22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL RD CONGO/1/2011

tas-16 ta’ Settembru 2011

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo

(2011/623/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/576/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) huwa awtorizzat, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL RD Congo. Din l-awtorizzazzjoni tinkludi b’mod partikolari s-setgħa biex jaħtar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fit-8 ta’ Ottubru 2010, wara proposta mir-Rappreżentat Għoli, il-KPS, skont id-Deċiżjoni EUPOL RD CONGO/1/2010 (2), ħatar lill-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/537/PESK (3) li testendi d-dewmien ta’ EUPOL RD Congo sat-30 ta’ Settembru 2012.

(4)

Fil-31 ta’ Awwissu 2011, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet l-estensjoni tal-mandat tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo sat-30 ta’ Settembru 2012.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u l-interfaċċja tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Settembru 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33.

(2)  ĠU L 266, 9.10.2010, p. 60.

(3)  ĠU L 236, 13.9.2011, p. 8.