21.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Awwissu 2011

dwar emendi għad-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn attivitajiet ġodda u gassijiet

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5861)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/540/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE (2), mid-Direttiva 2008/101/KE (3) u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009 (4), u partikolarment l-Artikoli 14(1) u 24(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi skema għan-negozjar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra ġewwa l-Unjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ETS”).

(2)

Skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE, mid-Direttiva 2008/101/KE u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/589/KE li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (5).

(3)

Skont l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE, mid-Direttiva 2008/101/KE u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009, il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha, tadotta l-linji gwida tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ għall-emissjonijiet mill-attivitajiet, l-istallazzjonijiet u l-gassijiet b’effett ta’ serra li mhumiex elenkati fl-Anness I jekk il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ dawn l-emissjonijiet jistgħu jitwettqu b’eżattezza suffiċjenti.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (6), l-Artikoli 14 u 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE, bid-Direttiva 2008/101/KE u bir-Regolament (KE) Nru 219/2009, għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

Id-Direttiva 2009/29/KE tinkludi gassijiet u attivitajiet ġodda fl-ETS mill-2013 ’il quddiem. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra li jirriżultaw minn attivitajiet ġodda u minn gassijiet ġodda bil-għan li attivitajiet bħal dawn ikunu inklużi fl-ETS mill-2013 u possibbilment li jkunu inklużi b’mod unilaterali fl-ETS qabel l-2013.

(6)

Id-Deċiżjoni 2007/589/KE għandha, għalhekk, tkun emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2003/87/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/589/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, u ta’ attivitajiet inklużi skont l-Artikolu 24(1) ta’ dik id-Direttiva, huma stabbiliti fl-Annessi I sa XIV u XVI sa XXIV għal din id-Deċiżjoni.

Il-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ dejta dwar tunnellati għal kull kilometru minn attivitajiet tal-avjazzjoni għall-fini ta’ applikazzjoni skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE huma stabbiliti fl-Anness XV. Dawk il-linji gwida huma bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness IV għal dik id-Direttiva.”

2.

It-Tabella tal-Annessi u l-Annessi li ġejjin huma emendati kif ġej:

a)

It-Tabella tal-Annessi hija emendata skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

b)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

ċ)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

d)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.

e)

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Deċiżjoni.

f)

L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness VI għal din id-Deċiżjoni.

g)

L-Anness VII huwa emendat skont l-Anness VII għal din id-Deċiżjoni.

h)

L-Anness VIII huwa emendat skont l-Anness VIII għal din id-Deċiżjoni.

i)

L-Anness IX huwa emendat skont l-Anness IX għal din id-Deċiżjoni.

j)

L-Anness X huwa emendat skont l-Anness X għal din id-Deċiżjoni.

k)

L-Anness XI huwa emendat skont l-Anness XI għal din id-Deċiżjoni.

l)

L-Anness XII huwa emendat skont l-Anness XII għal din id-Deċiżjoni.

m)

L-Anness XVI huwa emendat skont l-Anness XIII għal din id-Deċiżjoni.

3.

L-Annessi li ġejjin huma miżjudin:

a)

L-Anness XIX huwa miżjud skont l-Anness XIV għal din id-Deċiżjoni.

b)

L-Anness XX huwa miżjud skont l-Anness XV għal din id-Deċiżjoni.

ċ)

L-Anness XXI huwa miżjud skont l-Anness XVI għal din id-Deċiżjoni.

d)

L-Anness XXII huwa miżjud skont l-Anness XVII għal din id-Deċiżjoni.

e)

L-Anness XXIII huwa miżjud skont l-Anness XVIII għal din id-Deċiżjoni.

f)

L-Anness XXIV huwa miżjud skont l-Anness XIX għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18.

(3)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109.

(5)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.


ANNESS I

It-Tabella tal-Annessi hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrati għall-Anness II u għall-Annessi IV sa XII huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Anness II

:

Linji gwida għal emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet

Anness IV

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-kokk kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness V

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ inkaljar u sinterizzazzjoni ta’ minerali tal-ħadid kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness VI

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness VII

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ gagazza kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness VIII

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ġir jew tal-kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness IX

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ materjal ta’ iżolament ta’ suf minerali kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness X

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XI

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XII

:

Linji gwida għal determinazzjoni ta’ emissjonijiet jew ta’ ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’sistemi ta’ kejl kontinwu”

(2)

it-titoli li ġejjin tal-Annessi l-ġodda XIX, XX, XXI, XXII, XXIII u XXIV huma miżjudin:

“Anness XIX

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u ta’ bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XX

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XXI

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-idroġenu u gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XXII

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XXIII

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

Anness XXIV

:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE”


ANNESS II

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 1 bit-titolu “Introduzzjoni”, il-kliem “Annessi II sa XI u Annessi XIII sa XVIII” huwa sostitwit bil-kliem “Annessi II sa XI u Annessi XIII sa XXIV”.

(2)

Fil-parti introduttorja tat-Taqsima 2 bit-titolu “Definizzjonijiet” il-kliem “Annessi II sa XVIII” huwa sostitwit bil-kliem “Annessi II sa XXIV”.

(3)

It-Taqsima 4.3 bit-titolu “Il-Pjan ta’ Monitoraġġ” hija emendata kif ġej:

(a)

fir-raba’ paragrafu, il-punt (e) huwa sostitwit kif ġej:

“(e)

lista u deskrizzjoni tas-saffi ta’ dejta ta’ attivitá, kontenut ta’ karbonju (fejn ikunu applikati bilanċ tal-massa jew approċċi oħra li jkunu jeħtieġu direttament kontenut ta’ karbonju għal kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet), fatturi ta’ emissjoni, ossidazzjoni u fatturi ta’ konverżjoni għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkollhom jiġu mmonitorjati”

(b)

is-subparagrafi li ġejjin huma miżjudin wara s-subparagrafu (t):

“(u)

fejn japplika, id-dati meta jkun sar il-kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6, u skeda għal ripetizzjonijiet fil-ġejjieni ta’ din id-determinazzjoni;

(v)

fejn japplika, il-protokoll li jiddeskrivi l-proċedura użata biex ikunu determinati l-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6, li juru wkoll li l-kejl ikun sar jew ikun ser isir għal żmien biżżejjed twil biex valuri mkejla jikkonverġu, iżda mill-anqas għal 72 siegħa;

(w)

fejn japplika, il-metodoloġija biex tkun determinata l-effiċjenza tal-ġbir ta’ emissjonijiet li jaħarbu f’installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ aluminju primarju;”

(4)

It-Taqsima 5 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima 5.1, taħt l-intestatura “emissjonijiet minn proċess”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess hija speċifikata ulterjorment fil-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet fl-Annessi II sa XI u XVI sa XXIV. Mhux il-metodi kollha ta’ kalkulazzjoni fl-Annessi II sa XI u XVI sa XXIV jużaw fattur ta’ konverżjoni.”

