|
17.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Frar 2011
dwar għajnuna mill-Istat C 58/06 (ex NN 98/05) implimentata mill-Ġermanja għal Bahnen der Stadt Mohnheim (BSM) u Rheinische Bahngesellschaft (RBG) fl-assoċjazzjoni tat-trasport ta’ Rhein-Ruhr
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 632)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/501/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli t’hawn fuq (2) u b’kunsiderazzjoni tal-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta’ ittra datata 21 ta’ Diċembru 2006, il-Kummisjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tikkunsidra “s-sistema qadima ta’ finanzjament” tal-assoċjazzjoni tat-trasport ta’ Rhein-Ruhr (’il quddiem imsejħa “VRR”) bħala għajnuna eżistenti, u biex tibda l-proċedura skont l-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tas-“sistema ġdida ta’ finanzjament” (3) tal-VRR, fuq liema bażi Rheinische Bahngesellschaft AG (’il quddiem imsejħa “RBG”) u Bahnen der Stadt Monheim GmbH (’il quddiem imsejħa “BSM”) jirċievu kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li talbet li l-Ġermanja tissottometti l-kummenti tagħha. B’talba mill-Ġermanja saret laqgħa fl-1 ta’ Frar 2007. Il-Ġermanja ppreżentat il-kummenti tagħha fit-18 ta’ April 2007 u fl-4 ta’ Mejju 2007. |
|
(2) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Marzu 2007 (4). Il-Kummissjoni stiednet partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri rispettivi fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn parti interessata. Permezz ta’ ittra datata 29 ta’ Mejju 2007, il-kummenti ġew ippreżentati lill-Ġermanja. Il-Ġermanja kellha l-opportunità twieġeb għal dawn il-kummenti fi żmien xahar. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Ġermanja b’ittra datata 29 ta’ Ġunju 2007. |
|
(4) |
Fuq talba tal-Ġermanja ġiet miżmuma laqgħa oħra fil-31 ta’ Jannar 2008. Wara din il-laqgħa, kif meħtieġ mill-Kummissjoni, il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni addizzjonali fil-5 ta’ Mejju 2008 u t-3 ta’ Lulju 2008. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittri datati 2 ta’ Ottubru 2007, 30 ta’ Jannar 2008 u 4 ta’ April 2008 il-parti terza pprovdiet informazzjoni addizzjonali għall-osservazzjonijiet inizjali. |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra datata 10 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja għal aktar kjarifika fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa; il-Ġermanja ngħatat ukoll l-opportunità li twieġeb għall-informazzjoni addizzjonali mill-parti terza fi żmien xahar. Il-Ġermanja wieġbet b’ittri datati 5 ta’ Awwissu 2008 u 30 ta’ Settembru 2008. |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra datata 16 ta’ Diċembru 2009 il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja u lill-parti terza biex sal-10 ta’ Jannar 2010 jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri in kwistjoni mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 (5). Il-Ġermanja u l-parti terza talbu estensjoni ta’ żmien. Il-Kummissjoni estendiet l-iskadenza għaż-żewġ partijiet sat-12 ta’ Jannar 2010. B’ittra datata 12 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Ġermanja. Il-parti terza ma pprovdiet l-ebda kummenti f’dan il-perjodu. B’ittra datata 13 ta’ Jannar 2010, il-parti terza għarrfet lill-Kummissjoni li ma kinitx għadha interessata f’involviment fil-proċess. |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra datata 12 ta’ Jannar 2010, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni wkoll li emendat l-Att tal-kariga għall-RBG u l-BMS u s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tal-VRR sabiex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
2. IL-PARTIJIET
|
(9) |
Il-VRR ġiet stabbilita minn diversi bliet u distretti fiż-żona ta’ Rhein-Ruhr sabiex tissoddisfa l-irwol tal-ibliet u d-distretti fir-rigward ta’ ppjanar u organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fiż-żoni tagħhom u tagħmel pagamenti kompensatorji għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi. Il-VRR hija komposta minn żewġ entitajiet legalment distinti taħt il-liġi pubblika, iz-“Zweckverband Verkehrsverbund Rhein-Ruhr” (’il quddiem imsejħa “ZV VRR”) (6) u l-“Verkehrsverbund Rhein-Ruhr AöR” (’il quddiem imsejħa “VRR AöR”) (7). |
|
(10) |
Iz-ZV VRR hija intitolata li tiġbor taxxa minn bliet u distretti membri tagħha biex jiġi ffinanzjat kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku. Bażi legali għal ħlasijiet huma l-Artikoli 19 u 20 tal-istatut taz-ZV VRR (Zweckverbandssatzung für den Zweckverband Verkehrsverbund Rhein-Ruhr) tal-21 ta’ Ġunju 2006 fil-verżjoni ta-10 ta’ Diċembru 2008 (’il quddiem imsejħa “Statut taz-ZV VRR”) (8). |
|
(11) |
L-RBG (9) u l-BSM (10), li huma allegatament iffavoriti mill-miżuri in kwistjoni, huma kumpaniji tat-trasport pubbliku (xarabankijiet, trammijiet u ferroviji) fiż-żona ta’ Düsseldorf. Ir-rotot li joperaw huma parti min-netwerk ta’ trasport pubbliku tal-VRR. |
|
(12) |
L-RBG u l-BSM joperaw ir-rotot ta’ trasport pubbliku fuq il-bażi ta’ liċenzji maħruġa mill-gvern reġjonali ta’ Düsseldorf skont l-Att dwar it-Trasport tal-Passiġġeri (Personenbeförderungsgesetz, ’il quddiem imsejħa “PBefG”), b’mod partikolari l-Artikolu 13 tal-PBefG. Il-liċenzja tagħti dritt esklussiv lil-liċenzjat li jopera rotta partikolari; il-kumpanija liċenzjata għandha tagħti servizz tat-trasport pubbliku skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja, b’mod partikolari l-frekwenza tas-servizz, il-kilometri operati u parametri oħra ta’ kwalità. |
3. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
3.1. TITOLU, IL-BAĠIT U L-PERJODU
|
(13) |
Titolu: Għajnuna finanzjarja lill-BSM u lill-RBG. |
|
(14) |
Il-baġit annwali huwa bejn […] (*1) u […] miljun Euro għall-BSM u bejn […] u […] miljun Euro għall-RBG. Il-baġit għall-kumpens skont il-Linji Gwida ta’ Finanzjament u l-Ftehim dwar il-Kontroll u t-Trasferiment tal-Qligħ u t-Telf ġej minn fondi pubbliċi. Il-Linji Gwida ta’ Finanzjament u l-Ftehim dwar il-Kontroll u t-Trasferiment tal-Qligħ u t-Telf huma ta’ tul indefinit. |
3.2. BENEFIĊJARJI U SKOP
|
(15) |
Il-benefiċjarji tal-kumpens in kwistjoni huma ż-żewġ kumpaniji RBG u BSM. |
|
(16) |
L-iskop tal-miżura hija s-servizz adattat lill-pubbliku b’trasport pubbliku. L-għan tal-kooperazzjoni bejn l-istat ta’ Nordrhein-Westfalen, il-VRR u l-kumpaniji tat-trasport huwa li tiżdied l-attrazzjoni tat-trasport pubbliku permezz ta’ koordinazzjoni tal-ippjanar u l-organizzazzjoni tas-servizzi offruti, tariffi uniformi u faċli għall-utent, informazzjoni koordinata għall-passiġġieri b’konsiderazzjoni għall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità, kif ukoll standards ta’ kwalità uniformi, skont l-Artikolu 4 tal-istatut taz-ZV VRR. |
4. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA
4.1. SKOP TAL-PROĊEDURA
|
(17) |
Id-deċiżjoni ti tinfetaħ proċedura taffettwa biss il-ħlasijiet ta’ kumpens lill-RBG u lill-BSM, ibbażati fuq “is-sistema ġdida ta’ finanzjament” maħluqa bid-deċiżjoni tal-VRR tat-28 ta’ Ġunju 2005 u jirrelataw mal-obbligi tas-servizz pubbliku fis-servizzi tax-xarabankijiet u trammijiet. Għalqadstant, din id-deċiżjoni finali taffettwa biss il-pagamenti ta’ kumpens lill-RBG u lill-BSM. |
