|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Settembru 2011
dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/630/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 88/407/KEE tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet, minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. Hi tistipula li s-semen biss li jiġi minn pajjiż terz inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva u akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkorrespondi mal-mudell imfassal ukoll skont dik id-Direttiva, għandu jiġi importat fl-Unjoni. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiċċertifika li s-semen ikun ġej minn ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, li joffru l-garanziji previsti fl-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE tas-6 ta’ Settembru 2004 li tniżżel il-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (2), attwalment tistabblixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, fl-Anness I magħha. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 88/407/KEE, Stat Membru jista’ jawtorizza l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini biss minn dawk il-pajjiżi terzi elenkati f’lista li għandha titfassal skont dik id-Direttiva. Biex jiġi deċiż jekk pajjiż terz għandux jiġi inkluż f’tali lista, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għal diversi kondizzjonijiet, bħal pereżempju l-istat tas-saħħa tal-annimali. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (3) irrevoka u ssostitwixxa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi, u tistabbilixxi kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u pubblika u veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (4). Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-introduzzjoni tal-ungulati fl-Unjoni, fl-Anness I miegħu. Il-kondizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-ungulati, stipulati f’dak ir-Regolament, huma simili għall-kondizzjonijiet għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, stipulati fid-Direttiva 88/407/KEE. |
|
(5) |
Ma teżistix evidenza xjentifika li tissuġġerixxi li, fir-rigward ta’ mard importanti eżotiku li jittieħed, ir-riskji li jirriżultaw mill-istat tas-saħħa tad-donatur bovin masikili jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ trattament tas-semen. Għaldaqstant, il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen għandha tkun ibbażata fuq l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiżi terzi, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi ħajjin tal-ispeċi tal-bovini. Il-lista stabbilita fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tinkludi ċ-Ċilì, l-Islanda u Saint Pierre u Miquelon. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi wkoll fil-lista stabbilita fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/639/KE. |
|
(6) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 1 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, jinkludi l-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini fl-Unjoni. Attwalment, il-kondizzjonijiet għal-lewkożi enżootika bovina u l-marda tal-emorraġija epiżootika f’dak iċ-ċertifikat mhumiex totalment konsistenti ma’ dawk stipulati fil-Kapitolu I.1(c) tal-Anness B mad-Direttiva 88/407/KEE u fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Konsegwentement, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiġi emendat biex tiġi kkunsidrata dik id-dispożizzjoni ta’ dik id-Direttiva u dak il-Manwal. |
|
(7) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE japplika għal importazzjonijiet ta’ semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen jew ċentru għall-ġbir tas-semen, miġbur u proċessat skont il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (5), jew proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2003, u impurtat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa tas-semen, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, għandu jiġi ssupplimentat b’rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali u jintuża biss għall-kummerċ fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, miġbur fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen u mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen, sew jekk dawn tal-aħħar jagħmlu parti minn ċentru għall-ġbir tas-semen approvat b’numru ta’ approvazzjoni differenti, u sew jekk le. Konsegwentement, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE għandu jiġi adattat kif xieraq bid-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Huwa neċessarju wkoll li b’din id-Deċiżjoni jiġu adattati d-dati fit-titli tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 2 u l-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, li tirrigwarda l-istokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004, biex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/43/KE. |
|
(10) |
Ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, li jinkludu ċerti kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. Għalhekk, fejn il-ftehimiet bilaterali jinkludu kondizzjonijiet speċifiċi u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet, dawk il-kondizzjonijiet u l-mudelli għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet u l-mudelli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Il-Kanada ġiet rikonoxxuta, abbażi tad-Direttiva 88/407/KEE, bħala pajjiż terz bi stat tas-saħħa tal-annimali ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
|
(12) |
Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur fil-Kanada u importat fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ikun akkumpanjat minn ċertifikat issimplifikat imfassal skont il-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (6) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji għall-protezzjoni tal-pubbliku u s-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (7), kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (8). |
|
(13) |
L-iżvizzera hija pajjiż terz bi stat tas-saħħa tal-annimali li huwa ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini impurtat fl-Unjoni mill-Iżvizzera jkun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont il-mudelli użati għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għall-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, kif approvata bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (9). |
|
(14) |
Għall-finijiet ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni ċara u konsistenti, id-Deċiżjoni 2004/639/KE għandha tiġi revokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont id-Deċiżjoni 2004/639/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet. |
|
(16) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (semen).