(b)

Fit-Taqsima 5.2 bit-titolu “Saffi ta’ Approċċi”, il-kliem “Annessi II sa XI u Annessi XIV sa XVIII” huwa sostitwit bil-kliem “Annessi II sa XI u XIV sa XXIV”.

(ċ)

Fit-Taqsima 5.2, id-disa’ paragrafu li ġej huwa miżjud:

“Għal fjuwil kummerċjali standard jistgħu jkunu applikati wkoll għal attivitajiet oħra approċċi ta’ saffi minimi kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II dwar attivitajiet ta’ kombustjoni.”

(d)

“Tabella 1: Rekwiżiti Minimi” hija sostitwita mit-Tabella li ġejja:

Tabella 1

Rekwiżiti Minimi

(‘n.a.’ tfisser ‘mhux applikabbli’)

Il-Kolonna A għal “installazzjonijiet ta’ kategorija A’ (tfisser installazzjonijiet b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrappurtati tul il-perjodu ta’ negozjar preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk emissjonijiet irrappurtati ma jkunux disponibbli jew mhux aktar applikabbli) ugwali għal jew anqas minn 50 elf tunnellata metrika ta’ CO2-eq mingħajr ma jkun inkluż CO2 bijoġeniku u qabel ma jitnaqqas CO2 trasferit)

Il-Kolonna B għal ‘installazzjonijiet ta’ kategorija B’ (tfisser installazzjonijiet b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrappurtati fuq il-perjodu ta’ negozjar preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk emissjonijiet irrappurtati ma jkunux disponibbli jew mhux aktar applikabbli) akbar minn 50 elf tunnellata metrika u ugwali għal jew anqas minn 500 elf tunnellata metrika ta’ CO2-eq mingħajr ma jkun inkluż CO2 bijoġeniku qabel ma jitnaqqas CO2 trasferit)

u l-Kolonna C għal ‘installazzjonijiet ta’ kategorija C’ (tfisser installazzjonijiet b’medja ta’ emissjonijiet annwali rrappurtati fuq il-perjodu ta’ negozjar preċedenti (jew stima konservattiva jew projezzjoni jekk emissjonijiet irrappurtati ma jkunux disponibbli jew mhux aktar applikabbli) akbar minn 500 elf tunnellata metrika ta’ CO2-eq mingħajr ma jkun inkluż CO2 bijoġeniku u qabel ma jitnaqqas CO2 trasferit).

 

Dejta ta’ Attività

Fattur ta’ Emissjoni

Dejta ta’ Kompożizzjoni

Fattur ta’ Ossidazzjoni

Fattur ta’ Konverżjoni

Fluss ta’ Fjuwil

Valur Kalorifiku Nett

Anness/Attivitá

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

II:   Kombustjoni

Fjuwil kummerċjali standard

2

3

4

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Gassijiet oħra u fjuwil likwifikat

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Fjuwil solidu

1

2

3

2a/2b

3

3

2a/2b

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Approċċ ta’ Bilanċ tal-Massa għall-Produzzjoni ta’ Iswed tal-Karbonju u t-Terminali ta’ Proċessar ta’ Gassijiet

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Tubi bi fjamma

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

2a/b

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

Tindif ta’ Gassiijiet

Karbonat

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

 

Ġipsum

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.


 

Dejta ta’ Attività

Fattur ta’ Emissjoni

Dejta ta’ Kompożizzjoni

Fattur ta’ Konverżjoni

Fluss ta’ Materjal

Valur Kalorifiku Nett

 

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

III:   Raffineriji

Riġenerazzjoni Katalitika ta’ Crackers

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Produzzjoni ta’ Idroġenu

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

IV:   Fran tal-Kokk

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Fjuwil bħala input ta’ proċess

1

2

3

2

2

3

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

V:   Inkaljar u Sinterizzazzjoni ta’ Minerali tal-ħadid

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Input ta’ Karbonat

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

VI:   Ħadid u Azzar

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Fjuwil bħala input ta’ proċess

1

2

3

2

2

3

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

VII:   Siment

Abbażi tal-materjali fid-dħul tal-forn

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

Gagazza Prodotta

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

CKD

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

2

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Karbonju Mhux Karbonat

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

VIII:   Lime, Dolomite and Magnesite

Karbonati

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

Ossidu Alkaliterren

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

IX:   Ħġieġ, Suf Minerali

Karbonati

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

X:   Ċeramika

Inputs ta’ Karbonju

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1.

1

2

Ossidu Alkali

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

Tindif ta’ Gassiijiet

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

XI:   Polpa u Karta

Metodu standard

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

XIX:   Karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

XX:   Ammonja

Fjuwil bħala input ta’ proċess

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

XXI:   Idroġenu u gass ta’ sinteżi

Fjuwil bħala input ta’ proċess

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

XXII:   Sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

XXIII:   Produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli

Bilanċ tal-massa

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Emissjonijiet minn proċess

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

2

XXIV:   Produzzjoni ta’ aluminju

Bilanċ tal-massa għal emissjonijiet ta’ CO2

1

2

3

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

2

3

3

n.a.

n.a.

n.a.

Emissjonijiet ta’ PFC (metodu tal-pendil)

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

Emissjonijiet ta’ PFC (metodu ta’ vultaġġ żejjed)

1

1

2

n.a.

n.a.

n.a.

1

1

1

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.”

(e)

Fit-Taqsima 5.4 bit-titolu “Dejta ta’ Attività ta’ Installazzjonijiet Stazzjonarji”, fit-tieni subparagrafu, il-kliem “Annessi II sa XI” huwa sostitwit bil-kliem “Annessi II sa XXIV”

(f)

Fit-Taqsima 5.5, bit-titolu “Fatturi ta’ Emissjoni”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fatturi ta’ emissjoni għal emissjonijiet ta’ CO2 huma bbażati fuq il-kontenut ta’ karbonju ta’ fjuwil jew ta’ materjali ta’ input u huma espressi bħala tCO2/TJ (emissjonijiet mill-kombustjoni), jew tCO2/t jew tCO2/Nm3 (emissjonijiet minn proċess). Għal gassijiet mhux CO2 b’effett ta’ serra, fatturi adatti ta’ emissjonijiet huma ddefiniti fl-Annessi rilevanti li huma speċifiċi għal attività ta’ dawn il-Linji gwida.”

(g)

It-Taqsima 5.7 hija emendata kif ġej:

l-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“bħala sustanza pura, jew użata direttament u mgħaqqda fi prodotti jew bħala materja prima, sakemm ma japplikawx rekwiżiti oħra kif stabbiliti fl-Annessi XIX sa XXII, jew”

fit-tieni paragrafu, il-kliem “jew XVIII” huwa sostitwit bi “sa XXII”.

(5)

Fit-Taqsima 6.3, (c), it-tielet paragrafu, il-kliem “, XVII u XVIII” huwa sostitwit bi “sa XXIV”.