4.2. IS-“SISTEMA ĠDIDA TA’ FINANZJAMENT”
|
(18) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni identifikat żewġ miżuri ta’ finanzjament fir-rigward tal-RBG u l-BSM kif ġej:
|
|
(19) |
Il-bażi legali għaż-żewġ pakketti ta’ miżuri huma l-Linji Gwida għall-Finanzjament tat-trasport pubbliku fil-VRR (Richtlinie zur Finanzierung des ÖSPV im Verkehrsverbund Rhein-Ruhr ’il quddiem imsejħa “Linji Gwida għall-Finanzjament”) u l-annessi tagħhom adottati fit-28 ta’ Ġunju 2005 (11). |
|
(20) |
Il-bażi legali għat-tieni pakkett ta’ finanzjament huwa wkoll il-kuntratti bilaterali bejn l-RBG u l-BSM u l-kumpaniji holding tal-belt ta’ Düsseldorf u l-belt ta’ Monheim. |
4.2.1. FINANZJAMENT TAL-RBG U L-BSM MILL-VRR
|
(21) |
Il-VRR tagħmel ħlasijiet lill-kumpaniji li jipprovdu servizz tat-trasport pubbliku fiż-żona tagħha biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom. B’deċiżjoni tat-28 ta’ Ġunju 2005, sistema ta’ finanzjament li kienet attwali mill-1990 (is-“sistema l-qadima ta’ finanzjament”) ġiet sostitwita b’sistema ġdida u sostanzjalment riveduta (is-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament”). |
|
(22) |
Is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament kienet emendata l-aħħar fl-10 ta’ Settembru 2009 fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tat-3 ta’ Diċembru 2009. |
|
(23) |
Ir-riforma tat-28 ta’ Ġunju 2005 saret biex is-sistema ta’ finanzjament tal-VRR tkun rikonċiljata mad-deċiżjoni fil-kawża Altmark (12). Fit-taqsimiet 5.4.3. sa 5.4.5. tal-Linji Gwida għall-Finanzjament huwa stipulat kif id-deċiżjoni fil-kawża Altmark, b’mod partikolari r-raba’ kriterju, għandu jiġi implimentat. Taqsima 5.4.3 tipprovdi li l-ammont ta’ sussidju għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż ta’ kumpanijia tipika u mmexxijja tajjeb, u mgħammra b’mezzi suffiċjenti ta’ trasport sabiex jintlaħqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku. Taqsima 5.4.4. tistipula li abbażi ta’ din l-analiżi, il-VRR annwalment tiżviluppa parametri għall-kalkolu tal-ammont ta’ ħlas ta’ kumpens għal kull waħda mill-erba’ kategoriji kif deskritti hawn taħt; metodu ta’ aġġornament (jew indiċjar) ta’ dawn il-parametri huwa elenkat fl-Anness 9 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament. Taqsima 5.4.5. tipprovdi li s-sussidji għal kull kumpanija huma limitati għall-ispejjeż attwali għall-qadi tal-obbligi ta’ servizz ta’ trasport pubbliku b’konsiderazzjoni tal-irċevuti rilevanti u li l-parametri għall-kalkolu tal-ħlasijiet ta’ kumpens għandhom jiġu eżaminati u verifikati minn awditur f’intervalli regolari. |
|
(24) |
Is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament hija deskritta fid-dettall fil-Linji Gwida għall-Finanzjament u l-Annessi tagħhom. |
|
(25) |
Skont Taqsima 2.1 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament il-VRR tagħmel ħlasijiet għall-obbligi ta’ servizz pubbliku fiż-żona tagħha. Fit-taqsimiet 2.2.1. sa 2.2.4. huma definiti l-erba’ kategoriji li jistgħu jiġu finanzjati mill-VRR. Il-kategoriji huma spjegati f’aktar dettall fl-Anness 1 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament. L-erba’ kategoriji huma kif ġej (l-abbrevjazzjonijiet huma skont in-numerazzjoni tal-kategoriji ta’ spejjeż fil-Linji Gwida għall-Finanzjament): |
|
(26) |
|
|
(27) |
|
|
(28) |
|
|
(29) |
|
|
(30) |
Skont il-Linji Gwida għall-Finanzjament operaturi tat-trasport pubbliku jistgħu japplikaw għal kumpens għall-provvista ta’ servizzi tat-trasport pubbliku. L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti kif stipulat fit-taqsimiet 5, 7 u 8 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament, bħalma huma l-kalkolu tal-ispiża għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ammont ta’ kwalunkwe fondi ta’ korpi oħra. Operaturi tat-trasport għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-kumpens sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena li tippreċedi s-sena li fiha jibda t-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku. |
|
(31) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tat-trasport skont Taqsima 5.4.2. u Anness 2 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament, il-VRR tikkalkula l-pagamenti tal-kumpens, li għandhom jirriflettu l-ispejjeż li kumpanija tipika u mmexxija sewwa kien ikollha biex jitwettqu l-istess obbligi. Il-VRR tieħu deċiżjoni ta’ finanzjament. Din id-deċiżjoni torbot legalment u tikkonferma l-kariga u tiddetermina l-kumpens għal kull waħda mill-erba’ kategoriji ta’ spejjeż. Fl-aħħar ta’ kull sena, l-operatur tat-trasport pubbliku għandu jipprova bil-miktub id-dħul u l-ispejjeż tiegħu għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Dan jiġi kkontrollat mill-VRR. Tittieħed tieni deċiżjoni amministrattiva vinkolanti li tiddetermina l-ammont eżatt li tirċievi l-kumpanija bħala kumpens. |
4.2.2. FINANZJAMENT TAL-RBG U TAL-BSM PERMEZZ TA’ SUSSIDJI LATERALI
|
(32) |
L-istatut taz-ZV VRR jipprovdi għall-possibbiltà li l-ibliet u d-distretti li huma sidien ta’ operaturi tat-trasport, jikkumpensaw direttament l-operatur tat-trasport tagħhom, u jnaqqsu l-ammont korrispondenti mill-kontribuzzjoni tagħhom liz-ZV VRR. |
|
(33) |
L-artikolu 19 tal-istatut taz-ZV VRR jipprovdi 5 forom differenti ta’ pagamenti diretti bħal dawn:
|
|
(34) |
L-ammonti mħallsa miz-ZV VRR skont l-Artikolu 19 tal-istatut huma inklużi fil-kalkolu tal-kumpens li l-VRR iħallas lill-operaturi tat-trasport. Skont Taqsima 8 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament, l-applikazzjoni tal-operatur għall-finanzjament mill-VRR għandha tiġi miċħuda jekk il-parti (muniċipali) interessata għamlet użu minn waħda jew iżjed mill-għażliet provduti fl-Artikolu 19 tal-istatut taz-ZV VRR. Dan l-ammont huwa mnaqqas mill-ħlasijiet li għalihom l-operatur huwa intitolat skont il-Linji Gwida għall-Finanzjament. |
|
(35) |
Kemm il-belt ta’ Düsseldorf kif ukoll il-belt ta’ Monheim għamlu użu mill-opportunitajiet skont l-Artikolu 19 tal-istatut taz-ZV VRR u ffirmaw kuntratti mal-RBG u l-BSM. Dawn huma deskritti fil-premessi segwenti. |
|
(36) |
L-allegat sussidju laterali tal-RBG minn Düsseldorfer Stadtwerke Gesellschaft für Beteiligungen mbH: Skont l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur oriġinali, Düsseldorfer Stadtwerke Gesellschaft für Beteiligungen mbH apparentement tittrasferixxi l-profitti tal-holdings profittabbli tagħha – Stadtwerke Düsseldorfer AG u Umschlagsgesellschaft für Kraftwerkbrennstoffe mbH – lis-sussidjarji tagħha li jagħmlu telf RBG u Bädergesellschaft Düsseldorf fuq il-bażi ta’ ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf. |
|
(37) |
L-allegat sussidju laterali tal-RBG mill-belt ta’ Düsseldorf: Barra minn hekk, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur oriġinali, il-Kummissjoni rreferiet għas-sussidji diretti mill-belt ta’ Düsseldorf lill-RBG. Dawn is-sussidji huma maħruġa evidentement mid-dividendi li l-belt ta’ Düsseldorf rċeviet mis-sehem tagħha ta’ 1,1 % fir-RWE AG. |
|
(38) |
