|
17.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Diċembru 2010
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali
(2011/505/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (2) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Artikolu 18 tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jista’, b’deċiżjoni, jadotta emendi għall-Ftehim, inter alia għall-Anness II tal-Ftehim, li jindirizza l-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti u korretta tal-atti legali tal-Unjoni u sabiex jevita diffikultajiet amministrattivi u possibbilment legali, l-Anness II għall-Ftehim jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jintegra atti legali ġodda tal-Unjoni li għalihom, attwalment, il-Ftehim ma jagħmilx referenza. |
|
(4) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ razzjonalità, l-Anness II tal-Ftehim u l-Protokoll għal dak l-Anness għandhom jiġu kkodifikati. |
|
(5) |
Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, japplika għal din id-Deċiżjoni. Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ukoll japplika għal din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha. F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
L-impenji inklużi fil-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma jorbtux lid-Danimarka, lill-Irlanda u lir-Renju Unit bħala obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni iżda jkomplu japplikaw bħala obbligi li jemanaw minn impenn bejn dawk l-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li jinsab fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Dikjarazzjoni li tinsab fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan approvata u għandha ssir f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt meta l-Kumitat Konġunt jadotta d-Deċiżjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 1.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MILQUET
ANNESS I
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT
stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni
ta’ …
li tissostitwixxi l-Anness II ta’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 (1) u għandu issa jiġi aġġornat sabiex iqis l-atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ minn dak iż-żmien ’il hawn, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2) u l-miżuri adottati sabiex jiġi implimentat dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (3). |
|
(4) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, l-Anness II tal-Ftehim u l-Protokoll għal dak il-Ftehim mehmuż miegħu għandhom jiġu kkonsolidati f’verżjoni legalment vinkolanti. |
|
(5) |
L-Anness II tal-Ftehim għandu jinżamm konformi mal-evoluzzjoni tal-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija mfassla bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża bit-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi ugwalment awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ….
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Is-Segretarji
ANNESS
“ANNESS II
KOORDINAZZJONI TAL-ISKEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI
Artikolu 1
(1) Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti legali tal-Unjoni Ewropea li qiegħda ssir referenza għalihom fi, u kif emendati minn, sezzjoni A ta’ dan l-Anness, jew regoli ekwivalenti għal tali atti.
(2) It-terminu ‘Stat Membru/Stati Membri’ inkluż fl-atti legali msemmija fis-sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandu jinftiehem li jinkludi lill-Isvizzera flimkien mal-Istati koperti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
(1) Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jikkunsidraw debitament l-atti tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni B ta’ dan l-Anness.
(2) Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota tal-atti legali tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni C ta’ dan l-Anness.
Artikolu 3
(1) Fil-Protokoll għal dan l-Anness hemm stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-arranġamenti tranżitorji relatati mal-assigurazzjoni tal-qgħad għaċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu detenturi ta’ permess ta’ residenza fl-Isvizzera validu għal inqas minn sena, rigward il-benefiċċji Svizzeri għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom u rigward il-benefiċċji taħt il-pjanijiet ta’ benefiċċji marbuta max-xogħol rigward il-pensjonijiet tal-anzjani, tas-superstiti u tal-invalidità.
(2) Il-Protokoll jifforma parti integrali minn dan l-Anness.
SEZZJONI A: ATTI LEGALI MSEMMIJA
|
1. |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (4 35), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (5 36)
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi adattat kif ġej:
|
|
2. |
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (6).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandu jiġi addattat kif ġej:
|
|
3. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (8), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew (KE) Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat. |
|
4. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 (10), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat. |
|
5. |
Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (11). |
SEZZJONI B: ATTI LEGALI LI TAGĦHOM L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU KONT KIF DOVUT
|
(1) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u d-dispożizzjoni ta’ benefiċċji skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
|
(2) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema mibgħuta jaħdmu post ieħor u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li temporanjament jaħdmu barra mill-Istat kompetenti (13). |
|
(3) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A3 tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ xogħol f’post ieħor bla interruzzjoni mwettqa taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
|
(4) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju għall-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
|
(5) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità fil-każ li jkun hemm koinċidenza ta’ benefiċċji tal-familja (16). |
|
(6) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (17). |
|
(7) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ tħaddim u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar ta’ dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (18). |
|
(8) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 dwar id-data li għandha titqies għall-istabbiliment tar-rati ta’ kambju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). |
|
(9) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (20). |
|
(10) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-koperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi u żbalji fi ħdan il-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (21). |
|
(11) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-invalidità, tal-anzjanità u tas-superstiti (22). |
|
