|
13.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/536/PESK
tat-12 ta’ Settembru 2011
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1). Dik l-Azzjoni Konġunta, kif sussegwentement emendata u estiża, skadiet fl-14 ta’ Settembru 2010. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (2) li kompliet il-EUMM Georgia għal 12-il xahar ieħor sal-14 ta’ Settembru 2011. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approva r-rakkomandazzjonijiet dwar ir-rieżami fil-livell strateġiku rigward il-futur tal-EUMM fil-Ġeorġja. |
|
(4) |
L-EUMM Georgia għandha tiġi estiża ulterjorment mill-15 ta’ Settembru 2011 sal-14 ta’ Settembru 2012 fuq il-bażi tal-mandat attwali tagħha. |
|
(5) |
Huwa wkoll meħtieġ li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUMM Georgia għall-perijodu mill-15 ta’ Settembru 2011 sal-14 ta’ Settembru 2012. |
|
(6) |
Il-missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif hemm imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 14(1), huwa miżjud is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2011 u l-14 ta’ Settembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 23 900 000.”. |
|
2. |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Settembru 2012.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