Ħlasijiet annwali mill-belt ta’ Düsseldorf lill-RBG: Fir-risposta tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Ġermanja ċċarat il-fatt li bejn Stadtwerke Düsseldorf AG u Düsseldorfer Stadtwerke Gesellschaft für Beteiligungen mbH (mit-18 ta’ Ġunju 2007: Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH, ’il quddiem imsejħa “Holdinggesellschaft”) fl-ebda ħin ma kien jeżisti ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf. Madankollu, saru pagamenti annwali mill-Holdinggesellschaft lill-RBG għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku; dawn il-ħlasijiet huma kkunsidrati fil-kalkolu ta’ kumpens għall-obbligu tta’ servizz pubbliku mill-VRR. Il-Ġermanja tkompli tikkjarifika, li d-dividendi tal-ishma tar-RWE huma mħallsa lill-belt u mhux lill-RBG. |
|
(39) |
Is-sussidju laterali tal-BSM: Skont l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur oriġinali, fuq bażi ta’ kuntratt bejn Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH u Elektrizitätswerken der Stadt Monheim Gmbh, il-profitti ta’ din l-aħħar kumpanija jservu biex jiffinanzjaw it-telf annwali tal-BSM. Il-BSM hija 100 % sussidjarja ta’ Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH (14). |
|
(40) |
Fir-risposta tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Ġermanja ċċarat il-fatt li fis-27 ta’ Ottubru 1987 ġie konkluż ftehim tal-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ bejn BSM u Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988. Skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan il-kuntratt, il-profitti kollha tal-BSM għandhom jiġu mħallsa lill-Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH, u li bil-maqlub għandha tikkompensa għat-telf kollu tal-BSM. |
4.3. DUBJI TAL-KUMMISSJONI DWAR ĦLASIJIET TA’ KUMPENS LILL-RBG U LILL-BSM FUQ IL-BAŻI TAS-“SISTEMA L-ĠDIDA TA’ FINANZJAMENT”
4.3.1. EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA
|
(41) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna, bil-ftuħ ta’ proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni, li ż-żewġ miżuri in kwistjoni jinkludu fondi tal-istat u jistgħu jiġu attribwiti lill-gvern. |
|
(42) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni spjegat li l-Ġermanja kienet tal-opinjoni li l-miżuri ta’ finanzjament in kwistjoni ma jikkonferixxux vantaġġ ekonomiku selettiv billi l-erba’ kriterji ta’ Altmark huma kollha sodisfatti u billi mhux probabbli li jgħawġu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja matul l-investigazzjoni preliminarja, il-Kummissjoni esprimiet dawn id-dubji f’dan ir-rigward: |
|
(43) |
Rigward l-ewwel kriterju ta’ Altmark il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari, li l-kumpaniji li joperaw fil-VRR permezz tal-awtorizzazzjonijiet għall-operazzjoni ta’ rotot ta’ karozzi tal-linja u trammijiet, li ġew maħruġa lilhom mill-awtorità reġjonali kompetenti, ġie impost fuqhom obbligu ta’ servizz pubbliku. |
|
(44) |
Rigward it-tieni kriterju ta’ Altmark il-Kummissjoni esprimiet dubji jekk l-erba’ kategoriji ta’ spejjeż jikkostitwixxux tassew obbligu ta’ servizz pubbliku, u jekk l-obbligi ta’ servizz pubbliku ġewx definiti b’mod ċar. Ma kienx ċar ukoll jekk mill-inqas parti mill-ispejjeż tal-miżuri in kwistjoni kellhomx jitħallsu mill-operaturi fl-interess kummerċjali tagħhom, u b’hekk għandu jiġi kopert biss mid-dħul tal-bejgħ tal-biljetti. Barra minn hekk il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-Ġermanja ma għaddiet l-ebda informazzjoni dettaljata dwar il-parametri u l-metodoloġija tal-kalkolu tal-ħlasijiet ta’ kumpens. |
|
(45) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi, li l-kumpens jeċċedi dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha tat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew parti minnhom (it-tielet kriterju ta’ Altmark). |
|
(46) |
Peress li l-permessi tal-operaturi tat-trasport fil-VRR jitqassmu direttament mingħajr sejħa pubblika, il-Kummissjoni esprimiet dubji jekk ir-raba’ kriterju ta’ Altmark hux sodisfatt. Ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti biex tiddetermina jekk il-kalkoli tal-kumpens stabbiliti fuq bażi ta’ spiża medja tal-operaturi kollha ffinanzjati mill-VRR hux ekwivalenti għall-ispejjeż ta’ kumpanija tipika mmexxija sewwa li tipprovdi mezz ta’ trasport. |
|
(47) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni, li l-finanzjament tal-miżuri in kwistjoni jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jgħawweġ jew jista’ jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
4.3.2. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN
|
(48) |
Peress li l-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, eżaminat il-kompatibbiltà possibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 93 TFUE. |
|
(49) |
Skont is-sentenza ta’ Altmark, l-Artikolu 93 TFUE ma jistax jiġi applikat direttament, iżda biss fuq it-tliet Regolamenti adottati fuq il-bażi tal-Kunsill (15). B’hekk kien ikkunsidrat li r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (16) u r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 1970 dwar l-għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (17) jiffurmaw il-qafas legali għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-obbligi ta’ servizz pubbliku mas-suq intern. |
|
(50) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni qieset li l-Ġermanja kienet eskludiet is-servizzi rilevanti mill-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, u għaldaqstant ir-Regolament 1107/70 biss huwa l-qafas legali applikabbli. |
|
(51) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Artikolu (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-obbligi li għalihom il-BSM u l-RBG irċevew kumpens, jirrappreżentawx obbligi ta’ servizz pubbliku u jekk l-ammonti mħallsa jikkorrispondux l-ispejjeż involuti għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi. |
5. OPINJONI TAL-ĠERMANJA (18)
5.1. AMBITU TAL-PROĊEDURA
|
(52) |
Il-Ġermanja inizjalment ipprovdiet informazzjoni ta’ sfond dwar l-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament. Iċċarat b’mod partikolari li s-sistema l-qadima ta’ finanzjament baqgħet fis-seħħ sal-aħħar tal-2005 (31 ta’ Diċembru 2005). Is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament, li kienet deċiża fit-28 ta’ Ġunju 2005, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006. |
|
(53) |
Il-Ġermanja tenfasizza li l-ilment fil-bidu tal-proċedura kien magħmul mill-belt ta’ Langenfeld permezz ta’ ittra datata 27 ta’ Jannar 1999 u ġie mġedded fil-21 ta’ Jannar 2004. Għalhekk fl-opinjoni tal-Ġermanja, il-proċedura tal-Kummissjoni għandha tirrelata biss mas-sistema l-qadima ta’ finanzjament, li kienet fis-seħħ sal-aħħar tas-sena 2005. Il-Ġermanja tiddisputi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni fir-rigward tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament. Hija ssostni li fin-nuqqas ta’ lment speċifiku li jappartjeni għas-sistema ta’ finanzjament li tapplika mis-sena 2006, il-Kummissjoni m’għamlitx evalwazzjoni preliminarja dettaljata biżżejjed, u b’konsegwenza l-Ġermanja ma kellhiex opportunità biex tikkjarifika l-kwistjonijiet pendenti. |