(6)

Fit-Taqsima 7.1, il-ħames paragrafu, il-kelma “XVIII” hija sostitwita bi “XXIV”.

(7)

It-Taqsima 8 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-subparagrafu (6) tal-ħames paragrafu, il-kliem “, XVII u XVIII” huwa sostitwit bi “sa XXIV”;

(b)

is-subparagrafu (11) li ġej huwa miżjud mal-ħames paragrafu:

“(11)

fejn japplika, il-livell ta’ produzzjoni ta’ aluminju primarju, il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, jew id-dejta ta’ vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, kif ukoll ir-riżultati tad-determinazzjoni l-aktar reċenti tal-fatturi speċifiċi ta’ emissjonijiet għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 kif ippjanati fl-Anness XXIV, u tad-determinazzjoni l-aktar reċenti tal-effiċjenza tat-tubi fil-ġbir.”

(ċ)

Fit-Taqsima 8, is-seba’ paragrafu, il-kliem “taħt (2)” huwa sostitwit bi “taħt (2) u (11)”.

(8)

Fit-Taqsima 9, id-disa’ paragrafu li ġej huwa miżjud:

“L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tinżamm għall-produzzjoni ta’ aluminju primarju:

dokumentazzjoni ta’ riżultati minn kampanji ta’ kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi speċifiċi ta’ emissjonijiet għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6,

dokumentazzjoni ta’ riżultati tad-determinazzjoni tal-effiċjenza fil-ġbir ta’ emissjonijiet li jaħarbu,

id-dejta rilevanti kollha dwar il-produzzjoni ta’ aluminju primarju, il-frekwenza u d-durata tal-effetti ta’ anodi jew dejta dwar vultaġġ żejjed.”

(9)

It-Taqsima 14.1 hija emendata kif ġej:

Fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna t-test huwa sostitwit b’dan li ġej: “Jimtela biss jekk l-installazzjoni jkun jeħtiġilha tirrapporta skont l-EPRTR.”

(10)

It-Taqsima 14.8 ġdida hija miżjuda:

“14.8.   RAPPURTAĠĠ DWAR EMISSJONIJIET TA’ PFC GĦALL-PRODUZZJONI TA’ ALUMINJU PRIMARJU

 

Attivitá

 

Tip ta’ ċellola

 

Metodu tal-pendil (A) jew metodu ta’ vultaġġ żejjed (B)?

 

Parametri

Unità

Valur

Saff applikat

Produzzjoni ta’ aluminju primarju

T

 

 

Metodu A

Għadd ta’ effetti ta’ anodi

 

 

 

Durata medja tal-effetti ta’ anodi

min

 

 

Minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola

min/jum ta’ ċellola

 

 

SEF CF4 … Fattur ta’ emissjoni f’pendil

(kg CF4/t Al)/(min/jum ta’ ċellola)

 

 

Metodu B

AEO … Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu għal kull ċellola

mV

 

 

CE … medja ta’ effiċjenza attwali

%

 

 

AEO/CE

mV

 

 

OVC … Koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed

kg CF4/ (t Al mV)

 

 

 

FC2F6 … Frazzjoni ta’ piż ta’ C2F6

t C2F6/t CF4

 

 

Emissjonijiet ta’ CF4

T

 

 

Emissjonijiet ta’ C2F6

T

 

 

GWPCF4 applikat

t CO2(e)/t

 

 

GWPC2F6 applikat

t CO2(e)/t

 

 

 

Emissjonijiet totali

t CO2(e)

 

 


ANNESS III

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida għal emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet

(2)

Fit-Taqsima 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn attivitajiet ta’ kombustjoni kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet u ddefiniti skont l-Artikolu 3(t) u biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet oħra kif elenkati f’dak l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fejn hemm referenza għalihom fl-Annessi III sa XI u XVI sa XXIV għal dawn il-Linji gwida. Barra minn hekk, dan l-Anness għandu jintuża biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni li jagħmlu parti minn kull attivitá elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li għaliha ma japplika ebda Anness ieħor għal dawn il-linji gwida speċifiċi għal attività.”

(3)

It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-frażi introduttorja, il-kliem “installazzjonijiet u proċessi” huwa sostitwit bi “attivitajiet”;

(b)

Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2.1.1.1, il-kelma “installazzjonijiet” hija sostitwita bi “attivitajiet”;

(c)

Fit-Taqsima 2.1.1.2(b), Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-kliem “l-Annessi IV-VI” huwa sostitwit bi “Annessi oħra speċifiċi għal attività.”


ANNESS IV

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-kokk kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

(2)

L-ewwel paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fran tal-kokk jistgħu jagħmlu parti minn xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ attivitajiet ta’ sinterizzazzjoni u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (pereżempju gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk) li jseħħ f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss il-forn tal-kokk, l-emissjonijiet ta’ CO2 jista’ wkoll isirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom, billi jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa speċifikat Fit-Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness.”

(3)

Fit-Taqsima 2.1.1(b) Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:”


ANNESS V

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness V huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Anness V: Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ inkaljar u sinterizzazzjoni ta’ minerali tal-ħadid kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE”

(2)

L-ewwel paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Inkaljar ta’ minerali tal-ħadid, sinterizzazzjoni jew attivitajiet ta’ pelitizzazzjoni jistgħu jifformaw parti integrali minn xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ fran tal-kokk u ma’ attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu. B’hekk jinħoloq skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (eż. gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-ġir) f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss l-attività ta’ inkaljar jew sinterizzazzjoni, l-emissjonijiet ta’ CO2 jista’ jsirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom. F’każijiet bħal dawn jista’ jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa (Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness).”

(3)

Fit-Taqsima 2.1.1(b) Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:”


ANNESS VI

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness VI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE”

(2)

It-Taqsima 1 hija emendata b’dan li ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu huwa sostitwit bil-kliem li ġej: “Il-linji gwida f’dan l-Anness jistgħu jkunu applikati għal emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u minn attivitajiet tal-azzar, inklużi attivitajiet ta’ ikkastjar kontinwu. Jirreferu partikolarment għall-produzzjoni primarja tal-azzar (kalkara ta’ funderija (KF) u għal kalkara ta’ ossiġenu bażika (KOB)) u għal kalkara b’ark tal-elettriku (KAE).”

(b)

It-tieni paragrafu huwa sostitwit bil-kliem li ġej: “Attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar. Inkluż ikkastjar kontinwu, huma ġeneralment partijiet integrali ta’ xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika ma’ attivitajiet ta’ forn tal-kokk u ta’ sinterizzazzjoni. B’hekk jinħoloq skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (eż. gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-ġir) f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss il-kalkara tal-funderija, l-emissjonijiet ta’ CO2jista’ jsirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom. F’każijiet bħal dawn jista’ jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa kif ippreżentat Fit-Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness.”

(3)

Fit-Taqsima 2.1.1(b) Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:”


ANNESS VII

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ gagazza kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

(2)

L-ewwel sentenza tat-Taqsima 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“F’attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ siment, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:”.


