoni peress li jingħata l-istess trattament bħal dak ta’ Mont Parnès u Korfù, li ġie kkonfermat mid-Digriet Presidenzjali 290/1995, maħruġ skont il-Liġi tal-1953, kif spjegat aktar kmieni. L-arranġamenti applikati għal Tessaloniki huma marbuta mill-qrib ma’ dawk applikati għal Mont Parnès u Korfù. L-awtoritajiet Griegi rrappurtaw li wara l-1995, tqajmet il-kwistjoni tal-prezz tal-ammissjoni, u l-maniġer tal-każinò ta’ Tessaloniki talab li l-prezz ta’ Tessaloniki jiġi stabbilit fl-istess livell bħal dak ta’ Mont Parnès, jiġifieri EUR 6; wara li nkisbet opinjoni mill-Kunsill Legali tal-Istat (opinjoni 631/1997), din it-talba ġiet aċċettata (73). Għalhekk, wieħed jista' jassumi, li jekk it-trattament ta’ Mont Parnès u Korfù nbidel fl-2003, sabiex kellhom jimponu l-prezz ta’ EUR 15, it-trattament tal-każinò ta’ Tessaloniki kien jinbidel ukoll. Iżda dan ma seħħx, u skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, inżammet id-diskriminazzjoni fiskali.

(128)

L-ebda waħda mill-miżuri li huma ta’ benefiċċju għal każinojiet partikolari li huma deskritti hawn fuq ma ġew qatt notifikati jew approvati mill-Kummissjoni, ċertament mhux taħt ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

(129)

L-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (74), jiddikjara li l-poteri tal-Kummissjoni biex tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda fil-ġurnata li fiha tingħata l-għajnuna illegali lill-benefiċjarju, bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna taħt skema ta’ għajnuna. Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa interrott minn kwalunkwe azzjoni meħuda rigward l-għajnuna illegali mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni. Kull interruzzjoni tibda l-ħin mill-ġdid. Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa sospiż sakemm deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun suġġett tal-proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Kwalunkwe għajnuna li l-perjodu ta’ limitazzjoni tagħha jkun skada hija meqjusa bħala “għajnuna eżistenti”. Madankollu, skont l-Artikolu 1(c) tal-istess Regolament, kwalunkwe tibdil f'“għajnuna eżistenti” jikkostitwixxi “għajnuna ġdida”.

(130)

Il-Kummissjoni tosserva li skont il-ġurisprudenza tal-qrati tal-UE “il-perijodu ta’ limitazzjoni previst fl-Artikolu 15 tar-regolament dwar il-proċedura tal-għajnuna mill-Istat bl-ebda mod ma jesprimi prinċipju ġenerali li bih għajnuna ġdida tiġi ttrasformata f'għajnuna eżistenti iżda sempliċement jipprekludi l-irkupru ta’ għajnuna stabbilita aktar minn 10 snin qabel l-ewwel interventi tal-Kummissjoni” (75).

(131)

F'dan il-każ il-Kummissjoni ma ħaditx azzjoni, u lanqas Greċja ma aġixxiet fuq talba tal-Kummissjoni, sal-2009. Il-Kummissjoni aġixxiet fil-21 ta’ Ottubru 2009, meta bagħtet l-ilment lill-Greċja, u talbet lill-Greċja biex tiċċara l-kwistjonijiet li qajmet.

(132)

Konsegwentement, kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt din il-miżura fil-21 ta’ Ottubru 1999 jew wara (li huwa għaxar snin qabel il-ġurnata li fiha l-Kummissjoni bagħtet l-ilment lill-Istat Grieg u talbet informazzjoni) hija għajnuna ġdida u illegali, li ġiet implimentata mingħajr notifika minn qabel jew deċiżjoni tal-Kummissjoni, suġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali rigward l-irkupru, kif spjegat f'aktar dettall hawn taħt.

V.4   Il-kwantifikazzjoni u l-irkupru

(133)

Il-miżura kkontestata ġiet implimentata mingħajr ma ġiet innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għalhekk, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali.

(134)

L-Artikolu 14 tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jiddikjara li meta l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment tinstab li hija inkompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi. L-irkupru tal-għajnuna huwa maħsub biex jirrestawra l-pożizzjoni kompetittiva li kienet teżisti qabel ma ngħatat l-għajnuna safejn ikun possibbli. L-ebda argument imqajjem mill-awtoritajiet Griegi jew minn Mont Parnès ma jiġġustifika nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-prinċipju bażiku.

(135)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprevedi li “Il-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-Liġi tal-Komunità”. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prattika deċiżjonali proprja tal-Kummissjoni stipulaw b'mod partikolari li l-irkupru tal-għajnuna jikser prinċipju ġenerali tal-Liġi tal-UE jekk bl-azzjonijiet tagħha l-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarju li l-għajnuna ngħatat skont il-Liġi tal-UE (76).

(136)

Fis-sentenza tagħha fil-Forum 187  (77), il-Qorti ddikjarat li “d-dritt li jistrieħ fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jestendi għal kull persuna f'sitwazzjoni fejn awtorità tal-Komunità tkun ikkawżat li din ikollha aspettattivi li huma ġustifikati. Madankollu, ħadd ma jista' jinvoka ksur tal-prinċipju jekk ma jkunx ingħata assigurazzjonijiet preċiżi mill-amministrazzjoni. Bl-istess mod, jekk operatur ekonomiku prudenti u attent seta' jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura Komunitarja li x'aktarx taffettwa l-interessi tiegħu, huwa ma jistax juża dak il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata”.

(137)

L-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès sostnew li kwalunkwe rkupru tal-għajnuna fil-każ imur kontra l-prinċipju ta’ kunfidenza raġonevoli taċ-ċittadin, fid-dawl ta’ deċiżjoni mogħtija skont il-liġi nazzjonali mill-Kunsill Grieg tal-Istat; il-Kummissjoni tosserva li dan huwa pass nazzjonali meħud minn awtorità nazzjonali, u mhux pass meħud minn awtorità tal-UE fl-ambitu tal-ġurisprudenza msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, is-sentenza tal-Kunsill tal-Istat kienet ibbażata biss fuq il-liġi nazzjonali, u ma ddiskutiet l-ebda kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat jew il-klassifikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura bħala għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ma tistax twarrab l-irkupru fuq il-bażi ta’ dawn l-argumenti.