5.2. IS-SISTEMA L-ĠDIDA TA’ FINANZJAMENT FIS-SEĦĦ MIS-SENA 2006.
|
(54) |
Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament hija disinjata sabiex tassigura l-konformità mal-erba’ kriterji ta’ Altmark. Għal dan il-għan il-flussi finanzjarji – pagamenti diretti u sussidji laterali – huma kkunsidrata fil-kalkoli tal-kumpens li tagħmel il-VRR għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku tat-trasport. |
5.3. DEFINIZZJONI TA’ OBBLIGI TA’ SERVIZZ PUBBLIKU (L-EWWEL KRITERJU TA’ ALTMARK)
|
(55) |
Il-Ġermanja tat l-opinjoni tagħha dwar id-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-Att tal-kariga (premessa 61 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) kif ukoll fir-rigward tal-kategoriji ta’ spejjeż 1, 2, 3 u 4 (premessi 62 sa 71 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
5.3.1. L-ATT TAL-KARIGA
|
(56) |
Rigward il-kwistjoni jekk l-operaturi tat-trasport fil-VRR kellhomx attwalment iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku definit b’mod ċar, il-Ġermanja ċċarat li l-liċenzji maħruġa skont il-PBefG (19) għat-tħaddim tal-linji tax-xarabankijiet u trammijiet mhumiex l-unika bażi legali għal dan. Barra minn hekk dawn l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma spjegati iżjed fil-pjan tat-trasport lokali (20) jew għal perjodi tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tas-“sistema l-ġdida ta’ fananzjament” (21) fid-deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-belt jew distrett rispettiv, u d-deċiżjonijiet rispettivi ta’ finanzjament tal-VRR fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament tal-VRR. Il-kariga tal-obbligi ta’ servizz pubbliku hija b’hekk imposta permess ta’ att triplu ta’ kariga (jiġifieri permess tal-liċenzji, il-pjan tat-trasport lokali u d-deċiżjonijiet rispettivi ta’ finanzjament tal-VRR fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament tal-VRR). |
|
(57) |
Fir-rigward tal-RBG il-kunsill tal-belt ta’ Düsseldorf approva s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tal-VRR permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Diċembru 2005. B’din id-deċiżjoni l-pjan tat-trasport lokali tal-belt ta’ Düsseldorf jibbaża wkoll fuq il-Linji Gwida għall-Finanzjament li huma parti mis-sistema l-Ġdida ta’ finanzjament. Il-Pjan tat-Trasport lokali 2002-2007 ġie deċiż mill-kunsill tal-belt ta’ Düsseldorf fl-20 ta’ Marzu 2003. L-RBG hija wkoll soġġetta għall-pjanijiet tat-trasport lokali ta’ bliet u distretti fil-viċinanza (Rhein-Kreis f’Neuss, il-belt ta’ Neuss, id-distrett ta’ Mettmann). Dawn il-pjanijiet tat-trasport lokali jinkludu d-dispożizzjonijiet dwar in-netwerk li għandha tiġi provduta mill-RBG (servizzi u infrastruttura). L-RBG għandha liċenzji skont il-PBefG għall-karozzi tal-linja u l-linja tat-trammijiet (fuq u taħt l-art) operati minnha. |
|
(58) |
Għall-BSM il-kunsill tal-belt ta’ Monheim u l-kunsill distrettwali ta’ Mettman approvaw is-sistema l-ġdida ta’ finanzjar tal-VRR b’deċiżjonjiet tal-10 ta’ Novembru 2005 u tad-19 ta’ Diċembru 2005 rispettivament. L-aħħar deċiżjoni tapprova wkoll li l-pjan tat-trasport lokali għad-distrett ta’ Mettmann (22) għandu jiġi rrikonċiljat mas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament. Il-pjan tat-trasport lokali 2004 għad-distrett ta’ Mettmann jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar in-netwerk li għandha tiġi pprovduta mill-BSM (servizzi u infrastruttura). Il-BSM għandha liċenzji skont il-PBefG għall-karozzi tal-linja operati minnha. |
5.3.2. KATEGORIJA TA’ SPEJJEŻ 1: DISPOŻIZZJONI TAL-INFRASTRUTTURA:
|
(59) |
Il-Ġermanja tiċċara li l-operat għat-twettiq ta’ servizz pubbliku ta’ trasport irid ikun mgħammar bil-vetturi. Fil-Ġermanja u fi Stati Membri oħra, l-infrastruttura użata għat-twettiq ta’ servizz pubbliku ta’ trasport hija normalment provduta mill-istat. Għalhekk fil-fehma tal-Ġermanja, il-provvediment tal-infrastruttura ma joffri l-ebda vantaġġ ekonomiku lill-operaturi rilevanti. Il-Ġermanja tenfasizza wkoll li l-VRR tiffinanzja biss il-manutenzjoni u mhux il-kostruzzjoni tal-infrastruttura. Barra minn hekk, il-VRR ma tiffinanzjax l-ispejjeż kollha tal-manutenzjoni, iżda biss l-ispejjeż fissi (l-ispejjeż varjabbli tal-użu tal-infrastruttura mhumiex kompensati). Il-Ġermanja tippreżenta analiżi tal-piż addizzjonali li jirriżulta mill-obbligu ta’ servizz pubbliku, li jikkunsidra diversi kriterji, b’mod partikolari l-użu tal-kapaċità infrastrutturali. Dħul li jirriżulta mill-użu tal-infrastruttura (eż. reklamar) ġie mnaqqas mill-kalkoli tal-ispejjeż addizzjonali. |
|
(60) |
Skont il-PBefG u r-regoli implimentattivi tagħha (23), l-RBG u l-BSM huma obbligati li jżommu l-infrastruttura neċessarja għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ trasport li għalihom għandhom liċenzji, lesta għall-operat skont livell ta’ kwalità (b’mod partikolari b’rabta mat-tagħmir tal-istazzjonijiet). Barra minn dawn ir-regoli legali, iż-żewġ kumpaniji huma soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali li jinsabu fil-Linji Gwida għat-tagħmir tal-istazzjonijiet fil-VRR 08/1991 u l-pjanijiet tat-trasport lokali rispettivi. Għall-RBG dan jikkonċerna pereżempju sistema ta’ informazzjoni dinamika għall-passiġġieri f’192 stazzjon u sistema ta’ monitoraġġ ta’ operazzjoni komputerizzata. Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-BSM jindirizzaw is-sigurtà, l-informazzjoni fl-istazzjonijiet, il-konvenjenza u l-indafa. |
5.3.3. KATEGORIJA TA’ SPEJJEŻ 2: SPEJJEŻ ADDIZZJONALI TA’ MMANIĠĠJAR U MARKETING IMPOSTI MILL-VRR JEW L-AWTORITAJIET
|
(61) |
Il-Ġermanja tipprovda kjarifika addizzjonali rigward din il-kategorija ta’ spejjeż, li partikolarment tinkludi spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta’ mmaniġġjar u marketing (eż. appoġġ għall-abbonamenti, il-forniment ta’ faċilitajiet ta’ park and ride u r-reklamar għalihom, appoġġ għall-organizzaturi ta’ avvenimenti prinċipali, call centres), kif ukoll distribuzzjoni tad-dħul u kompiti oħra ta’ koordinazzjoni. F’din il-kategorija ta’ spejjeż id-dħul attribwibbli jiġi mnaqqas sabiex l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-piż addizzjonali impost mill-awtoritajiet jistgħu jiġi kalkulati. |
|
(62) |
Għal din il-kategorija ma japplikaw l-ebda rekwiżiti legali. L-RBG u l-BSM għandhom iwettqu dawn il-kompiti fil-qafas ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni u ftehim dwar id-distribuzzjoni tad-dħul li għandhom mal-VRR u li huma kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema ta’ finanzjament. Il-Linji Gwida għall-ftehim ta’ kooperazzjoni jinkludu dettalji dwar dawn il-kompiti. Kemm l-RBG kif ukoll il-BSM għandhom jissodisfaw kompiti oħra f’din il-kategorija skont il-pjan ta’ trasport lokali tad-distrett ta’ Mettmann. Id-deċiżjoni ta’ finanzjament rispettiva tal-VRR hija l-istadju finali tal-att dwar il-kariga. |
5.3.4. KATEGORIJA TA’ SPEJJEŻ 3: STANDARDS TA’ KWALITÀ TAL-VETTURI IMPOSTI MILL-VRR JEW L-AWTORITAJIET
|
(63) |
Skont il-kjarifiki tal-Ġermanja l-ispejjeż addizzjonali li jappartjenu għal standards ta’ kwalità tal-vetturi jirriżultaw minn rekwiziti stabbiliti mill-VRR u/jew awtoritajiet. Dawn huma pereżempju vetturi iktar ekologiċi milli legalment meħtieġ, l-użu ta’ vetturi b’arja kondizzjonata jew vetturi b’art baxxa. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu stabbiliti għaż-żona kollha tal-VRR jew fuq livell lokali mill-ibliet jew distretti rispettivi. L-istess prinċipji bħal fil-kategoriji preċedenti japplikaw fil-kalkoli tal-piż addizzjonali għall-kumpaniji tat-trasport pubbliku. |
|
(64) |
Il-pjan tat-trasport lokali tal-belt ta’ Düsseldorf jobbliga lill-RBG jinvesti f’vetturi b’art baxxa u vetturi partikolarment ekoloġiċi. Barra minn hekk, il-kunsill tal-belt ta’ Düsseldorf obbliga lill-RBG tgħammar filtri tal-partikuli fil-vetturi tagħha b’magna diżil. Skont il-pjan tat-trasport lokali tad-distrett ta’ Mettmann, il-BSM għandha tinvesti f’vetturi b’art baxxa. |