ANNESS VIII

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness VIII huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ġir jew tal-kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

(2)

It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita kif ġej: “Fil-produzzjoni tal-ġir jew kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:”

(b)

L-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż, il-kliem huwa sostitwit kif ġej: “kalċinazzjoni ta’ ġebla tal-ġir, dolomit jew manjeżit fil-materja prima”

(c)

Taħt is-Subtaqsima 2.1.1, Emissjonijiet mill-kombustjoni, il-kliem huwa sostitwit kif ġej: “Proċessi ta’ kombustjoni li jinvolvu tipi differenti ta’ fjuwil (eż. faħam, ‘petcoke’, żejt kombustibbli, gass naturali u l-firxa wiesgħa ta’ fjuwil mormi) li jsiru f’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ġir jew kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.”

(d)

Taħt is-Subtaqsima 2.1.2, Emissjonijiet minn Proċess, l-ewwel paragrafu, il-kliem huwa sostitwit kif ġej: “Emissjonijiet rilevanti jseħħu waqt kalċinazzjoni u mill-ossidazzjoni ta’ karbonju organiku fil-materja prima. Waqt il-kalċinazzjoni fil-forn, CO2 minn karbonati jinħareġ mill-materja prima. CO2 minn kalċinazzjoni għandu rabta diretta mal-ġir, ġir dolomitiku jew il-produzzjoni ta’ manjeżja. Fuq livell ta’ installazzjoni, CO2 minn kalċinazzjoni jista’ jkun ikkalkulat b’żewġ modi: abbażi tal-ammont ta’ kalċju u karbonat tal-manjeżju mill-materja prima (l-aktar ġebla tal-ġir, dolomit u manjeżit) mibdul fil-proċess (metodu A ta’ kalkulazzjoni), jew abbażi tal-ammont ta’ kalċju u ossidi tal-manjeżju fil-prodotti (metodu B ta’ kalkulazzjoni). Iż-żewġ approċċi jitqiesu li huma ekwivalenti u jistgħu jintużaw il-wieħed jew l-ieħor mill-operatur għall-validazzjoni tar-riżultati tal-metodu l-ieħor rispettiv.”

(e)

Taħt is-Subtaqsima 2.1.2, “Metodu A ta’Kalkulazzjoni: Karbonati, il-frażi introduttorja hija sostitwita kif ġej: “Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta’ karbonat tal-kalċju u karbonat tal-manjeżju — u fejn ikun rilevanti, ta’ karbonati oħra — fil-materja prima kkunsmata. Għandha tintuża l-formula li ġejja:”

(f)

Taħt is-Subtaqsima 2.1.2(b), is-sentenza li ġejja hija inserita fl-aħħar tal-ewwel paragrafu:“Fejn ikun rilevanti, valuri ta’ kontenut ta’ karbonat għandhom ikunu aġġustati għall-umdità u għall-kontenut ta’ mineral grezz rispettivi tal-materjal applikat ta’ karbonat, u jittieħed kont ta’ minerali li jkollhom il-manjeżju minbarra karbonati.”

(g)

Tabella 1: Proporzjonijiet stojkjometriċi’ hija sostitwita b’dan li ġej:

“Karbonat

Proporzjon[t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

ġenerali: XY(CO3)Z

Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2- ]}

X= alkaliterreni jew metall alkali

Mx= piż molekulari ta’ X fi [g/mol]

MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekulari ta’ CO3 2- = 60 [g/mol]

Y= numru stojkjometriku ta’ X

= 1 (għal metalli alkaliterreni)

= 2 (għal metalli alkali)

Z= numru stojkjometriku ta’ CO3 2- = 1”

(h)

Taħt is-Subtaqsima 2.1.2, Metodu B ta’ kalkulazzjoni: Ossidi Alkaliterreni huwa sostitwit b’dan li ġej: “Emissjonijiet ta’ CO2 joriġinaw mill-kalċinazzjoni ta’ karbonati u għandhom ikunu kkalkulati abbażi tal-ammonti ta’ kontenuti ta’ CaO u MgO fil-ġir, ġir dolomitiku jew manjeżja prodotti. Ca u Mg kalċinati diġà li jidħlu fil-forn, pereżempju permezz ta’ rmied li jtir jew fjuwil u materja prima b’kontenut rilevanti ta’ CaO jew MgO, kif ukoll minerali oħra li jkollhom il-manjeżju minbarra karbonati, għandhom jitqiesu b’mod xieraq permezz tal-fattur ta’ konverżjoni. Trab ta’ forn li jħalli s-sistema tal-forn għandu jitqies b’mod xieraq.”

(i)

It-Tabella 2: Proporzjonijiet stojkjometriċi’ hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ossidu

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Rimarki

CaO

0,785 [tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull tunnellata metrika ta’ Ossidu]

 

MgO

1,092 [tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull tunnellata metrika ta’ Ossidu]

 

ġenerali: XY(O)Z

Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z * [MO]}

X= alkaliterreni jew metall alkali

Mx= piż molekulari ta’ X fi [g/mol]

MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 = 44 [g/mol]

MO= piż molekulari ta’ O = 16 [g/mol]

Y= numru stojkjometriku ta’ X

= 1 (għal metalli alkaliterreni)

= 2 (għal metalli alkali)

Z= numru stojkjometriku ta’ O = 1”


ANNESS IX

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness IX huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ materjal ta’ iżolament ta’ suf minerali kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE”

(2)

It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fil-produzzjoni tal-ħġieġ jew ta’ suf minerali, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:”

(b)

Is-Subtaqsima 2.1.1, hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Proċessi ta’ kombustjoni li jseħħu f’installazzjonijiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ suf minerali għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II. Dan jinkludi emissjonijiet minn karbonju li jkollu addittivi (kokk u trab tal-faħam, kisjiet organiċi ta’ fibri tal-ħġieġ u suf minerali) u minn tindif ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija (wara l-kombustjoni).”

(c)

It-tieni paragrafu tas-Subtaqsima 2.1.2, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CO2 minn karbonati fil-materja prima li joħorġu matul it-tidwib fil-kalkara għandu rabta diretta mal-produzzjoni tal-ħġieġ jew ta’ suf minerali u għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kwantità konvertita ta’ karbonati minn materja prima — l-aktar karbonat tas-sodju, ġir/ġebla tal-ġir, dolomit u karbonati oħra alkali u alkaliterreni b’suppliment ta’ ħġieġ riċiklat ħieles minn karbonat (frak tal-ħġieġ miżjud ma’ materjal ieħor).”


ANNESS X

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness X huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

(2)

fl-ewwel linja tat-Taqsima 2 il-kliem “installazzjonijiet għal” huwa mħassar.