(138)

Il-Greċja u Mont Parnès argumentaw li Loutraki dam qabel ma ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni, u b'hekk kiser il-prinċipju li dritt m'għandux jiġi eżerċitat b'mod abbużiv; il-Kummissjoni tosserva li d-dewmien min-naħa tal-kwerelant ma jistax, fi kwalunkwe każ jimpedixxi l-irkupru ta’ għajnuna illegali, b'kont meħud tal-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali.

(139)

Il-Kummissjoni skont dan ma tistax taċċetta l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Griegi u Mont Parnès għal rinunzja eċċezzjonali ta’ rkupru.

(140)

Kif spjegat f'din id-Deċiżjoni, il-miżuri nazzjonali tal-1994 u l-1995 imponew kemm il-ħtieġa li jitħallas lura 80 % tal-valur tal-ammissjonijiet u l-prezz standard ta’ EUR 15 għall-biljetti tal-ammissjoni għall-każinojiet kollha. Madankollu, la l-ħtieġa ta’ ħlas lura ta’ 80 % u lanqas il-prezz standard ta’ EUR 15 ma kien japplika għall-każinojiet benefiċjarju, għalkemm it-tnejn applikaw għall-każinojiet oħra mill-1995 ‘l quddiem, u fil-prattika operaw minn dakinhar s'issa (il-każinojiet privati kollha ġew liċenzjati fl-1995 jew 1996,u bdew jimplimentaw il-miżura dak iż-żmien, bl-eċċezzjoni unika ta’ Tessaloniki). Peress li d-diskriminazzjoni fiskali li tirriżulta mid-differenzazzjoni fil-prezzijiet tal-biljetti tal-ammissjoni u l-ħlasijiet relatati ta’ 80 % lill-Istat fil-fatt bdew fl-1995, il-perjodu li fih l-għajnuna ġiet mogħtija jista' jitqies li beda fl-1995.

(141)

B'mod konformi mal-konklużjoni li waslet għaliha fit-Taqsima V.3, “Legalità tal-għajnuna”, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jimpedixxi l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel il-21 ta’ Ottubru 1999.

(142)

Il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkun ibbażat fuq il-fatt li, kif spjegat f'din id-Deċiżjoni (ara wkoll il-paragrafu 85), l-Istat Grieg ilu jitlef dħul mit-taxxi mill-każinojiet pubbliċi għall-ammont ta’ EUR 7,20 għal kull ammissjoni, li hija d-differenza bejn it-taxxa ta’ EUR 12 għal kull ammissjoni mibgħuta lill-Istat mill-każinojiet privati u t-taxxa ta’ EUR 4,80 għal kull ammissjoni mibgħuta lill-Istat mill-każinojiet pubbliċi.

(143)

Fil-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn kull każinò, madankollu, għandhom jitqiesu ċerti aspetti relatati mas-sitwazzjoni tal-każinò partikolari, kif spjegat hawn taħt.

Kif spjegat f'din id-Deċiżjoni, ir-rekwiżit li 80 % tal-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni jintbagħat lill-Istat, ordnat mid-deċiżjoni ministerjali tal-1995, applika għall-każinojiet ta’ Korfù u Mont Parnès mill-ġurnata li ġew liċenzjati fiha skont il-Liġi 2206/1994, jiġifieri fl-2003 skont il-Liġi 3139/2003. Madankollu, mill-aħħar tal-2000 u sakemm ġew liċenzjati fl-2003, l-ETA, fuq bażi volontarja, bdiet tibgħat lill-Istat 80 % tal-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni (il-prezz huwa ta’ EUR 6) (78). Minn din l-informazzjoni, li ġiet provduta mill-awtoritajiet Griegi, u bla ħsara għal kwalunkwe osservazzjonijiet oħra li l-awtoritajiet Griegi jistgħu jixtiequ li jagħmlu (li jikkonfermaw jew jikkontradixxu dan ta’ hawn fuq), jista' jiġi dedott li ma tħallset l-ebda taxxa tal-ammissjoni sal-2000, anke bil-figura mnaqqsa (80 % ta’ EUR 6). Matul l-ewwel perjodu, għalhekk (mill-21 ta’ Ottubru 1999 sal-aħħar tas-sena 2000), l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jiġi kkalkulat bil-figura ta’ EUR 12, li hija t-taxxa sħiħa mħallsa mill-każinojiet privati fi żmien meta l-każinojiet pubbliċi ma kienu qed iħallsu l-ebda taxxa, u dan jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ biljetti maħruġa matul dak il-perjodu.

Il-każinò ta’ Tessaloniki ġie liċenzjat skont il-Liġi 2206/1994 fl-1995 (79). Il-ħtieġa li jitħallas lura 80 % tal-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni lill-Istat applika għall-każinò ta’ Tessaloniki minn meta sar liċenzjat fl-1995. Tessaloniki ilu jimponi l-prezz tal-ammissjoni mnaqqas ta’ EUR 6 mitlub mill-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù. L-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-każinò ta’ Tessaloniki għalhekk għandu jiġi kkalkulat billi ssir multiplikazzjoni tan-numru ta’ biljetti maħruġa mill-21 ta’ Ottubru 1999 ‘l quddiem b'EUR 7,20.

Il-każinò ta’ Rodi ġie liċenzjat skont il-Liġi 2206/1994 fl-1996. Dak iż-żmien beda japplika l-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni ta’ EUR 6, iżda qaleb għal EUR 15 meta ġie privatizzat f'April 1999. Mill-osservazzjonijiet imressqa matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tifhem li l-każinò ta’ Rodi ma baqax ikun benefiċjarju mal-privatizzazzjoni tiegħu f'April 1999, sabiex l-irkupru minn dan il-każinò huwa ostakolat mill-perjodu ta’ limitazzjoni stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali.