5.3.5. KATEGORIJA TA’ SPEJJEŻ 4: SERVIZZI TAT-TRASPORT ADDIZZJONALI JEW SERVIZZI OĦRA F’KONNESSJONI MAL-OPERAZZJONI IMPOSTI MILL-VRR JEW L-AWTORITAJIET:
|
(65) |
Il-Ġermanja tagħmilha ċara li din il-kategorija hija mqassma fi tliet subkategoriji definiti b’mod ċar: |
|
(66) |
|
|
(67) |
|
|
(68) |
|
5.4. PARAMETRI LI FUQ IL-BAŻI TAGĦHOM JIĠI KALKULAT IL-KUMPENS (IT-TIENI KRITERJU TA’ ALTMARK)
|
(69) |
Il-Ġermanja bdiet l-osservazzjonijiet tagħha billi spjegat il-proċedura għall-iffissar tal-parametri għall-kalkolu tal-kumpens u pprovdiet l-informazzjoni rilevanti. |
|
(70. |
Rigward il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens, il-Ġermanja tagħmel distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ spejjeż. |
|
(71) |
Fir-rigward tal-provvediment ta’ infrastruttura (Kategorija ta’ spejjeż 1) il-Ġermanja ċċarat li l-VRR fil-kalkolu tal-kumpens tapplika ċertu ammont għal kull kilometru ta’ binarju tal-ferrovija jew triq użati għat-trasport, skont iż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat. |
|
(72) |
Fir-rigward tal-kompiti ta’ mmaniġġjar u marketing imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet (kategorija ta’ spejjeż 2), skont il-Ġermanja, il-VRR tuża ammont ta’ dħul tan-negozju bbażat fuq introjtu ta’ flus kontanti skont iż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat. |
|
(73) |
Fir-rigward ta’ standards ta’ kwalità tal-vetturi imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet (kategorija ta’ spejjeż 3) il-Ġermanja tiċċara li l-parametru għall-kalkolu ta’ kumpens huwa bbażat fuq vettura tipika ta’ livell ta’ kwalità minimu, skont il-ż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat. |
|
(74) |
Fir-rigward ta’ servizzi tat-trasport adizzjonali jew servizzi oħra f’konnessjoni mal-operazzjoni imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet (kategorija ta’ spejjeż 4) il-Ġermanja tiddistingwi tliet subkategoriji. |
|
(75) |
Fl-ewwel subkategorija “Spejjeż addizzjonali ta’ servizzi mhux profittabbli f’ħinijiet off-peak direttament imposti mill-awtoritajiet jew mill-VRR” (Kategorija ta’ spejjeż 4a), il-VRR tapplika parametru għall-kalkolu ta’ kumpens, li jibbaża fuq id-differenza bejn id-dħul marġinali u spejjeż marġinali għal kull kilometru. Dan jiddependi fuq iż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat. |
|
(76) |
Fir-rigward tat-tieni subkategorija, il-parametru jikkonsisti f’ammont li huwa stabbilit mill-paragun tal-ogħla pagi mad-dispożizzjonijiet ta’ ċertu ftehim kollettiv (“TV-N, Grupp V, Livell 2”) (Kategorija ta’ spejjeż 4b) li huwa kkunsidrat li jinkludi l-istess skali ta’ paga. Permezz ta’ dan il-parametru l-ammont għal kull sewwieq huwa determinat skont iż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat. |
|
(77) |
Finalment, skont il-Ġermanja, rekwiżiti f’konnessjoni mal-operat jew relatati mas-sistema imposta mill-awtoritajiet jew il-VRR li huma ġustifikati individwalment u jwasslu għal żvantaġġ ekonomiku (Kategorija ta’ spejjeż 4c) jiġu kalkolati individwalment, sakemm dawn ikunu dokumentati kif mitlub. |
5.5. EBDA KUMPENS ŻEJJED (IT-TIELET KRITERJU TA’ ALTMARK)
|
(78) |
Il-Ġermanja tispjega li l-operaturi kollha tat-trasport fil-VRR għandhom jissottomettu rapport annwali dwar l-infiq ta’ fondi li jipprova li fir-rigward ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku ma seħħ l-ebda kumpens żejjed. |
|
(79) |
Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-ispejjeż attwali sostnuti mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (infiq nieqes id-dħul), li huma mbagħad riveduti minn awditur u l-VRR għall-eżattezza u l-kompletezza. Jekk fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-VRR tiddetermina li hemm kumpens żejjed, l-ammonti mħallsa żejda jiġu rkuprati, skont il-Ġermanja. |
|
(80) |
Għall-irkupru tal-kumpens huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn ħlasijiet ta’ kumpens magħmula mill-VRR fuq bażi ta’ deċiżjoni amministrattiva u ħlasijiet ta’ kumpens imħallsa direttament lill-operat tat-trasport fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-istatut taz-ZV VRR. |
|
(81) |
Fl-ewwel każ, l-att amministrattiv huwa riferut bħala deċiżjoni ta’ finanzjament pożittiva (“positiver Finanzierungsbescheid”) skont il-Linji Gwida għall-Finanzjament. Skont it-Taqsima 7.4.1 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament, il-VRR innifisha tordna l-irkupru ta’ kumpens żejjed. |
|
(82) |
Fit-tieni każ, il-VRR toħroġ deċiżjoni ta’ finanzjament sfavorevoli (“ablehnender Finanzierungsbescheid”) skont Taqsima 7.4.2 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament jew notifika obbligatorja dwar l-ammont ta’ kumpens permessibbli. F’dan il-każ, Taqsima 8.3 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament tistipula, li l-VRR tinforma lill-belt jew lid-distrett li huwa l-azzjonist tal-kumpanija tat-trasport, li huma obbligati bl-irkupru tal-fondi mħallsa żejda. |
5.6. KUMPANIJA TIPIKA, IMMEXXIJA TAJJEB U MGĦAMMRA B’MOD ADEGWAT B’VETTURI TAT-TRASPORT (IR-RABA’ KRITERJU TA’ ALTMARK)
|
(83) |
Il-Ġermanja tiċċara, li — kuntrarju għall-opinjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni li tinbeda proċedura formali ta’ investigazzjoni — il-parametri għall-kalkoli ta’ kumpens għat-twettiq ta’ servizzi pubbliċi huma stabbiliti fil-kunsiderazzjoni tal-informazzjoni kollha disponibbli minn kumpaniji tat-trasport pubbliċi u privati, barra jew ġewwa ż-żona tal-VRR. Il-VRR iddeterminat l-ispejjeż (jiġifieri d-dejta nominali) li jirriżultaw minn attivitajiet fil-kuntest tat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fl-ewwel tliet kategoriji minn kumpanija tipika, immexxija tajjeb, bl-appoġġ ta’ espert/awditur tagħha, l-Industrie- und Verkehrstreuhand GmbH (’il quddiem imsejħa “IVT”). L-IVT għandha għad-dispożizzjoni tagħha dejta komparattiva fuq numru ta’ kumpaniji tat-trasport fil-Ġermanja u l-Awstrija li jirriżutaw minn analiżi simili. Id-dejta nominali ġew aġġustati mill-VRR b’kunsiderazzjoni ta’ ċertu karatteristiċi (eż. reġjonali). Id-dejta nominali għar-raba’ kategorija hija stabbilita b’referenza għal dejta speċifika tas-suq reġjonali. |
|
(84) |
Finalment, il-VRR tistabbilixxi marġini għall-prezzijiet medji tas-suq għall-kategoriji ta’ spejjeż individwali. Din id-dejta nominali kienet stabbilita għas-sena 2003 u aġġornata skont indiċi skont l-Anness 9 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament (dispożizzjonijiet dwar “estrapolazzjoni finanzjarja”) kif ukoll skont żieda/tnaqqis fil-volum u bidliet strutturali. |
|
(85) |
Il-Ġermanja tenfasizza partikolarment, li fil-fehma tagħha, il-fatt li kumpanija twettaq obbligu ta’ servizz pubbliku (billi, pereżempju. tħallas pagi ogħla lill-impjegati tagħha minħabba deċiżjonijiet ta’ politika soċjali), ma jippermettix il-konklużjoni li kumpanija ma tkunx immexxija tajjeb. |
5.7. DISTORSJONI TA’ KOMPETIZZJONI U L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI
|
(86) |
Skont l-opinjoni tal-Ġermanja l-finanzjament pubbliku tal-manutenzjoni tal-infrastruttura ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li din l-infrastruttura hija użata esklussivament mill-benefiċjarju ta’ dan il-finanzjament. Barra minn hekk, l-ispejjeż ta’ finanzjament ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura ma jaffettwawx b’mod negattiv suq miftuħ għall-kompetizzjoni, li huwa s-suq lokali tat-trasport reġjonali, minħabba li s-sistema ta’ finanzjament tal-VRR tipprevjeni li fondi li huma allokati għall-ispejjeż ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura (fejn is-suq huwa magħluq għall-kompetizzjoni) jintużaw għal operaturi tat-trasport f’suq miftuħ għall-kompetizzjoni. Barra minn hekk l-operaturi tat-trasport pubbliku għandhom iżommu kontijiet separati għal kull kategorija ta’ spejjeż. |
5.8. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN
|
(87) |