ANNESS XI

It-titolu tal-Anness XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE


ANNESS XII

It-titolu tal-Anness XII huwa sostitwit b’dan li ġej:

Linji gwida għal determinazzjoni ta’ emissjonijiet jew ta’ ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’sistemi ta’ kejl kontinwu


ANNESS XIII

Fl-Anness XVI, Fit-Taqsima 3, fis-Subtaqsima 3.1 fl-aħħar tat-tieni paragrafu, b’referenza għal Tinput, wara l-kliem “Annessi I sa XII” il-kliem li ġej huwa miżjud: “u XIX sa XXIV.”


ANNESS XIV

L-Anness XIX li ġej huwa miżjud:

“ANNESS XIX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u ta’ bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu:

fjuwil użat għal proċessi ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar,

materja prima (eż. gass maħruġ minn kalċinazzjoni ta’ ġebel tal-ġir, sakemm ma jintużax biex jinħadem il-karbonju)

gassijiet ta’ skart minn ħasil jew minn stadji ta’ filtrazzjoni wara li jkun sar il-karbonju, sakemm ma jintużawx biex jinħadem il-karbonju

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Minħabba li l-karbonat tas-sodju u l-bikarbonat tas-sodju għandhom il-karbonju li jiġi minn inputs ta’ proċessi, il-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess għandhom ikunu bbażati fuq approċċ ta’ bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.1. Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil jistgħu jew isirilhom monitoraġġ b’mod separat skont It-Taqsima 2.1.2 jew jittieħed kont tagħhom fl-approċċ ta’ bilanċ tal-massa.

2.1.1.   APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jkollhom monitoraġġ skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness. L-ammont ta’ CO2 użat biex ikun prodott il-bikarbonat tas-sodju mill-karbonat tas-sodju għandu jitqies li jkun inħareġ. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input - prodotti - esportazzjoni - bidliet ta’ stokkijiet) *fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

—   input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

—   prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti (1) u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,

—   esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni f’fażijiet ta’ likwidu u/jew solidu, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

—   bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Saff 2

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Saff 3

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 4

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Saff 1

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ Emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]

Saff 2

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II, sakemm ma jittiħidtx kont tagħhom fil-bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.1.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.


(1)  Għall-fini ta’ dan il-bilanċ tal-massa il-bikarbonat tas-sodju kollu prodott mill-karbonat tas-sodju għandu jkun ittrattat bħala karbonat tas-sodju.”


ANNESS XV

L-Anness XX li ġej huwa miżjud:

“ANNESS XX

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

Installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika u tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-ammonja. F’għadd ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja, CO2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni jinqabad u jintuża għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, eż. tal-produzzjoni tal-urea. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-ammonja. F’għadd ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja, CO2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni jinqabad u jintuża għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, eż. tal-produzzjoni tal-urea. CO2 maqbud hekk għandu jitqies bħala emissjoni.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ammonja, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn dawn is-sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi:

Kombustjoni ta’ fjuwil li tipprovdi s-sħana għal riforma jew ossidazzjoni parzjali.

Fjuwil użat bħala input ta’ proċess fil-proċess tal-produzzjoni tal-ammonja (riforma jew ossidazzjoni parzjali);

Fjuwil użat għal proċessi oħra ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil mhux użat bħala input ta’ proċess għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MINN FJUWIL UŻAT BĦALA INPUT TA’ PROĊESS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-AMMONJA

Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”


ANNESS XVI

L-Anness XXI li ġej huwa miżjud:

“ANNESS XXI

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-idroġenu u gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu l-idroġenu jew gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn il-produzzjoni tal-idroġenu tkun teknikament integrata f’raffinerija ta’ żejt minerali, l-operatur ta’ dik l-installazzjoni għandu minflok juża d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III.

Installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika jew tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn dawn is-sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi:

Fjuwil użat fil-proċess ta’ produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi (riforma jew ossidazzjoni parzjali);

Fjuwil użat għal proċessi oħra ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil mhux użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-idroġenu jew għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi, iżda għal proċessi oħra ta’ kombustjoni għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MINN FJUWIL UŻAT BĦALA INPUT TA’ PROĊESS

Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess fil-produzzjoni tal-idroġenu għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-metodoloġija relatata ma’ input stabbilita Fit-Taqsima 2.1.2.1. Għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi għandu jintuża bilanċ tal-massa skont 2.1.2.2. Fejn ikunu prodotti idroġenu u gass ta’ sinteżi fl-istess installazzjoni, l-operatur jista’ jagħżel li jikkalkula l-emissjonijiet rispettivi miż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni billi juża bilanċ wieħed tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2.2.

2.1.2.1.   PRODUZZJONI TA’ IDROĠENU

Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-formula

Emissjonijiet ta’ CO2 = dejta ta’ attività * fattur ta’ emissjoni

fejn

dejta ta’ attività tkun espressa bħala l-kontenut nett ta’ enerġija tal-fjuwil użat bħala input ta’ proċess [TJ] jew, meta jintuża fattur ta’ emissjoni relatat ma’ massa jew volum, bħala l-ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess ([t or Nm3];

fattur ta’ emissjoni jkun espress bħala tunnellati metriċi ta’ CO2/TJ jew bħala tunnellati metriċi ta’ CO2/t jew tunnellati metriċi ta’ CO2/Nm3 ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess.

Ir-rekwiżiti ta’ saffi li ġejjin għandhom ikunu applikati:

(a)    Dejta ta’ attività

Dejta ta’ attività tkun ġeneralment espressa bħala l-kontenut nett ta’ enerġija tal-fjuwil użat [TJ] matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ. Il-kontenut ta’ enerġija tal-fjuwil użat għandu jkun ikkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

Kontenut ta’ enerġija ta’ fjuwil użat [TJ] = fjuwil użat [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett tal-fjuwil [TJ/t jew TJ/Nm3]

F’każ li jkun użat fattur ta’ emissjoni relatat ma’ massa jew volum [t CO2/t jew t CO2/Nm3], dejta ta’ attività tkun espressa bħala l-ammont ta’ fjuwil użat [t jew Nm3].

Fejn:

(a1)   Fjuwil użat

Saff 1

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 7,5 %.

Saff 2

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 5,0 %.

Saff 3

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 2,5 %.

Saff 4

Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 1,5 %.

(a2)   Valur kalorifiku nett

Saff 1

Valuri ta’ referenza għal kull fjuwil użat kif speċifikat fit-Taqsima 11 tal-Anness I.

Saff 2a

L-operatur japplika valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 2b

Għal fjuwil negozjat kummerċjalment jintuża l-valur kalorifiku nett kif derivat mir-rekords ta’ xiri għall-fjuwil rispettiv ipprovdut mill-fornitur tal-fjuwil, bil-kondizzjoni li jkun derivat abbażi ta’ standards aċċettati fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

Saff 3

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv tal-fjuwil f’installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju kkuntrattjat jew mill-fornitur tal-fjuwil skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I.

(b)    Fattur ta’ emissjoni

Saff 1

Jintużaw il-valuri ta’ referenza elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I għal dawn il-linji gwida.