Hija tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet tas-semen fl-Unjoni.
Artikolu 2
Importazzjonijiet tas-semen
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, sakemm dan ikun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun ġej minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I; |
|
(b) |
ikun ġej minn ċentru għall-ġbir u l-ħażna tas-semen elenkat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 88/407/KEE; |
|
(c) |
ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II, u mimlija skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness:
|
|
(d) |
jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (c). |
2. Fejn il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u ta’ ċertifikazzjoni huma stipulati fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, dawk il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Il-kondizzjonijiet rigward it-tasport tas-semen lejn l-Unjoni
1. Is-semen u l-istokkijiet tas-semen imsemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinni oħra ta’ semen li:
|
(a) |
ma jkunx maħsub għal introduzzjoni fl-Unjoni; jew |
|
(b) |
li jgawdi stat tas-saħħa iktar baxx. |
2. Waqt it-trasport lejn l-Unjoni, is-semen u l-istokkijiet tas-semen għandhom jitqiegħdu f’kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.
Artikolu 4
Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/639/KE hija revokata.
Artikolu 5
Dispożizzjoni tranżitorja
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ April 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen u l-istokkijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2012, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE.
Artikolu 6
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) ĠU L 292, 15.9.2004, p. 21.
(4) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
(5) ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.
ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
|
Kodiċi ISO |
Isem tal-pajjiż terz |
Rimarki |
|
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||
|
AU |
l-Awstralja |
|
Il-garanziji addizzjonali rigward it-testijiet stabbiliti fil-punti II.5.4.1 u II.5.4.2 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji. |
|
CA |
il-Kanada (*1) |
It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010. |
|
|
CH |
l-Isvizzera (*2) |
|
|
|
CL |
iċ-Ċilì |
|
|
|
GL |
il-Groenlandja |
|
|
|
HR |
il-Kroazja |
|
|
|
IS |
l-Islanda |
|
|
|
NZ |
New Zealand |
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
Il-garanzija addizzjonali stabbilita fil-punt II.5.4.1 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II hija obbligatorja. |
(*1) Iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertfikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali, kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.
(*2) Iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ma’ dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.
ANNESS II
PARTI 1
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu u ta’ stokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
TAQSIMA A
|
Il-mudell 1 — |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen, fejn ikun inġabar is-semen |
TAQSIMA B
|
Il-mudell 2 — |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 għall-istokkijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004, u importat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen |
TAQSIMA C
|
Il-mudell 3 — |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u s-semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, u fl-istokkijiet tas-semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004 u impurtat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru għall-ħażna tas-semen |
PARTI 2
Noti ta’ spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni
|
(a) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II.
Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jitlob rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali, għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti jkunu ntlaħqu. |
|
(b) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jikkonsisti minn folja waħda, jew fejn ikun meħtieġ iktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jkunu parti minn unità waħda integrata u jkunu indiviżibbli. |
|
(c) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiddikjara li ċerti stqarrijiet għandhom jinżammu kif xieraq, l-istqarrijiet irrilevanti, jistgħu jinqatgħu barra u jiġu ttimbrati u mmarkati bl-inizjali tal-uffiċjali li jiċċertifika, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat. |
|
(d) |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jitfassal b’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post fejn issir l-ispezzjoni mal-fruntiera, fejn tiġi introdotta l-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali. |
|
(e) |
Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti fil-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali), jinthemżu karti addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, dawk il-folji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull folja. |
|
(f) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’(e), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni), fil-qiegħ ta’ kull paġna u jkollha n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat mogħti mill-awtorità kompetenti, fuq nett ta’ kull paġna. |
|
(g) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali, fl-aħħar jum ta’ ħidma qabel it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1).
Il-kulur tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-kliem stampat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk li jkunu intaljati jew dawk li jidhru kontra d-dawl. |
|
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, fejn din tiġi introdotta fl-Unjoni Ewropea. |
|
(i) |
In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-Kaxxa I.2. u Kaxxa II.a. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur. |