15.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX KOSOVO/1/2011
tal-14 ta’ Ottubru 2011
li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO
(2011/688/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 (2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap ta’ Missjoni. |
(2) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (3) li testendi t-tul ta’ żmien tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2010/431/PESK tas-27 ta’ Lulju 2010 (4), wara proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (RGħ), il-KPS ħatar lis-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2010. Dik id-Deċiżjoni hija applikabbli sal-14 ta’ Ottubru 2011. |
(4) |
Fit-23 ta’ Settembru 2011, ir-RGħ pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni tal- EULEX KOSOVO huwa b’dan estiż sal-14 ta’ Ġunju 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) Skont ir-Reżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti
(2) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.
(3) ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.
(4) ĠU L 202, 4.8.2010, p. 10.