21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/697/PESK
tal-20 ta’ Ottubru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2011/621/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, Artikolu 31(2) u Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/805/PESK (1) li taħtar lis-Sur Koen VERVAEKE bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Unjoni Afrikana (UA). |
(2) |
Fil-21 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/621/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta’ Ġunju 2012. |
(3) |
Għandu jinħatar RSUE ġdid għall-U A għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2011/621/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/621/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
1. Il-mandat tas-Sur Koen VERVAEKE bħala RSUE għall-UA huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Ottubru 2011.
2. Is-Sur Gary QUINCE huwa b’dan maħtur bħala RSUE għall-UA għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012.
3. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 323, 8.12.2007, p. 45.
(2) ĠU L 243, 21.9.2011, p. 19.