Peress li fil-fehma tal-Ġermanja ma teżisti l-ebda għajnuna mill-istat lill-RBG jew lill-BSM, tipprovdi kummenti biss dwar il-kompatibbiltà tal-allegata għajnuna fir-rigward tat-tieni subkategorija tar-raba’ kategorija, jigifieri obbligi soċjali f’konnessjoni ma’ attivitajiet tal-parti interessata f’konnessjoni mal-operazzjoni (25). Il-Ġermanja targumenta li l-kumpens tal-pagi ogħla huwa, f’kwalunkwe każ, kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE. |
5.9. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN FUQ IL-BAŻI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1370/2007
|
(88) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tas-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(89) |
Il-Ġermanja hija prinċiparjament tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà tas-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 sa mit-3 ta’ Diċembru 2009. |
|
(90) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li s-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” — sakemm tinvolvi għajnuna mill-istat — hija kompatibbli wkoll mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(91) |
Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni wkoll dwar l-aġġustamenti li ġejjin għas-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” biex tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru. 1370/2007: |
|
(92) |
|
|
(93) |
|
6. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(94) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss minn parti interessata waħda li talbet trattament kunfidenzjali. L-ilmentatur oriġinali, il-belt ta’ Langenfeld, ma ssottomettiex osservazzjonijiet. |
|
(95) |
Il-parti interessata tiddisputa l-konklużjoni tal-Kummissjoni li s-“sistema l-qadima ta’ finanzjament” hija għajnuna eżistenti. |
|
(96) |
Rigward is-sussidju laterali, il-parti terza tispjega li din hija prassi msejħa “kommunaler Querverbund”, komuni għal numru kbir ta’ kumpaniji muniċipali holding fil-Ġermanja, iżda li skont il-parti terza hija ddisputata permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Federali tal-Finanzi (26). Il-parti terza hija tal-opinjoni li, fejn isir sussidju laterali permezz ta’ ftehim tal-kontroll u t-trasferiment tal-qligħ u t-telf, il-kumpens żejjed mhux eskluż minħabba t-trasferiment awtomatiku. Il-parti terza tikkuntesta li l-VRR attwalment tikkunsidra s-sussidju laterali meta tapplika s-sistema ta’ finanzjament fil-prattika u b’konsegwenza taġġusta l-ammonti ta’ finanzjament tagħha. |
|
(97) |
Fir-rigward tal-finanzjament mill-VRR il-parti terza targumenta, li s-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” mhix applikata fil-prattika skont il-Linji Gwida għall-Finanzjament għar-raġunijiet li ġejjin: |
|
(98) |
Skont il-parti terza l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma definiti b’mod mhux trasparenti mal-operaturi tat-trasport. Att triplu ta’ kariga għandu jissodisfa l-ħtieġa taċ-ċarezza daqs att uniku ta’ kariga. Skont l-opinjoni tal-parti terza l-liċenzji maħruġa skont il-PBefG ma jistgħux jiġu meqjusa bħala imponiment ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku, peress li huma maħruġa fuq inizjattiva tal-operatur tat-trasport, li b’hekk jiddetermina l-kondizzjonijiet għat-twettiq tas-servizzi tagħhom. Barra minn hekk, operatur tat-trasport jista’ jitlob għal aġġustament tal-liċenzja iżjed tard. Il-parti terza targumenta wkoll li l-pjanijiet tat-trasport lokali ma joħolqux att ta’ kariga xierqa, peress li ma jimponu l-ebda obbligi ta’ servizz pubbliku, imma biss jiddefinixxu għanijiet ġenerali politiċi. |
|
(99) |
Rigward il-provvediment infrastrutturali l-parti terza tispeċifika, li l-obbligi mhumiex definiti b’mod ċar, iżda huwa ppreżentat biss qafas ta’ miżuri li ġeneralment jistgħu jiġu finanzjati. Il-parti terza żżid li l-parti l-kbira tal-investiment f’din il-kategorija normalment issir mill-kumpaniji tat-trasport fl-interess ekonomiku tagħhom stess. |
|
(100) |
Fir-rigward ta’ kompiti ta’ mmaniġġjar u marketing imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet il-parti terza targumenta li l-kompiti ta’ mmaniġġjar u marketing f’rabta ma’ parteċipazzjoni f’assoċjazzjoni tat-trasport bħall-VRR huma aspett tal-kundizzjonijiet ġenerali fis-settur. Prattikament l-ebda operatur ma jopera barra assoċjazzjoni tat-trasport. Għalhekk, fil-fehma tal-parti terza, it-twettiq tal-kompiti ta’ mmaniġġjar u marketing imposti mill-VRR huwa kondizzjoni meħtieġa għall-għoti tal-permess, li kieku kien jiġi rifjutat mill-awtoritajiet kompetenti. Fl-aħħar nett, il-parteċipazzjoni f’assoċjazzjoni tat-trasport hija marbuta ma’ ċerti benefiċċji ekonomiċi, pereżempju tnaqqis ta’ spejjeż marbuta mad-daqs. |
|
(101) |
Rigward l-istandards ta’ kwalità tal-vetturi imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet, il-parti terza targumenta li fis-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” tal-VRR mhux definit b’mod ċar liema tip ta’ vetturi kienu jinxtraw mill-operaturi tat-trasport biss fl-interess ekonomiku tagħhom stess. |
|
(102) |
Rigward spejjeż addizzjonali ta’ servizzi mhux profittabbli f’ħinijiet off-peak direttament imposti mill-awtoritajiet jew mill-VRR, il-parti terza tiċċara li servizzi bħal dawn jistgħu jiġu provduti bi spiża marġinali jekk ikunu ppjanati tajjeb, peress li fil-fehma tagħha l-operatur tat-trasport għandu jikkalkula l-bżonnijiet tal-vetturi u l-persunal tiegħu skont il-bżonnijiet waqt il-ħinijiet ta’ domanda massima. |
|
(103) |
Rigward l-obbligi soċjali f’konnessjoni ma’ attivitajiet tal-parti interessata, il-parti terza toġġezzjona li l-akkumulazzjoni ta’ spejjeż ogħla tal-persunal ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala obbligi ta’ servizz pubbliku jew servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali minħabba li ma jirrelatax mat-twettiq ta’ servizzi tat-trasport. |
|
(104) |
Rigward speċifikazzjonijiet oħra f’konnessjoni mal-operazzjoni jew relatati mas-sistema imposta mill-awtoritajiet jew il-VRR li huma ġustifikati individwalment u jwasslu għal żvantaġġ ekonomiku, il-parti terza targumenta li dawn ma jistgħux jiġu kunsidrati bħala obbligi ta’ servizz pubbliku u li mhumiex imposti fuq l-operaturi tat-trasport. |
|
(105) |
Rigward it-tieni kriterju ta’ Altmark, il-parti terza tenfasizza li l-ebda sistema komuni għad-definizzjoni tal-parametri ma tapplika għat-tieni u t-tielet subkategoriji tar-raba’ kategorija tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fis-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tal-VRR. Skont il-parti terza, il-kompetituri ma jistgħu jirrevedu l-iffissar tal-parametri għall-korrettezza tagħhom fl-ebda mill-kategoriji peress li dawn mhumiex pubblikati. Iżżid li l-baġit tal-VRR għas-sena 2006 ġie vvutat biss fi Frar/Marzu tas-sena 2006. Dan jissuġġerixxi li l-parametri għas-sena 2006 ma kinux stabbiliti minn qabel. |
|
(106) |
Fir-rigward tat-tielet kriterju ta’ Altmark il-parti terza tispeċifika li l-obbligi ta’ servizz pubbliku ma jistgħux jiġu stmati separatament mill-attivitajiet kummerċjali tal-operatur tat-trasport. Barra minn hekk il-kumpens żejjed għandu jiġi evalwat għal kull kategorija. Skont il-parti terza, is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament ma tassigurax li d-dħul jew vantaġġi ekonomiċi oħra marbutin mal-obbligi ta’ servizz pubbliku huma kkunsidrati fil-kategoriji diversi. Peress li s-sussidju laterali huwa awtomatiku, huwa impossibbli li kumpens żejjed jiġi evitat bis-sistema ta’ finanzjament tal-VRR. |
|
(107) |
Fir-rigward tar-raba’ kriterju ta’ Altmark il-parti terza tindika li fuq il-bażi ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha mhix fil-pożizzjoni li tevalwa l-adegwatezza tal-metodu applikat mill-VRR għall-valutazzjoni komparattiva. L-għadd totali tal-kumpaniji li d-dejta tagħhom hija użata, mhux deċiżiv biex jiddetermina jekk din id-dejta komparattiva tirriflettix l-ispejjeż ta’ kumpanija tipika mmexxija tajjeb. Fl-opinjoni tal-parti terza, dan jiddependi wisq iżjed fuq l-għażla korretta tal-operaturi u l-ippeżar xieraq tad-dejta minn tipi differenti ta’ operaturi. |