(144)

Il-Kummissjoni m'għandhiex dejta suffiċjenti biex tkun tista' tasal għal estimu preċiż tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn kull każinò benefiċjarju. Madankollu, l-ebda dispożizzjoni tal-Liġi tal-UE ma teħtieġ li l-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata. Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru u lill-impriża benefiċjarja jaħdmu dak l-ammont huma stess, mingħajr diffikultà żejda. Il-Kummissjoni għalhekk tista' legalment tillimita ruħha li tiddikjara li hemm obbligu li l-għajnuna in kwistjoni titħallas lura, u tħalli f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jikkalkolaw l-ammonti eżatti li għandhom jitħallsu lura fuq il-bażi tal-gwida mogħtija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha.

(145)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tipprovdi l-gwida meħtieġa għall-irkupru hawn taħt.

(146)

It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ biljetti maħruġa minn kull każinò kull sena (kif indikat fit-tabella, l-informazzjoni ppreżentata mhix kompluta), u stima preliminari tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn kull każinò, suġġetti għall-kwalunkwe osservazzjonijiet oħra li l-Greċja tista' tixtieq li tressaq wara li tkun għamlet il-kalkoli tagħha fir-rigward tal-irkupru.

Estimu tan-numru ta' biljetti maħruġa minn kull każinò

SENA

KAŻINÒ

Mont Parnès

Korfù

Tessaloniki

Rodi

1999

(22.10.1999 – 31.12.1999)

Informazzjoni nieqsa

[…] (*)

(…)

[…] (80)

2000

Informazzjoni nieqsa

(…)

(…)

(…)

2001

Informazzjoni nieqsa

(…)

(…)

(…)

2002

Informazzjoni nieqsa

(…)

(…)

(…)

2003

Informazzjoni nieqsa sal-1 ta’ Mejju 2003

Fl-1 ta’ Mejju 2003:

(…)

(…)

(…)

(…)

2004

(…)

(…)

(…)

(…)

2005

(…)

(…)

(…)

(…)

2006

(…)

(…)

(…)

(…)

2007

(…)

(…)

(…)

(…)

2008

(…)

(…)

(…)

(…)

2009 (sat-22.10):

(…)

(…)

(…)

(…)

Total sal-22.10.2009

(…)

(…)

(…)

(…)

Biljetti maħruġa wara t-22.10.2009

Informazzjoni nieqsa

Informazzjoni nieqsa

Informazzjoni nieqsa

Informazzjoni nieqsa

Estimu preliminari tal-ammont li għandu jiġi rkuprat għal kull każinò

(EUR ‘000 000, numri sal-eqreb punt deċimali)

 

Mont Parnès

Korfù

Tessaloniki

Rodi

Algoritmu u kalkolu

Għat-22.10.1999-2000 (81):

numru ta’ biljetti

(x1) × 12 = A1

Għat-22.10.1999-2000:

numru ta’ biljetti

([…] biljetti) × 12 = A2 (EUR […])

Għat-22.10.1999-22.10.2009:

numru ta’ biljetti

([…] biljetti) × 7,20 = AB3 (EUR […])

Mhux applikabbli

Għat-2000-22.10.2009:

numru ta’ biljetti

(y1) × 7,20 = B1

Għat-2000-22.10.2009:

numru ta’ biljetti

([…] biljetti) × 7,20 = B2 (EUR […])

Għat-22.10.2009-sal-preżent:

numru ta’ biljetti

(z1) × 7,20 = C1

Għat-22.10.2009-sal-preżent:

numru ta’ biljetti

(z2) × 7,20 = C2

Għat-22.10.2009-30.8.2010 (82):

numru ta’ biljetti

(z3) × 7,20 = C3

Ammont totali li għandu jiġi rkuprat

A1 + B1 + C1

Għad irid jiġi kkalkulat

A2 + B2 + C2

Għad irid jiġi kkalkulat

AB3 + C3

Għad irid jiġi kkalkulat

Mhux applikabbli

Ammont totali li għandu jiġi rkuprat

Għad irid jiġi kkalkulat

(147)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Artikolu 108(3) tat-TFUE għandu effett sospensiv. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tgħid li l-miżura kkontestata ġiet sospiża mid-deċiżjoni ta’ ftuħ. Għalhekk, huwa preżunt, li l-miżura ġiet implimentata kontinwament mill-awtoritajiet Griegi sal-lum (83). Kwalunkwe għajnuna mogħtija sal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi rkuprata mill-Greċja mingħand il-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tosserva li l-każinò ta’ Korfù ma baqax jimponi prezz tal-ammissjoni ta’ EUR 6 u qaleb għal EUR 15 meta ġie privatizzat f'Awwissu 2010. Fil-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat biss il-perjodu sa Awwissu 2010.

(148)

Fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tordna l-irkupru mill-Greċja tal-għajnuna inkumpatibbli mill-Istat mogħtija illegalment lill-benefiċjarji. Il-Kummissjoni tfakkar li l-Greċja għandha tikkanċella l-vantaġġi fiskali pendenti kollha pprovduti fil-miżura evalwata b'effett mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(149)

Fir-rigward tal-futur, il-Greċja indikat li qed teżamina bidla possibbli fil-politika tal-ipprezzar tal-każinojiet, bl-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni bejn il-każinojiet. Skont il-Greċja, din il-leġiżlazzjoni l-ġdida se ttemm il-miżura evalwata. Madankollu, il-Greċja ma informatx lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe progress magħmul f'din id-direzzjoni jew kwalunkwe bidliet li saru fil-fatt. Il-Kummissjoni temmen li l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida ta’ dan it-tip hija kritika għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni bejn il-każinojiet fil-Greċja, u tħeġġeġ lill-Greċja biex tieħu l-passi meħtieġa mingħajr dewmien.

