19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Awwissu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad-dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5777)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/511/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002, rigward fakoltà ta’ użu ta’ data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2), jistabbilixxi, għal skop li jippermetti konklużjonijiet statistiċi miġbura għal skopijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li skonthom tista’ jingħata aċċess għal dejta konfidenzjali trasmessi lil awtorità Komunitarja u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jitħeffef tali aċċess.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) tistabbilixxi elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi.

(3)

L-Unità tal-Protezzjoni Soċjali, l-Istrateġija għall-Inklużjoni Soċjali, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea; u l-Istitut tal-Istudji Fiskali (Instituto de Estudios Fiscales – IEF), Madrid, Spanja; għandhom jitqiesu bħala organi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa u għalhekk għandhom jizdiedu mal-lista ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew dwar is-Sistema Statistika (il-Kumitat ESS).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.

(3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

ORGANI LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTGĦU JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DEJTA KUNFIDENZJALI GĦAL SKOPIJIET XJENTIFITIĊI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

University of Cornell (L-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Department of Political Science, Baruch College, New York City University (L-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità tal-Analiżi tax-Xogħol, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

University of Tel. Aviv (l-Iżrael)

Il-Bank Dinji

Center of Health and Wellbeing (CHW), Woodrow Wilson School of Public and International Affairs, Princeton Univeristy, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika

The University of Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)

Family and Labour Studies Division of Statistics Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

L-Unità tal-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku lill-Unità tal-Ġlieda kontra l-Frodi (ESAF), iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità ta’ Appoġġ liż-Żona ta’ Riċerka Ewropea (SERA), iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

Kanada Research Chair, School of Social Science, Atkinson Faculty of Liberal and Professional Studies, York University, Ontario, il-Kanada

University of Illinois at Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti tal-Amerika

Rady School of Management, University of California, San Diego, l-Istati Uniti tal-Amerika

Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques (DARES), il-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

The Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti tal-Amerika

Eläketurvakeskus (ETK), il-Finlandja

Direction de la Recherche, des Études, de l’Évaluation et des Statistiques (DREES), il-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-Żgħażagħ u l-Isport u l-Ministeru tal-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u r-Riforma tal-Istat, Pariġi, Franza

Duke University (DUKE), North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika

Kansaneläkelaitos (KELA), il-Finlandja

Hebrew University of Jerusalem (HUJI), l-Iżrael

Service public fédéral ‘Sécurité sociale’/Federale Overheidsdienst ‘Sociale Zekerheid’, il-Belġju

Sabanci University, Tuzla/Istanbul, it-Turkija

McGill University, Montreal, il-Kanada

Id-Direttorat tas-Servizz Ekonomiku u r-Riformi Strutturali, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità tal-Protezzjoni Soċjali, l-Istrateġija għall-Inklużjoni Soċjali, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Instituto de Estudios Fiscales (IEF), Madrid, Spanja”