Saff 2a

L-operatur japplika fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 2b

L-operatur jidderiva fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwil abbażi ta’ waħda mill-prokuri stabbiliti li ġejjin:

kejl ta’ densità ta’ żjut jew gassijiet speċifiċi komuni eż. għar-raffinerija jew industrija tal-azzar, u

valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta’ faħam,

flimkien ma’ korrelazzjoni empirika kif determinata mill-anqas darba fis-sena skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I. L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattika tajba ta’ inġinerija u li tkun applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

Saff 3

L-użu ta’ fattur ta’ emissjoni speċifiku għal attività [doża ta’ CO2/TJ jew CO2/t jew CO2/Nm3] ikkalkulat mill-kontenut ta’ karbonju tal-fjuwil użat, determinat skont It-Taqsima 13 tal-Anness I.

2.1.2.2.   PRODUZZJONI TA’ GASS TA’ SINTEŻI

Minħabba li parti mill-karbonju fil-fjuwil użat bħala input ta’ proċess jinsab fil-gass ta’ sinteżi prodott, għandu jintuża approċċ ta’ bilanċ tal-massa għall-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jsirilhom monitoraġġ skont It-Taqsimajiet 2.1.1 u 2.1.2.1 ta’ dan l-Anness. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input - prodotti - esportazzjoni - bidliet ta’ stokkijiet) *fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

—   input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

—   prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,

—   esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

—   bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni *kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet *kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3 664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Saff 2

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Saff 3

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 4

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Saff 1

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]

Saff 2

L-operatur japplika kontenuti ta’ karbonju speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”


ANNESS XVII

L-Anness XXII li ġej huwa miżjud:

“ANNESS XXII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għal-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn produzzjoni ta’ dak it-tip tkun teknikament integrata f’raffinerija ta’ żejt minerali, l-operatur ta’ dik l-installazzjoni għandu minflok juża d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III, l-aktar għal emissjonijiet minn crackers katalitiċi.

Installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika jew tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil jew materjali użati bħala input ta’ proċess.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu fjuwil u materjali ta’ input tal-proċessi li ġejjin:

cracking (katalitiku u mhux katalitiku)

riformar

ossidazzjoni parzjali jew sħiħa

proċessi simili li jwasslu għal emissjonijiet ta’ CO2 minn karbonju li jkun jinsab f’materja prima b’bażi ta’ idrokarbur;

kombustjoni ta’ gassijiet ta’ skart u vvampjar;

kombustjoni oħra ta’ fjuwil għal provvista ta’ sħana lill-proċessi msemmijin hawn fuq.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Fil-każ ta’ proċessi ta’ kombustjoni fejn il-fjuwil użat ma jkollux sehem f’reazzjonijiet kimiċi jew joriġina minnhom għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira, eż. għall-proċess ta’ ġenerazzjoni ta’ sħana jew elettriċità, l-emissjonijiet għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont It-Taqsima 2.1.1. Fil-każijiet l-oħra kollha l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira għandhom ikunu kkalkulati billi jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa stabbilit Fit-Taqsima 2.1.2. Il-monossidu tal-karbonju (CO) kollu fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija għandu jitqies bħala CO2. Abbażi tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jista’ jintuża approċċ ibbażat fuq dak l-input ippreżentat fl-Anness II, meqjusal-aħjar prattika fl-industrija, minflok approċċ ta’ bilanċ tal-massa jekk l-operatur jista’ juri li dan ikun aktar kosteffiċjenti u jwassal għal livell komparabbli ta’ eżattezza.

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II. Jekk isir tindif ta’ gass ta’ skart fl-installazzjoni u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bl-użu tal-bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2, dawn l-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati skont l-Anness II.

2.1.2.   APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex jieħu kont tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jsirilhom monitoraġġ skont It-Taqsima 2.1.1. ta’ dan l-Anness. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

—   input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

—   prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni.

—   esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

—   bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet tal-karbonju fil-limiti tal-installazzjoni.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3664

Fejn:

(a)    Dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Saff 2

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5,0 %.

Saff 3

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 4

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Saff 1

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I, fit-Tabella hawn taħt jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji Gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]

Għal sustanzi mhux elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività, operaturi jistgħu jikkalkulaw il-kontenut ta’ karbonju mill-kontenut stojkjometriku ta’ karbonju fis-sustanza pura u mill-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-fluss ta’ input jew output.

Tabella

Fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza  (1)

Sustanza

Kontenut ta’ karbonju (materja prima t C/t jew prodott t C/t)

Aċetonitril

0,5852 tC/t

Akrilonitril

0,6664 tC/t

Butadien

0,888 tC/t

Iswed tal-Karbonju

0,97 tC/t

Etilen

0,856 tC/t

Diklorur tal-etilen

0,245 tC/t

Glikol tal-etilen

0,387 tC/t

Ossidu tal-etilen

0,545 tC/t

Ċjanur tal-idroġenu

0,4444 tC/t

Metanol

0,375 tC/t

Metan

0,749 tC/t

Propan

0,817 tC/t

Propilin

0,8563 tC/t

Monomer tal-klorur tal-vinil

0,384 tC/t

Saff 2

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”


(1)  Ara l-Linji gwida għal Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b’Effett ta’ Serra tal-IPCC tal-2006.


ANNESS XVIII

L-Anness XXIII li ġej huwa miżjud:

“ANNESS XXIII

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet mill-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, ħlief għall-produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar u aluminju primarju.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi, sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu:

Fjuwil konvenzjonali (eż. gass naturali, faħam u kokk, żejt kombustibbli),

Fjuwil ieħor (plastik eż. mir-riċilaġġ ta’ batteriji, materjal imrammel (organiku) minn impjanti li jaħdmu dak li jibqa’ mit-tqattigħ ta’ vetturi),

Sustanzi li jnaqqsu l-volum bl-ossidazzjoni u jilliberaw l-elettroni (‘reducing agents’) (eż. kokk, elettrodi ta’ grafit),

Materja prima (eż. kalċinazzjoni ta’ ġebla tal-ġir, dolomit u karbonju li jkollhom minerali tal-ħadid u konċentrati),

Materjali bażiċi sekondarji (eż. materjali organiċi li jkollu ruttam).

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

F’installazzjonijiet fejn il-karbonju li joriġina minn fjuwil jew materjali ta’ input użati f’din l-installazzjoni jibqa’ fil-prodotti jew f’outputs oħra tal-produzzjoni, eż. biex jitnaqqsu minerali tal-ħadid, għandu jkun applikat approċċ ta’ bilanċ tal-massa (ara t-Taqsima 2.1.1). F’installazzjonijiet fejn dan ma jkunx il-każ, emissjonijiet mill-kombustjoni u emissjonijiet minn proċessi għandhom ikunu kkalkulati separatament (ara t-Taqsimiet 2.1.2 u 2.1.3).