VI.   KONKLUŻJONI

(150)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq, il-ġurisprudenza rilevanti, u l-karatteristiċi speċifiċi tal-każ, il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkontestata, li tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-awtoritajiet Griegi daħħlu fis-seħħ billi applikaw fl-istess ħin għadd ta’ dispożizzjonijiet, li:

jistabbilixxu imposta uniformi ta’ 80 % fuq il-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni, u

jistabbilixxu prezzijiet differenti regolati għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u dawk li huma proprjetà privata, jiġifieri EUR 6 għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u EUR 15 għall-każinojiet li huma proprjetà privata,

tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li l-miżura kkontestata ġiet implementata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u konsegwentement tikkostitwixxi għajnuna illegali.

(151)

Il-Kummissjoni tosserva li, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 kwalunkwe għajnuna illegali tista' tiġi rkuprata mill-benefiċjarju, u tordna l-irkupru mill-Greċja tal-għajnuna illegali rċevuta minn kull wieħed mill-każinojiet benefiċjarji. Il-Kummissjoni tosserva li l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali jostakola l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel il-21 ta’ Ottubru 1999. Il-Greċja għandha tikkanċella l-vantaġġi fiskali pendenti kollha mogħtija permezz ta’ din il-miżura li hija s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni b'effett mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f'diskriminazzjoni fiskali favur ċerti każinojiet li l-Greċja daħħlet fis-seħħ billi applikat numru ta’ dispożizzjonijiet fl-istess ħin, parzjalment obbligatorji, li:

jistabbilixxu imposta uniformi jistabbilixxu imposta uniformi ta’ 80 % fuq il-prezz tal-biljetti tal-ammissjoni, u

jistabbilixxu prezzijiet differenti regolati għall-każinojiet li huma proprjetà pubblika u dawk li huma proprjetà privata, ta’ EUR 6 u EUR 15 rispettivament,

ġiet imdaħħla fis-seħħ illegalment, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u hija inkompatibbli mas-suq intern, peress li poġġiet lill-każinojiet benefiċjarji Regency Casino Mont Parnès, Regency Casino Thessaloniki u Corfu casino (bil-ftehim li l-każinò ta’ Rodi ma baqax ikun benefiċjarju f'April 1999) f'vantaġġ kompetittiv mhux dovut.

Artikolu 2

1.   Il-Greċja għandha tirkupra l-għajnuna inkumpatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-każinojiet benefiċjarji li ngħatat mill-21 ta’ Ottubru 1999.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom interessi mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-interess għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (84).

4.   Il-Greċja għandha tħassar kull diskriminazzjoni fiskali pendenti li tirriżulta mill-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Greċja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

il-lista tal-benefiċjarji li rċevew għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ għajnuna rċevuta minn kull wieħed minnhom skont il-miżura kkontestata, ikkalkolat skont il-gwida li tinsab f'din id-Deċiżjoni;

(b)

l-ammont totali (interessi prinċiali u ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ Din id-Deċiżjoni;

(d)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat li jħallas lura l-għajnuna.

2.   Il-Greċja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sa meta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 jkun tlesta. Fuq talba tal-Kummissjoni l-Greċja għandha immedjatament tissottometti informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-interessi tal-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  ĠU C 235, 31.8.2010, p. 3.

(2)  Voukourestiou 11, Aktí Poseidonos 48, Loutraki, Ateni 10671, il-Greċja.

(3)  Il-każinò ta’ Rodi, li ngħata liċenzja permezz tad-Deċiżjoni Ministerjali T/633 tad-29 ta’ Mejju 1996, ma ssemmiex fl-ilment, peress li wara li ġie pprivatizzat f'April 1999, huwa ma baqax jibbenefika mill-miżura in kwistjoni.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(5)  B'mod partikolari, il-Liġi 2206/1994; id-Deċiżjoni Ministerjali (YA) 1128269/1226/0015/POL.1292 tas-16 ta’ Novembru 1995 (referenza ta’ pubblikazzjoni FEK 982/B/1995); il-Liġi 3139 tat-30 ta’ April 2003; id-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT (il-korp li jissorvelja l-każinojiet pubbliċi) maħruġa skont il-Liġi 1624/1951 u d-Digriet 4109/1960, jiġifieri d-deċiżjoni EOT 535633 tal-21 ta’ Novembru 1991, id-deċiżjoni tal-EOT 508049 tal-24 ta’ Marzu 1992, u d-deċiżjoni tal-EOT 532691 tal-24 ta’ Novembru 1997; u l-liċenzji mogħtija lill-każinojiet taħt il-liġi nazzjonali li jikkonfermaw il-prezzijiet tal-biljetti tal-ammissjoni u l-obbligu li jitħallsu 80 % minnhom kif applikabbli għal kull każinò.

(6)  Elliniko Kazino Parnithas AE, Agiou Konstantinou 49, 15124 Marousi Attikis, il-Greċja.

(7)  Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE, Agiou Konstantinou 49, 15124 Marousi Attikis, il-Greċja, u 13o km odou Thessalonikis-Polygyrou, 55103 Tessaloniki, il-Greċja.

(8)  Elliniko Kazino Kerkyras AE, Etaireia touristikis anaptyxis, Voulis 7, 10562 Ateni, il-Greċja.

(9)  Casino Rodos Grande Albergo Delle Rose Boutique Hotel, 4 odos Georgiou Papanikolaou., Rodi, 85100, il-Greċja.

(10)  Il-każinò ta’ Rodi, li ngħata liċenzja bid-Deċiżjoni Ministerjali T/633 tad-29 ta’ Mejju 1996, ma kienx msemmi fl-ilment li wasal għand il-Kummissjoni, għax applika il-perzz tal-ammissjopni ta’ EUR 15 sa mill-privatizzazzjoni tiegħu f'April 1999.