(12) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (23). |
|
(13) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (24). |
|
(14) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). |
|
(15) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proċeduri ta’ rifużjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). |
|
(16) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘benefiċċji in natura’ kif definit fl-Artikolu 1 (va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24 (1), 25 u 26, l-Artikolu 27 (1), (3), (4) u (5), l-Artikoli 28, 34 u 36 (1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jintraddu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). |
|
(17) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S6 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kompilazzjoni tal-inventarji li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (28). |
|
(18) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S7 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nri 883/2004 u 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimborż (29). |
|
(19) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi Soċjali ta’ Sigurtà Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċju kontra l-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (30). |
|
(20) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-iskop tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta’ benefiċċji kontra l-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox għajr ħaddiema tal-fruntiera li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu ta’ impjieg jew ta’ xogħol għal rashom (31). |
|
(21) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-iskop tal-kunċett ta’ ‘qgħad parzjali’ applikabbli għall-persuni qiegħda li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32). |
SEZZJONI C: ATTI LEGALI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU KONT
|
1. |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda li jinvolvu ruħhom f’attività professjonali jew ta’ snajja’ part-time fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (33). |
|
2. |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-persuni qiegħda li jakkompanjaw lill-konjugi jew lill-imsieħba tagħhom waqt li jkunu qed isegwu attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat kompetenti (34). |
PROTOKOLL
għall-Anness II tal-Ftehim
I. Assigurazzjoni kontra l-qgħad
L-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja sat-30 ta’ April 2011 u għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija sal-31 ta’ Mejju 2016.
|
1. |
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ assigurazzjoni kontra l-qgħad għall-ħaddiema li għandhom permess ta’ residenza b’perjodu ta’ validità ta’ inqas minn sena:
|
|
2. |
Jekk Stat Membru kkonċernat minn dan l-arranġament, jiltaqa’ ma’ diffikultajiet bit-temm tal-arranġament għar-rifużjoni tal-kontribuzzjonijiet, jew l-Isvizzera tiltaqa’ ma’ diffikultajiet bl-arranġament ta’ aggregazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kumitat Konġunt minn xi parti kontraenti. |
II. Benefiċċji għal persuni li ma jifilħux jieħdu ħsieb lilhom infushom
Benefiċċji għal persuni li ma jifilħux jieħdu ħsieb lilhom infushom mogħtija skont l-Att Federali tad-19 ta’ Ġunju 1959 dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità (LAI) u skont l-Att Federali tal-20 ta’ Diċembru 1946 dwar pensjonijiet tal-anzjanità u tas-superstiti (LAVS) tal-Isvizzera kif emendat fit-8 ta’ Ottubru 1999 għandhom jingħataw esklussivament jekk il-persuna kkonċernata jkollha r-residenza tagħha fl-Isvizzera.
III. Il-pjanijiet ta’ benefiċċju tax-xogħol li jikkonċernaw il-pensjonijiet tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità
Minkejja l-Artikolu 10 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, il-benefiċċju inerenti li hemm ipprovdut għalih skont l-Att Federali dwar il-moviment liberu fost pjanijiet ta’ benefiċċju tax-xogħol dwar il-pensjonijiet tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità (Loi fédérale sur le libre passage dans la prévoyance professionnelle vieillesse, survivants et invalidité) tas-17 ta’ Diċembru 1993 għandu jitħallas fuq talba lil persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li jkollha l-intenzjoni li tħalli l-Isvizzera għal dejjem u li, skont it-Titolu II tar-Regolament, ma tibqax iktar soġġetta għal-liġi Svizzera, diment li titlaq mill-Isvizzera fi żmien ħames snin minn meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.
(1) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 67.
(2) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 05, Vol 01, p. 35).
(4) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.
(6) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(7) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 05, Vol 01, p. 35).
(10) ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29.
(11) ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.
(12) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.
(13) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.
(14) ĠU C 149, 8.6.2010, p. 3.
(15) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.
(16) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.
(17) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.
(18) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.
(19) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.
(20) ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.
(21) ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5.
(22) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.
(23) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.
(24) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.
(25) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.
(26) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 52.
(27) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54.
(28) ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6.
(29) ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8.
(30) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.
(31) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.
(32) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.
(33) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.
(34) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.
(35) Fil-preżent 12-il xahar.
(36) Kontribuzzjonijiet rimborsati lill-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-benefiċċju kontra l-qgħad fl-Isvizzera wara li jkunu ħallsu kontribuzzjonijiet għal mill-inqas 12-il xahar — fuq bosta perjodi ta’ residenza — fi żmien sentejn.
ANNESS II
DIKJARAZZJONI
dwar id-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati
Il-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti msemmija fit-tieni inċiż tad-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati (ĠU L 114, 30.4.2002 p. 72) ingħatat isem ieħor, bħala l-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali taħt l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.