|
(108) |
Rigward l-impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-parti terza taqbel mal-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(109) |
Fl-opinjoni tal-parti terza r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 huwa applikabbli f’dan il-każ. Hija tal-opinjoni li l-Ġermanja m’għamlitx użu mill-possibiltà li teskludi dawn is-servizzi in kwistjoni mill-iskop ta’ dan ir-regolament. Tikkunsidra li l-argument tal-BverwG, li ddeċidiet il-kuntrarju, huwa difettuż. Fl-opinjoni tal-parti terza l-miżuri in kwistjoni ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u għalhekk mhux kompatibbli mas-suq intern. |
|
(110) |
B’mod ġenerali l-parti terza targumenta li l-VRR m’għandhiex ir-riżorsi meħtieġa għas-sorveljanza tal-konformità mas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament. Tispjega li l-VRR għalhekk ma tistax tassigura l-konformità mar-raba’ kriterju ta’ Altmark. |
|
(111) |
Finalment, il-parti terza tikkummenta fid-dettall, b’mod speċjali fil-kummenti iżjed tard, dwar il-mod li bih il-VRR hija finanzjata mill-miżati mill-ibliet u d-distretti membri tagħha. |
7. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTI TERZA
|
(112) |
Il-Ġermanja bdiet l-osservazzjonijiet tagħha billi argumentat li hi kienet sottomettiet l-informazzjoni kollha lill-Kummissjoni u għalhekk ma kienx meħtieġ li tikkummenta fuq id-dikjarazzjonijiet tal-parti terza. Aktar tard, madankollu, il-Ġermanja wieġbet għal ċerti dikjarazzjonijiet tal-parti terza. |
|
(113) |
Il-Ġermanja tagħmilha ċara li l-baġit tal-VRR mhux ta’ importanza għall-għoti tal-kariga tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew għad-definizzjoni tal-parametri. Tispjega li bħalissa m’hemm l-ebda obbligu li tiġi ppubblikata d-dejta dwar id-definizzjoni tal-parametri għall-kalkolu tal-ħlas ta’ kumpens. |
|
(114) |
Il-Ġermanja tikkontradixxi l-kumment tal-parti terza li servizzi f’ħinijiet off-peak jistgħu jkunu operati bi spejjeż marġinali. Hija tiċħad ukoll li l-parteċipazzjoni f’assoċjazzjoni tat-trasport hija meħtieġa għat-twettiq ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport. |
|
(115) |
Il-Ġermanja tenfasizza li d-dħul konness mat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fil-kategoriji varji, huwa fil-fatt assenjat b’mod korrett lill-kategoriji diversi u fi kwalunkwe każ, il-VRR tivverifika profitt għoli mhux raġonevoli. |
|
(116) |
Il-Ġermanja tiċċara li t-trasferiment tal-obbligu li jinżammu standards ogħla ta’ kwalità tal-vetturi jirriżulta mill-pjanijiet tat-trasport lokali, deċiżjonijiet tal-belt jew id-distrett kompetenti u l-Linji Gwida għall-Finanzjament tal-VRR. |
|
(117) |
Dwar is-sussidju laterali, il-Ġermanja tenfasizza li t-trasferment ta’ qligħ u telf isir b’mod awtomatiku biss fir-rigward tal-kontijiet, imma li l-ħlas innifsu mhux awtomatiku. |
8. AMBITU TAL-PROĊEDURA U TAD-DEĊIŻJONI FINALI
|
(118) |
F’dan il-każ il-Ġermanja argumentat li minħabba li l-ilment tal-belt ta’ Langenfeld kien jirrelata oriġinarjament mas-sistema l-qadima ta’ finanzjament, li mhux soġġett għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummisjoni ma kinitx intitolata tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 83 tat-Trattat tal-KE (27) [issa l-Artikolu 108 TFUE]. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni tinnota li hija aġixxiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Arikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 li taħthom hija għandha teżamina kull informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha minn kwalunkwe sors rigward għajnuna illegali mill-istat. Barra minn hekk, hija wettqet stima preliminari skont l-obbligi taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
|
(120. |
Għalhekk, il-Kummissjoni mhix prekluża f’dan il-każ li toħroġ deċiżjoni dwar il-konkluzjoni tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni fir-rigward tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-investigazzjoni preżenti ma tirreferix għas-sistema l-qadima ta’ finanzjament. |
|
(121) |
Fir-rigward ta’ finanzjament għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku l-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjoni tal-ftuħ tassumi, li s-“sistema l-ġdida ta’ finanzjament” daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2005, jiġifieri fid-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha. |
|
(122) |
Iżda l-Ġermanja ċċarat matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament ma daħlitx fis-seħħ mal-adozzjoni tad-deċiżjoni fit-28 ta’ Ġunju 2005, iżda biss fl-1 ta’ Jannar 2006. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni tista’ għalhekk tikkonkludi li s-sistema l-qadima ta’ finanzjament kienet għadha fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2005. Kif il-Kummissjoni kienet indikat fid-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006, is-sistema l-qadima ta’ finanzjament hija każ ta’ għajnuna mill-istat. Għalhekk il-Kummissjoni tillimita l-valutazzjoni tagħha għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006. |
|
(124) |
Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament kienet emendata f’Settembru 2009 bil-ħsieb tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. B’mod partikolari l-atti tal-kariga u r-regoli tal-kumpens fil-Linji Gwida għall-Finanzjament ġew mibdula. |
|
(125) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li mhux possibbli tittieħed deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna statali u l-kompatibbiltà possibbli tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, mingħajr ma tingħata opportunità lill-Ġermanja li tikkummenta dwar tħassib possibbli tal-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi. |
|
(126) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tillimita d-deċiżjoni tagħha fuq il-ħlasijiet ta’ kumpens lill-RBG u lill-BSM, li saru fuq il-bażi tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament u l-ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf għas-snin 2006 sa 2009 mingħajr ma tikkonsidra l-Linji Gwida għall-Finanzjament mibdula fl-2009 fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u l-atti ta’ kariga kif mibdula fl-2009 fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tevalwa l-Linji Gwida għall-Finanzjament mibdula fl-2009 fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u l-atti ta’ kariga kif mibdula fl-2009 fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, jekk ikun hemm dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli tal-UE dwar għajnuna mill-istat tal-UE. |
9. EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(127) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
9.1. FONDI TAL-ISTAT U R-RESPONSABBILTÀ GĦALL-ISTAT
|
(128) |
Biex issir valutazzjoni dwar l-użu ta’ riżorsi tal-istat u r-responsabbiltà, huwa neċessarju li ssir differenza bejn il-ħlasijiet ta’ kumpens mill-VRR lill-operaturi tat-trasport fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament min-naħa waħda u ħlasijiet diretti lill-operaturi tat-trasport fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-istatut taz-ZV VRR min-naħa l-oħra. |
Ħlasijiet fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament
|
(129) |
Il-Kummissjoni tosserva fir-rigward ta’ ħlasijiet tal-VRR lill-operaturi tat-trasport fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament, li l-VRR hija istituzzjoni pubblika, iffinanzjata mill-miżati finanzjarji tal-ibliet u d-distretti li jappartjenu lilha. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-ammonti huma mħallsa minn riżorsi tal-istat. Il-VRR hija parti mill-amministrazzjoni reġjonali. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tagħha huma għaldaqstant ukoll attribwiti lill-istat. |
Ħlasijiet fuq bażi tal-ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf.