(11)  Matul l-investigazzjoni formali l-Kummissjoni qalet li l-każinò ta’ Korfu ġie pprivatizzat fit-30 ta’ Awwissu 2010, dan ġara wara sejħa internazzjonali għall-offerti l-kapital azzjonarju kollu ta’ Elliniko Kazino Kerkyras AE nbiegħ lil V&T Corfu Ependyseis Kazino AE. Wara l-privatizzazzjoni l-prezz tal-ammissjoni sar konformi mal-prezz ġenerali ta’ EUR 15 skont id-Deċiżjoni Ministerjali 9206 li tiddefinixxi t-termini tal-liċenzja tal-operat tal-każinò ta’ Korfu (l-Artikolu 4, paragrafu 4.1.d.iii) (FEK Β'1178/5.8.2010).

(12)  Dawn kienu mmexxija bħala impriżi tal-EOT skont il-Liġi 1624/1951, id-Digriet 4109/1960 u l-Liġi 2160/1993. L-EOT aktar tard ġiet sostitwita bħala operatur tal-każinojiet ta’ Korfù u Mont Parnès minn Elliniki Etaireia Touristikis Anaptyxis (Kumpanija Ellenika għall-Iżvilupp tat-Turiżmu, ETA), li kienet posseduta totalment mill-Istat Grieg, skont il-Liġijiet 2636/1998 u 2837/2000. L-ETA mexxiet dawk iż-żewġ każinojiet sakemm dawn ingħataw liċenzji skont il-Liġi 3139/2003. Il-każinò ta’ Rodi kien imħaddem mill-EOT sakemm ingħata liċenzja fl-1996.

(13)  Id-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-EOT inħarġu skont il-Liġi 1624/1951 u d-Digriet 4109/1960, u kienu kif ġej: deċiżjoni tal-EOT 535633 tal-21 ta’ Novembru 1991, li tiffissa prezz ta’ ammissjoni għall-każinò ta’ Mont Parnès għal GRD 2 000; id-deċiżjoni tal-EOT 508049 tal-24 ta’ Marzu 1992, li tiffissal-prezz ta’ ammissjoni għall-każinojiet ta’ Korfù u Rodi għal GRD 1 500; u d-deċiżjoni tal-EOT 532691 tal-24 ta’ Novembru 1997, li aġġustat il-prezz ta’ ammissjoni għall-każinò ta’ Korfù għal GRD 2 000.

(14)  Il-prezz irregolat għal ammissjoni għall-każinojiet pubbliċi sar EUR 6 meta l-Greċja adottat l-euro bħala l-munita tagħha fl-2002.

(15)  Il-Liġi 2206/1994 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni, l-operazzjoni u s-superviżjoni tal-każinojiet (FEK A'62/1994).

(16)  Il-liċenzji tal-każinojiet kellhom jingħataw permezz ta’ deċiżjoni tal-Ministru għat-Turiżmu, wara sejħa internazzjonali pubblika għall-offerti li tiġi organizzata minn kummissjoni b'seba' membri (l-Artikolu 1(7) tal-Liġi tal-1994, intitolat “L-għoti ta’ liċenzji għall-każinojiet”).

(17)  Id-Deċiżjoni Ministerjali 1128269/1226/0015/POL.1292 tas-16 ta’ Novembru 1995 (FEK 982/B'/1995).

(18)  Il-paragrafu 1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “L-operaturi tal-każinojiet (il-Liġi 2206/1994) huma meħtieġa mill-15 ta’ Diċembru 1995 li joħorġu biljett ta’ ammissjoni għal kull persuna skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-paragrafi li ġejjin.”

(19)  Il-paragrafu 5 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Il-prezz uniformi tal-biljetti għad-dħul fiż-żoni tal-magni tal-logħob (slot machines) u tal-logħob fuq l-imwejjed għandu jammonta għal GRD 5 000.”

(20)  Il-prezz standard irregolat sar EUR 15 meta l-Greċja adottat l-euro bħala l-munita tagħha fl-2002.

(21)  Il-paragrafu 7.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Mill-valur totali tal-biljett, perċentwal ta’ 20 % għandu jinżamm mill-impriża tal-każinò bħala ħlas għall-ħruġ tal-biljett u biex ikopri l-ispejjeż, inkluża l-VAT dovuta, il-bqija għandu jikkostitwixxi taxxa għall-Istat.”

(22)  Il-paragrafu 6 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Meta għal raġunijiet ta’ promozzjoni jew obbligu soċjali l-każinò ma jimponix ħlas ta’ ammissjoni fuq persuna, il-każinò għandu joħroġ biljett ittikkettat ‘kumplimentari’ minn serje speċjali jew totalizzatur speċjali fil-cash register approvat mit-taxxa”.

(23)  Il-paragrafu 7.2 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Għall-biljetti kumplimentari l-imposta pubblika għandha titħallas fuq il-bażi tal-prezz tal-biljetti għall-ġurnata rilevanti stabbilita fil-paragrafu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”

(24)  Il-paragrafu 10.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “L-imposti pubbliċi għandhom jiġu depożitati fl-uffiċċju xieraq tat-taxxa tal-introjtu sal-għaxar jum ta’ kull xahar, b'dikjarazzjoni dwar l-imposti miġbura matul ix-xahar ta’ qabel”.

(25)  Il-paragrafu 8.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995: “Suġġett għall-paragrafi 2 sa 7, mutatis mutandis, huwa permissibbli [għall-operaturi tal-każinojiet] li jinħarġu biljetti fit-tul validi għal 15 jew 30 jum konsekuttiv jew xahar kalendarju wieħed, kif xieraq. Jista' jingħata skont fuq il-valur ta’ tali biljetti fit-tul, kif ġej:

(a)

fuq il-biljetti validi għal 15-il ġurnata, 40 % tal-valur totali ta’ 15-il biljett ta’ kuljum; jekk tali biljetti jinħarġu għal kull ħmistax-il jum kalendarju, l-aħħar ħmistax-il jum tax-xahar ikopru l-perjodu li jibda fis-sittax-il jum u li jispiċċa fl-aħħar tax-xahar;

(b)

għall-biljetti validi għal 30 jum jew għal xahar, 50 % tal-valur totali ta’ 30 biljett kuljum.”

