|
18.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ottubru 2011
fuq talba tar-Renju Unit biex taċċetta d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7228)
(It-test Ingliż biss hu awtentiku)
(2011/692/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 331(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw fil-5 ta’ April 2011 d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (1); |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Lulju 2011 dwar l-intenzjoni li taċċetta d-Direttiva. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2011/36/UE għandha tapplika għar-Renju Unit.
Artikolu 2
Id-Direttiva 2011/36/UE għandha tidħol fis-seħħ għar-Renju Unit mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Cecilia MALMSTRÖM
Membru tal-Kummissjoni