|
13.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Ottubru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Latvja hija Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u rigward id-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fil-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7186)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/675/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4) u l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, u mil-lewkożi enżootika bovina fir-rigward ta' annimali bovini. |
|
(2) |
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2), jelenkaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mil-lewkożi enżootika bovina. |
|
(3) |
Il-Latvja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha. |
|
(4) |
Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mil-Latvja, it-territorju kollu ta' dak l-Istat membru għandu jitħabbar bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi. |
|
(5) |
Il-Portugall ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għar-reġjuni amministrattivi kollha (distritos) fl-unitajiet amministrattivi superjuri (regiões) tal-Algarve u Alentejo. |
|
(6) |
Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Portugall, ir-reġjunijiet (distritos) ikkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni tal-Portugall li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika. |
|
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(a) |
fl-Anness I, il-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej: " KAPITOLU 1 Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi
|
|
(b) |
fil-Kapitolu 2 tal-Anness III, l-annotazzjoni għall-Portugall tinbidel b’dan li ġej: "Fil-Portugall:
|