(26)  Fl-1993, il-Liġi 2160/1993 stipulat li l-każinojiet ta’ Rodi, Mont Parnès u Korfù se jkomplu jaħdmu bħala klabbs immexxija mill-EOT, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-EOT, jiġifieri, il-Liġi 1624/1951, id-Digriet 4109/1960 u l-Liġi 2160/1993, sakemm ingħataw liċenzji mill-Kummissjoni tal-Każinojiet.

(27)  Fil-każ ta’ Mont Parnès l-ETA ġiet segwita minn Elliniko Kazino Parnithas AE, kumpannija sussidjarja tal-ETA mwaqqfa fl-2001.

(28)  Il-każinò ta’ Mont Parnès ġie parzjalment privatizzat fl-10 ta’ Mejju 2003 bil-bejgħ ta’ 49 % tal-ishma fl-Elliniko Kazino Parnithas AE, wara sejħa internazzjonali għall-offerti, lill-Athens Resort Casino Anonymi Etaireia Symmetochon AE, li kienet ġiet stabbilita mill-offerent ta’ suċċess, il-konsorzju Hyatt Regency - Elliniki Technodomiki. Elliniko Kazino Parnithas kien ġie stabbilit fl-2001 bħala sussidjarju tal-ETA. L-ETA twaqqfet fl-1998, u fl-2000 ssostitwiet lill-EOT bħala maniġer tal-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù (ara wkoll in-nota 12 f'qiegħ il-paġna).

(29)  Skont l-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet Griegi matul l-investigazzjoni formali, il-każinò ta’ Korfù ġie pprivatizzat fit-30 ta’ Awwissu 2010, bil-bejgħ tal-kapital azzjonarju kollu ta’ Elliniki Kazino Kerkyras AE, wara sejħa internazzjonali għall-offerti, lil V&T Corfu Ependyseis Casino AE, li kienu ġew imwaqqfa mill-offerent ta’ suċċess, il-konsorzju Vivere Divertiment Emporiki & Symmetochon AE - Theros International Gaming Inc. Elliniki Kazino Kerkyras AE kien twaqqaf fl-2001 bħala sussidjarju tal-ETA.

(30)  Ara n-nota 13 f'qiegħ il-paġna.

(31)  Referenza ta’ pubblikazzjoni FEK 904, 6.12.1994.

(32)  Id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 dwar l-investiment u l-protezzjoni tal-fondi barranin.

(33)  Il-każinò ta’ Tessaloniki ġie ppreżentat skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 mid-Digriet Presidenzjali (PD) 290/1995, li ddikjara li kellu jingħata l-istess trattament bħall-każinojiet ta’ Mont Parnès u Korfù.

(34)  Ara l-paragrafi 16-18 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(35)  Ara l-paragrafi 19-23 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ

(36)  Ara l-paragrafi 26-28 u 37 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(37)  Ara l-paragrafi 24-29 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(38)  Ara l-paragrafi 30-32 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(39)  Il-paragrafi 34-35 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 08 Volume 01 p. 339 - 347).

(40)  Ara l-paragrafi 36-38 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(41)  Ara l-paragrafi 39-40 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(42)  Skont il-Kunsill tal-Istat, dan huwa minħabba li: (a) il-leġiżlatur, f'konformità mal-għanijiet tal-Liġi, jeħtieġ li l-bejgħ tal-biljetti jsir biss għal dawk li jidħlu fiż-żona tal-logħob u mhux għall-utenti ta’ servizzi oħra pprovduti fuq il-post (lukandi, ristoranti, eċċ); (b) il-prezz tal-biljetti ta’ ammissjoni mhuwiex inkluż fid-dħul tal-Istat elenkat fl-Artikolu 2(6) tal-Liġi 2206/1994; u (c) il-leġiżlatur ipprovda l-alternattiva jew li jistabbilixxi arranġament uniformi għall-każinojiet kollha suġġetti għal-Liġi 2206/1994 jew li jagħmel arranġamenti individwali jekk jiġi meqjus li hemm raġunijiet speċjali biex isir dan.

(43)  Il-Kunsill tal-Istat, sentenza Nru 4027/1998. Ara wkoll in-nota 39 f'qiegħ il-paġna hawn fuq.

(44)  Rodi ma jissemmiex hawnhekk għaliex applika l-prezz ta’ EUR 15 mill-1999, u għalhekk ma jkunx affettwat minn kwalunkwe rkupru, minħabba l-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament Proċedurali.

(45)  B'mod partikolari, id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953; il-Liġi 2206/1994; id-Deċiżjoni Ministerjali 1128269/1226/0015/ POL.1292 tas-16 ta’ Novembru 1995 (FEK 982/B'/1995); u l-Liġi 3139 tat-30 ta’ April 2003.

(46)  Il-miżura evalwata tikkonċerna l-każinojiet pubbliċi u każinò privat wieħed, ta’ Tessaloniki, li permezz ta’ eċċezzjoni ngħata l-istess trattament bħall-każinojiet pubbliċi, kif spjegat band'oħra f'din id-Deċiżjoni.

(47)  Il-paragrafu 10.1 tad-deċiżjoni ministerjali tal-1995, imsemmija hawn fuq: “L-imposti pubbliċi għandhom jiġu ddepożitati fl-uffiċċju fiskali responsabbli għat-tassazzjoni tad-dħul tal-impriża sal-għaxar jum ta’ kull xahar, b'dikjarazzjoni dwar l-imposti miġbura matul ix-xahar ta’ qabel”.

(48)  Minkejja r-referenza għall-każinojiet pubbliċi, il-Kummissjoni tfakkar li, bħala eċċezzjoni l-prezz orħos ta’ ammissjoni għall-każinojiet pubbliċi japplika wkoll għal każinò wieħed li huwa proprjetà privata, ta’ Tessaloniki, kif spjegat band'oħra f'din id-Deċiżjoni.