2.1.1.   APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA

L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

—   input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,

—   prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,

—   esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,

—   bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3,664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Saff 2

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Saff 3

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 4

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Saff 1

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3,664 [t CO2/t C]

Saff 2

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni li jseħħu f’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi li ma jsirilhomx monitoraġġ bl-użu ta’ approċċ ta’ bilanċ tal-massa, għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.

2.1.3.   EMISSJONIJIET MINN PROĊESS

Għal kull tip ta’ materjal ta’ input użat l-ammont ta’ CO2 għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 = Σ dejta ta’ attivitàinput ta’ proċess * Fattur ta’ emissjoni * fattur ta’ konverżjoni

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

Saff 1

Ammonti [t] ta’ materjal ta’ input u residwi ta’ proċess użati bħala materjal ta’ input fil-proċess skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5,0 %.

Saff 2

Ammonti [t] ta’ materjal ta’ input u residwi ta’ proċess użati bħala materjal ta’ input fil-proċess skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

(b)    fattur ta’ emissjoni

Saff 1

Għal karbonati, l-użu ta’ proporzjonijiet stojkjometriċi mogħtijin fit-Tabella li ġejja:

Tabella

Fatturi ta’ emissjoni stojkjometriċi

Karbonat

Proporzjon[t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

ġenerali: XY(CO3)Z

Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z *[MCO3 2-]}

X= metall

Mx= piż molekulari ta’ X fi [g/mol]

MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 fi [g/mol]

MCO3- = piż molekulari ta’ CO3 2- fi [g/mol]

Y= numru stojkjometriku ta’ X

Z= numru stojkjometriku ta’ CO3 2-

Dawn il-valuri għandhom jiġu aġġustati għall-umdità u għall-kontenut ta’ mineral grezz rispettivi tal-materjal applikat ta’ karbonat.

Għal residwi ta’ proċess u materjali oħra ta’ input minbarra karbonati mhux irrappurtati skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness, fatturi speċifiċi għal attività għandhom ikunu determinati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I.

(c)    fattur ta’ konverżjoni

Saff 1

Fattur ta’ konverżjoni: 1,0.

Saff 2

Fatturi speċifiċi għal attività determinati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I, li jiddeterminaw l-ammont ta’ karbonju fis-sinter, gagazza jew prodott ieħor rilevanti, kif ukoll fi trab iffiltrat. F’każ li trab iffiltrat jerġa’ jintuża fil-proċess, l-ammont ta’ karbonju [t] li jkun hemm fih ma għandux jittieħed kont tiegħu biex ikun evitat li jitqies darbtejn.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”


ANNESS XIX

L-Anness XXIV li ġej huwa miżjud:

“ANNESS XXIV

Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

Dan l-Anness jinkludi linji gwida għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettrodi għat-tidwib ta’ aluminju primarju, li japplikaw ukoll għal impjanti awtonomi tal-produzzjoni ta’ elettrodi ta’ dan it-tip.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET B’EFFETT TA’ SERRA

F’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar ta’ aluminju primarju, sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jinkludu:

fjuwil għall-produzzjoni ta’ sħana jew fwar,

produzzjoni ta’ anodi (CO2),

riduzzjoni ta’ Al2O3 waqt elettroliżi (CO2) li huwa relatat ma’ konsum ta’ elettrodi,

użu ta’ karbonat tas-sodju jew karbonati oħra għal tindif ta’ gass ta’ skart (CO2),

effetti ta’ anodi (PFCs), inklużi emissjonijiet ta’ PFCs li jaħarbu.

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil, inkluż gass mit-tindif ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija, għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II, sakemm ma jkunux inklużi f’bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2.

2.1.2.   BILANĊ TAL-MASSA

Emissjonijiet minn proċess mill-produzzjoni u l-konsum ta’ anodi għandhom ikunu kkalkulati billi jintuża approċċ ta’ bilanċ tal-massa. L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mit-taħlit, it-tiswir, il-ħami u r-riċiklaġġ ta’ anodi, kif ukoll mill-konsum ta’ elettrodi waqt l-elettroliżi. Fejn jintużaw anodi moħmija, jistgħu jkunu applikati jew bilanċi tal-massa separati għall-produzzjoni u l-konsum, jew bilanċ tal-massa wieħed komuni, billi jittieħed kont kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-elettrodi. Fil-każ ta’ ċelluli Søderberg, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa wieħed komuni. Il-bilanċ tal-massa għandu jiddetermina l-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja indipendentement minn jekk jintużawx bilanċ tal-massa komuni jew bilanċi tal-massa separati:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Fejn:

—   input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. żift, kokk, kokk għall-ippakkjar, anodi mixtrijin;

—   prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji u skart, li joħorġu mil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. anodi mibjughin;

—   esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. Esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-atmosfera;

—   bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:

Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3,664

Fejn:

(a)    dejta ta’ attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u bidliet ta’ stokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha (eż. żift, kokk, kokk għall-ippakkjar). Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.

Saff 2

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.

Saff 3

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 4

Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)    kontenut ta’ karbonju

Saff 1

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:

Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3,664 [t CO2/t C]

Saff 2

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.

Il-kontenut ta’ karbonju jista’ jiġi derivat minn analiżi diretta, kif ukoll minn analiżi indiretta, i.e. billi jitnaqqas il-kontenut imkejjel ta’ kostitwenti magħrufin (bħal kubrit, idroġenu u rmied) mill-ammont totali, kif ikun xieraq u bla ħsara għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

2.2.   KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2

Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.

3.   DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ PFC

Emissjonijiet ta’ PFC mill-produzzjoni ta’ aluminju primarju għandhom jinkludu emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 espressi bħala ekwivalenti ta’ CO2:

Emissjonijiet ta’ PFC [t CO2(e)] = Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] + Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2(e)]

Ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (t CO2(e)) għandhom ikunu kkalkulati billi jintużaw Valuri ta’ Potenzjal ta’ Riskaldament Globali ipprovduti fir-Rapport tat-Tieni Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (Valur ta’ GWP tal-IPPC tal-1995). Dawn huma:

 

GWPCF4 = 6 500 t CO2(e)/t CF4

 

GWPC2F6 = 9 200 t CO2(e)/t C2F6

Emissjonijiet totali ta’ PFC huma kkalkulati mill-emissjonijiet li jistgħu jitkejlu f’tubu jew f’ċumnija (“emissjonijiet minn sors ta’ punt’) kif ukoll mill-emissjonijiet li jaħarbu billi tintuża l-effiċjenza tat-tubi fil-ġbir:

Emissjonijiet ta’ PFC (total) = Emissjonijiet ta’ PFC (tubu)/effiċjenza fil-ġbir

L-effiċjenza fil-ġbir titkejjel meta jkunu determinati l-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet. Biex din tkun determinata għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006.

Emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 li jkunu nħarġu minn tubu jew ċumnija għandhom ikunu kkalkulati b’wieħed miż-żewġ approċċi li ġejjin, skont it-teknoloġiji ta’ kontroll użati. Il-metodu A ta’ kalkulazzjoni jintuża fejn ikunu rreġistrati l-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola; il-metodu B ta’ kalkulazzjoni għandu jintuża fejn ikun irreġistrat il-vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu.

Metodu A ta’ Kalkulazzjoni – Metodu tal-pendil

Fejn jitkejlu l-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin biex ikunu determinati emissjonijiet ta’ PFC:

 

Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] = AEM × (SEFCF4 /1 000) × PrAl × GWPCF4

 

Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2(e)] = Emissjonijiet ta’ CF4 * FC2F6 * GWPC2F6

Fejn:

AEM … Minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola

SEFCF4  (1) Fattur ta’ emissjoni f’pendil [(kg CF4/t Al prodott)/(minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola)]

PrAl Produzzjoni annwali ta’ aluminju primarju [t]

FC2F6 Frazzjoni ta’ piż ta’ C2F6 (t C2F6/t CF4)

Fejn:

Dejta ta’ attività

(a)   Produzzjoni ta’ aluminju primarju

Saff 1

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 2

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)   Minuti ta’ effett ta’ anodu (AEM)

Il-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola jesprimu l-frekwenza ta’ effetti ta’ anodi [għadd ta’ effetti ta’ anodi/jum ta’ ċellola] immultiplikata bid-durata medja ta’ effetti ta’ anodi [minuti ta’ effett ta’ anodu/okkorrenza]:

AEM = frekwenza × durata medja

Saff 1

Il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 2

Il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

Fattur ta’ emissjoni

Il-fattur ta’ emissjoni għal CF4 (fattur ta’ emissjoni f’pendil ta’ SEFCF4 ) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 li jkun inħareġ għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull minuta ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola. Il-fattur ta’ emissjoni (frazzjoni ta’ piż ta’ FC2F6 ) ta’ C2F6 jesprimi l-ammont [t] ta’ C2F6 li jkun inħareġ bħala proporzjonat għall-ammont [t] ta’ CF4 li jkun inħareġ.

Saff 1

Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 1.

Tabella 1

Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati mal-metodu tal-pendil

Teknoloġija

Fattur ta’ Emissjoni għal CF4 (SEFCF4 )

[(kg CF4/t Al)/(AE-Min/jum ta’ ċellola)]

Fattur ta’ Emissjoni għal C2F6 (FC2F6 )

[t C2F6/t CF4]

Moħmi u pproċessat f’Ċentru (CWPB)

0,143

0,121

Proċess Søderberg bl-użu ta’ Perni Vertikali (VSS)

0,092

0,053

Saff 2

Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 stabbiliti permezz ta’ kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Biex ikunu determinati dawn il-fatturi ta’ emissjoni għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006 (2). Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull waħda.

Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. Bidliet rilevanti jinkludu bidla fid-distribuzzjoni tad-durata ta’ effett ta’ anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita ta’ tipi ta’ effetti ta’ anodi jew in-natura tar-rutina ta’ terminazzjoni ta’ effett ta’ anodu.

Metodu B ta’ Kalkulazzjoni- Metodu ta’ vultaġġ żejjed:

Fejn jitkejjel il-vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin biex ikunu determinati emissjonijiet ta’ PFC:

 

Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × GWPCF4 × 0 001

 

Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2-eq] = Emissjonijiet ta’ CF4 × FC2F6 C2F6 × GWPC2F6

Fejn:

OVC … Koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed (“fattur ta’ emissjoni”) espress bħala kg ta’ CF4 kull tunnellata metrika ta’ aluminju prodott għal kull mV vultaġġ żejjed.

AEO … Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu għal kull ċellola [mV] determinat bħala l-integral ta’ (ħin × vultaġġ ‘il fuq mill-vultaġġ immirat) diviż bil-ħin (durata) ta’ ġbir ta’ dejta

CE … medja ta’ effiċjenza attwali ta’ produzzjoni ta’ aluminju [%]

PrAl Produzzjoni annwali ta’ aluminju primarju [t]

FC2F6 Frazzjoni ta' piż ta' C2F6 (t C2F6/t CF4)

Dejta ta’ attività

(a)   Produzzjoni ta’ aluminju primarju

Saff 1

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 2

Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

(b)   Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu

It-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu/effiċjenza attwali) jesprimi l-vultaġġ żejjed medju b’effett ta’ anodu integrat bil-ħin [vultaġġ żejjed ta’ mV] għal kull effiċjenza attwali medja [%].

Saff 1

Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, kif ukoll effiċjenza attwali, tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati kull wieħed u waħda għaliha b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.

Saff 2

Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, kif ukoll effiċjenza attwali, tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati kull wieħed u waħda għaliha b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.

Fattur ta’ emissjoni

Il-fattur ta’ emissjoni għal CF4 (“koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed” OVC) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 li jkun inħareġ għal kull t ta’ aluminju prodott għal kull millivolt [mV] ta’ vultaġġ żejjed. Il-fattur ta’ emissjoni ta’ C2F6 (frazzjoni ta’ piż ta’ FC2F6 ) jesprimi l-ammont [t] ta’ C2F6 li jkun inħareġ bħala proporzjon għall-ammont [t] ta’ CF4 li jkun inħareġ.

Saff 1

Għandhom jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija kif stabbiliti fit-Tabella 2:

Tabella 2

Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma’ dejta ta’ attività ta’ vultaġġ żejjed

Teknoloġija

Fattur ta’ Emissjoni għal CF4

[(kg CF4/t Al)/mV]

Fattur ta’ Emissjoni għal C2F6

[t C2F6/t CF4]

Moħmi u pproċessat f’Ċentru (CWPB)

1,16

0,121

Proċess Søderberg bl-użu ta’ Perni Vertikali (VSS)

N.A.

0,053

Saff 2

Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 [(kg CF4/t Al)/mV] u C2F6 [t C2F6/t CF4] stabbiliti permezz ta’ kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Biex ikunu determinati dawn il-fatturi ta’ emissjoni għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006 (2). Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull waħda.

Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. Bidliet rilevanti jinkludu bidla fid-distribuzzjoni tad-durata ta’ effett ta’ anodu jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita ta’ tipi ta’ effetti ta’ anodi jew in-natura tar-rutina ta’ terminazzjoni ta’ effett ta’ anodu.


(1)  Fejn jintużaw tipi ta’ ċelloli differenti, jistgħu jkunu applikati SEFs differenti.

(2)  Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Il-Protokoll ta’ Gassijiet b’Effett ta’ Serra tas-Settur tal-Aluminju; Ottubru 2006; Aġenzija tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-Protezzjoni Ambjentali u Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Protokoll għall-Kejl ta’ Emissjonijiet ta’ Tetrafluworometan (CF4) u ta’ Eżafluworometan (C2F6) minn Produzzjoni ta’ Aluminju Primarju; April 2008.