(49)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline and Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2001] Ġabra I-8365.

(50)  Il-każinò ta’ Rodi beda jimponi prezz ta’ EUR 15 wara l-privatizzazzjoni tiegħu fl-1999, u ħallas 80 % ta’ dak il-prezz minn dakinhar.

(51)  Ara pereżempju il-Każ C76/2003 — id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/276/UE tas-26 ta’ Mejju 2010 dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ ftehim fiskali dwar it-tranżazzjonijiet implementata mill-Belġju favur Umicore SA (ex “Union Minière S.A.”), ĠU L 122, 11.5.2011, p. 76.

(52)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/476/KE tal-21 ta’ Jannar 1998 dwar il-konċessjonijiet tat-taxxa skont § 52(8) tal-Att Ġermaniż dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu, ĠU L 212, 30.7.1998, p. 50.

(53)  Il-każinò ta’ Tessaloniki joffri ammissjoni mingħajr ħlas bejn is-07:00 u t-20:00 mill-Ħadd sal-Ħamis (mill-10 ta’ Jannar): http://www.regencycasinos.gr/en-GB/Promotion/Kliroseis/Kliroseis.aspx.

(54)  Kull każinò jħallas proporzjon tal-qligħ gross annwali lill-Istat; il-miżura ewlenija msemmija hawn hija dik fejn il-liġi tirrikjedi proporzjon aktar baxx minn Loutraki milli minn oħrajn. Madankollu, Loutraki sostna matul l-investigazzjoni formali li fil-prattika huwa kien ħallas l-istess ammont bħall-kompetituri tiegħu, skont ftehim separat mal-awtoritajiet.

(55)  Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze and Others [2006] Ġabra I-289. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2004 fil-Kawża N 354/04 Irish Holding Company Regime, ĠU C 131, 28.5.2005, p. 10. Ara f'dak ir-rigward l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett, ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.

(56)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (miżura ta’ għajnuna Nru C 51/01), ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, paragrafu 84.

(57)  Ara f'dak ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-308/01 GIL Insurance [2004] Ġabra I-4777, paragrafu 68; Kawża C-172/03 Heiser [2005] Ġabra I-1627, paragrafu 40; u l-Kawża C-88/03 Portugal vs Commission [2006] Ġabra I-7115, paragrafu 54.

(58)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-88/03 Portugal vs Commission [2006] Ġabra I-7115, paragrafu 54.

(59)  Ara f'dak ir-rigward il-Qorti tal-Prim'Istanza (issal-Qorti Ġenerali) fil-Kawża T-93/2002 Confédération nationale du Crédit mutuel vs Commission [2005] Ġabra II-143.

Ara wkoll pereżempju l-Qorti tal-Ġustizzja fil-KawżaC-56/93 Belgium vs Commission [1996] Ġabra I-723, paragrafu 79; Kawża C-241/94 France vs Commission [1996] Ġabra I-4551, paragrafu 20; Kawża C-75/97 Belgium vs Commission [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 25; u l-Kawża C-409/00 Spain vs Commission [2003] Ġabra I-10901, paragrafu 46.

(60)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 173/73 Italy vs Commission [1974] Ġabra 709.

(61)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-88/03 Portugal vs Commission, nota 49 f'qiegħ il-paġna hawn fuq, paragrafu 81. Ara wkoll il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-227/01 Territorio Histórico de Álava and Another, 9 ta’ Settembru 2009, għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 179, u l-Kawża T-230/01 Territorio Histórico de Álava and Another, id-9 ta’ Settembru 2009, għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 190.

(62)  Ara l-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-372/97 Italy vs Commission [2004] Ġabra I-3679, paragrafu 44; Kawża C-66/02 Italy vs Commission [2005] Ġabra I-10901, paragrafu 111; u l-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze [2006] Ġabra I-289, paragrafu 140.

(63)  Il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Commission [1998] Ġabra II-717.

(64)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 730/79 Philip Morris vs Commission [1980] Ġabra 2671, paragrafi 11 u 12, u l-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Commission [1998] II-717, paragrafi 48-50.

(65)  Il-Qorti tal-Prim'Istanza f'Het Vlaamse Gewest v Commission, imsemmija hawn fuq; il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans and Regierungspräsidium Magdeburg [2003] Ġabra I-7747, paragrafi 81-82, u l-Kawża C-172/03 Heiser [2005] I-1627, paragrafi 32-33.

(66)  Ara b'mod partikolari l-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-172/03 Heiser u l-Kawża C-280/00 Altmark Trans and Regierungspräsidium Magdeburg.

(67)  Ara b'mod partikolari l-Kawża C-42/07 Liga Portuguesa de Futebol Profissional and Bwin International v Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa [2009] Ġabra I-7633.

(68)  Pereżempju, il-każinò ta’ Mont Parnès huwa operat mill-kumpanija li hija proprjetà privata Athens Resort Casino Anonymi Etaireia Symmetochon, bħala detentur ta’ liċenzja. Athens Resort Casino akkwistat 49 % tal-ishma fil-każinò, u ħadet il-ġestjoni tiegħu, wara li l-każinò ġie parzjalment privatizzat fl-2003 (il-kumpannija ETA li hija proprjetà pubblika żammet 51 %). 70 % mill-Athens Resort Casino huwa proprjetà ta’ Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (li qabel kien Hyatt Regency Xenodocheiaki kai Touristiki (Thessaloniki) AE), u t-30 % li jifdal ta’ Ellaktor AE (li qabel kien Elliniki Technodomiki AE). Fil-Greċja, Hyatt Regency jopera wkoll u jikkontrolla Regency Casino Thessaloniki. Il-korporazzjoni multinazzjonali Hyatt Hotels, bil-kwartieri ġenerali f'Chicago, Illinois, USA, tamministra, tipprovdi franchises, tippossjedi u tiżviluppa lukandi tad-ditta, villaġġi turistiċi u proprjetajiet ta’ sjieda residenzjali u ta’ vaganza tad-ditta Hyatt madwar id-dinja kollha. Fil-31 ta’ Diċembru 2010, il-portafoll tal-kumpanija ta’ madwar id-dinja kollha kien jikkonsisti f'453 proprjetà: lukandi b'servizz sħiħ li joperaw taħt id-ditti Hyatt®, Park Hyatt ®, Andaz ™, Grand Hyatt ®, u Hyatt Regency ®; żewġ ditti ta’ servizz ta’ selettività huma Hyatt Place ® u Hyatt Summerfield Suites ™; u proprjetajiet ta’ sjieda għall-vaganzi huma żviluppati taħt id-ditta Vacation Club Hyatt ®. Taħt id-ditta Hyatt Regency biss hemm disa' lukandi/villaġġi turistiċi fi Franza, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Greċja u l-Polonja. Hyatt topera erba' każinojiet taħt id-ditta Hyatt Regency, inkluż il-każinò ta’ Tessaloniki u l-lukanda u każinò Hyatt Regency Warsaw fil-Varsavja, il-Polonja (it-tnejn l-oħra huma fil-Korea t'Isfel u f'Wisconsin, USA). Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt www.hyatt.com.

Eżempju ieħor huwa dak ta’ Loutraki: Club Hotel Casino Loutraki huwa impriża konġunta bejn il-Muniċipalità ta’ Loutraki (permezz ta’ DAET Loutraki AE) u l-kumpanija holding multinazzjonali Club Hotel Loutraki AE, li hija l-maniġer u l-investitur prinċipali fil-każinò ta’ Loutraki. Skont l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt http://www.clubhotelloutraki.gr websajt, l-azzjonisti fil-Club Hotel Loutraki jinkludu ismijiet sinifikanti mid-dinja tan-negozju Griega u internazzjonali, bħall-Casinos Austria International (wieħed mill-akbar investituri fil-każinojiet internazzjonalment, b'67 każinò fi 15-il pajjiż), Trapeza Peiraios (Piraeus Bank), EFG Eurobank Ergasias, u kumpaniji li huma proprjetà tal-Iżrael li l-holdings tagħhom jinkludu, fost oħrajn, sitt każinojiet oħra u ktajjen ta’ lukandi lussużi.Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt http://www.clubhotelloutraki.gr/.

Il-kumpanija multinazzjonali Queenco Leisure International hija l-uniku maniġer tal-każinò ta’ Rodi, u hija involuta wkoll bħala azzjonista u b'mod maniġerjali fil-każinojiet li ġejjin: Club Hotel Casino Loutraki, Loutraki, Greece (azzjonist u maniġer konġunt); Casino Palace, Bukarest, ir-Rumanija (azzjonist ewlieni u maniġer uniku) u Sasazu, Praga, ir-Repubblika Ċeka (azzjonist uniku u maniġer uniku). Din l-informazzjoni hija disponibbli permezz tal-websajt http://www.casinorodos.gr/.

(69)  Konsultazzjoni tal-gvern fuq l-inizjattiva leġiżlattiva dwar regolamentazzjoni tas-suq tal-logħob tal-azzard, is-sajf 2010.

(70)  [2006] Ġabra I-10341. Ara wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-109/08 Commission vs Greece [2009] Ġabra I-4657.

(71)  Fost eżempji oħra ta’ prattika preċedenti tal-Kummissjoni ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/76/KE tat-13 ta’ Mejju 2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza għall-kwartieri ġenerali u ċ-ċentri ta’ loġistika, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1, paragrafu 73. Għal raġunament simili ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, paragrafu 105, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/77/KE tal-24 ta’ Ġunju 2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Belġju – Sistema ta’ regolazzjoni tat-taxxa għal korporazzjonijiet ta’ bejgħ barranin tal-Istati Uniti, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 14, paragrafu 70.

(72)  Il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-211/05 Italy vs Commission [2009] Ġabra II-2777, paragrafu 173; ara wkoll il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-459/93 Siemens vs Commission [1995] Ġabra II-1675, paragrafu 48.

(73)  Sottomissjoni Griega tas-6 ta’ Ottubru 2010.

(74)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(75)  Ara pereżempju l-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawżi Magħquda T-195/01 u T-207/01 Gibraltar vs Commission (ĠU C 169, 13.7.2002, p. 30), [2002] Ġabra II-2309, paragrafu 130.

(76)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/76/KE dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza għal kwartieri ġenerali u ċentri ta’ loġistika, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1.

(77)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Forum 187 [2006] Ġabra I-5479, paragrafu 147. Ara wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-506/03 Germany vsCommission, l-24 ta’ Novembru 2005, għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 58, u l-Kawża C-265/85 Van den Bergh en Jurgens v Commission [1987] Ġabra 1155, paragrafu 44.

(78)  Ara wkoll il-paragrafu 21.

(79)  Referenza tal-pubblikazzjoni FEK 904, 6.12.1994.

(*)  Sigriet kummerċjali.

(80)  Rodi ġie pprivatizzat f'April 1999 u ma baqax japplika l-prezz imnaqqas għall-biljetti ta’ ammissjoni dak iż-żmien. Għajnuna rċevuta minn Rodi qabel il-21 ta’ Ottubru 2009 hija koperta mil-limitazzjoni.

(81)  Data preċiża fl-2000 meta l-ETA bdiet tħallas it-taxxa ta’ 80 % fuq il-prezz imnaqqas ta’ EUR 6 biex tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet Griegi.

(82)  Bil-ftehim li l-każinò ta’ Korfù ma baqax ikun benefiċjarju meta ġie pprivatizzat f'Awissu 2010, meta beda jimponi ħlas ta’ EUR 15.

(83)  Il-Kummissjoni attwalment għandha biss informazzjoni parzjali għall-perjodu 22 ta’ Ottubru 1999- 22 ta’ Ottubru 2009, u ebda informazzjoni rigwar il-kontinwazzjoni possibbli tal-miżura wara t-22 ta’ Ottubru 2009.

(84)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.