|
(130) |
Fir-rigward tal-pagamenti diretti lill-operaturi tat-trasport fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-istatut taz-ZV VRR flimkien mal-ftehim dwar il-qsim tad-dħul, il-Kummissjoni tinnota li l-ħames għażliet previsti b’din ir-regola joriġinaw minn organizzazzjonijiet jew aġenziji pubbliċi. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni ssib li l-ħlasijiet lill-RBM u lill-BSM li huma finanzjati bi ftehim dwar qsim tad-dħul jew ftehim tal-azzjonisti, joħorġu wkoll minn intrapriżi pubbliċi. Il-belt ta’ Düsseldorf tippossjedi 100 % tal-ishma tal-Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH u l-belt ta’ Monheim tippossjedi 100 % tal-ishma tal-Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH. Għal din ir-raġuni u irrispettivament mill-istatus tagħhom bħala korporazzjoni jew status ieħor legali, it-tnejn huma kumpaniji pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummisjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u intrapriżi pubbliċi kif ukoll it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti intrapriżi (28). |
|
(132) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ħlasijiet lill-RBG u lill-BSM mill-Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH u l-Monheimer Versorgungs- und Versorgungs-GmbH huma finanzjati minn riżorsi tal-istat. |
|
(133) |
Madankollu, l-Qorti ddeċidiet ukoll, li jekk l-istat ikun f’pożizzjoni li jikkontrolla intrapriża pubblika u jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operat tagħha, ma jistax jiġi awtomatikament preżunt li dan il-kontroll huwa fil-fatt eżerċitat fil-każ partikolari. Intrapriża pubblika tista’ taġixxi ftit jew wisq b’mod indipendenti, skont il-grad ta’ awtonomija mogħti lilha mill-istat. Is-sempliċi fatt li intrapriża pubblika hija taħt kontroll tal-istat mhux biżżejjed biex miżuri meħuda minn dik l-intrapriża, bħall-finanzjament ta’ appoġġ in kwistjoni, jiġu kkunsidrati attribwiti lill-istat. Barra minn hekk għandu jiġi eżaminat ukoll jekk l-awtoritajiet pubbliċi jistgħux jiġu kkunsidrati li ġew involuti b’xi mod jew ieħor fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. F’dan ir-rigward il-Qorti indikat li r-responsabbiltà lill-istat ta’ miżura ta’ għajnuna meħuda minn kumpanija pubblika tista’ tiġi dedotta minn evidenza ċirkostanzjali li tirriżulta miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih dik il-miżura tkun ittieħdet. (29) |
|
(134) |
Tali indikaturi jistgħu jkunu l-integrazzjoni tal-operatur fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tiegħu fuq is-suq f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istat legali tal-operatur (fis-sens jekk hux soġġett għal-liġi pubblika jew liġi ordinarja tal-kumpaniji), l-intensità tas-sorveljanza tal-immanniġġjar tal-impriża mill-awtoritajiet pubbliċi, jew indikatur ieħor li juri fil-każ partikulari, involviment mill-artoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, fir-rigward ukoll tal-ambitu tal-miżura, il-kuntenut tagħha jew il-kondizzjonijet li tinkludi (30). |
|
(135) |
Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett fir-rigward tat-twettiq ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport, li dawn l-attivitajiet għandhom rwol partikolari fl-oqsma tal-politika bħall-politika tat-trasport, l-iżvilupp ekonomiku reġjonali jew l-ippjanar urbani u reġjonali. L-awtoritajiet huma ġeneralment mhux indifferenti meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar ħlasijiet ta’ kumpens għal obbligu ta’ servizz pubbliku. |
|
(136) |
It-tieni, fir-rigward tas-superviżjoni mill-istat tal-operat tal-Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH u tal-Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH, il-Kummissjoni tinnota li skont l-aħħar informazzjoni disponibbli, sebgħa mill-għaxar membri tal-bord superviżorju tal-Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH huma membri tal-kunsill tal-belt ta’ Düsseldorf (31), u li s-seba’ membri kollha tal-bord superviżorju tal-Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH huma membri tal-kunsill tal-belt ta’ Monheim (32). Fiż-żewġ każijiet, is-sindku huwa wieħed mill-membri tal-bord superviżorju. |
|
(137) |
It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li ħlasijiet magħmula permezz ta’ ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf kienu soġġetti għall-approvazzjoni ta’ bord tas-sorveljanza tal-Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH. Bl-istess mod, għal trasferimenti ta’ kapital tal-Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-bord superviżorju. |
|
(138) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi fid-dawl ta’ dan, li d-deċiżjonijiet li jsiru ħlasijiet lill-RBG u lill-BSM mill-kumpaniji holding rispettivi tal-belt ta’ Düsseldorf u l-belt ta’ Monheim, huma wkoll attribwiti lill-istat. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi b’hekk li l-miżuri huma finanzjati minn riżorsi pubbliċi u huma attribwiti lill-Ġermanja. |
9.2. VANTAĠĠ EKONOMIKU SELETTIV
|
(140) |
Għandu jiġi stabbilit jekk jingħatax vantaġġ ekonomiku selettiv lill-RBG u lill-BSM permezz tal-miżuri. |
|
(141) |
Mis-sentenza ta’ Altmerk jirriżulta, “illi, sakemm intervent mill-Istat għandu jkun ikkunsidrat bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod illi dawn l-impriżi, fir-realtà ma jiħdux vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent m’għandux għalhekk l-effett li jpoġġi tali impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli minn dik ta’ impriżi kompetituri tagħhom, tali intervent ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat [issal-Artikolu 107 (1) TFUE]. Madankollu, ċerti kundizzjonijiet għandhom jiġu sodisfatti sabiex, f’każ konkret, tali kumpens ma jiġix kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat” (33). |
|
(142) |
F’dan ir-rigward, il-Ġermanja tiddikjara li l-finanzjament tal-RBG u l-BSM mill-miżuri in kwistjoni - kemm il-finanzjament permess ta’ sussidji laterali jew direttament mill-azzjonisti pubbliċi tal-operaturi rilevanti u l-finanzjament provdut direttament mill-VRR - jirrispetta l-erba’ kriterji tal-ġudizzju ta’ Altmark u b’hekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 (1) TFUE. |
9.2.1. IL-BENEFIĊJARJU HUWA ATTWALMENT RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ OBBLIGI TA’ SERVIZZ PUBBLIKU DEFINITI B’MOD ĊAR
|
(143) |
L-ewwel nett, skont is-sentenza msemmija għandu jiġi stabbilit jekk “il-benefiċjarju huwiex attwalment responsabbli għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku” u jekk dawn l-obbligi humiex “definiti b’mod ċar”. |
|
(144) |
F’dan il-każ, l-RBG u l-BSM huma obbligati bit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ att triplu ta’ kariga; li jinvolvi:
|
|
(145) |
Il-Ġermanja pprovdiet lill-Kummissjoni kopji ta’ dawn l-atti. |
|
(146) |
B’risposta għall-osservazzjonijet tal-parti terza, il-Kummissjoni tinnota li, sabiex jiġi sodisfatt l-ewwel kriterju ta’ Altmark mhux neċessarju li obbligu ta’ servizz pubbliku jiġi trasferit f’att wieħed, għalkemm dan kien iżid it-trasparenza. |
|
(147) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummisjoni kienet ikkunsidrat li l-obbligu ta’ servizz pubbliku f’dan il-każ ikopri l-provvista ta’ servizzi tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, trammijiet u ferroviji fuq il-bażi tal-liċenzji maħruġa lill-RBG u lill-BSM skont l-Artikoli 8 u 13 tal-PBefG (ara premessa 61 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(148) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota, li l-obbligu ta’ servizz pubbliku tal-RBG u l-BSM li jipprovdu servizzi tat-trasport għall-passiġġieri joħroġ mil-liċenzji maħruġa kif ukoll mill-obbligu tat-twettiq tal-pjanijiet tat-trasport lokali fir-rigward tal-frekwenzi, rotot u rekwiżiti oħra; in-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament tal-VRR ibbażati fuq il-Linji Gwida għall-Finanzjament jipprovdu iżjed dettalji rigward dawn il-kondizzjonijiet. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk, li f’dan il-każ l-obbligu ta’ servizz pubbiku jiġbor fih it-twettiq kollu ta’ servizz tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-karrozzi tal-linja, trammijiet u ferroviji fuq il-bażi tal-liċenzji maħruġa skont l-Artikoli 8 u 13 tal-PBefG li għandhom l-RBG u l-BSM (ara punt 61 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(150) |
Dan ifisser li l-obbligi ta’ servizz pubbliku mhux limitat għall-erba’ kategoriji ta’ spejjeż, li għalihom l-operaturi jistgħu jitolbu kumpens, iżda jestendu wkoll il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport matul il-ħin ta’ domanda massima. Id-definizzjoni tal-erba’ kategoriji li għalihom l-operaturi jistgħu jitolbu kumpens, għandha effett biss fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mat-tieni kriterju ta’ Altmark. |
|
(151) |
B’hekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligu ta’ servizz pubbliku, li l-RBG u l-BSM għandhom jaqdu, jiġifieri s-servizzi tat-trasport kollha msemmija fil-liċenzji u l-pjanijiet tat-trasport lokali, huwa definit b’mod ċar u speċifiku fl-att triplu ta’ kariga. |
9.2.2. IL-PARAMETRI UŻATI GĦALL-KALKOLU TAL-KUMPENS HUMA STABBILITI MINN QABEL B’MOD OĠĠETTIV U TRASPARENTI
|
(152) |
It-tieni, l-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk “il-parametri użati għall-kalkolu tal-kumpens humiex stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti”. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni tinnota li għat-twettiq tat-tieni kriterju ta’ Altmark mhux neċessarju li l-ammont ta’ kumpens eżatt ikun determinat minn qabel sakemm il-metodoloġija u l-parametri rilevanti għall-kalkolu ta’ dan l-ammont huma stabbiliti minn qabel b’tali mod li ma jħalli l-ebda lok għal aġġustamenti diskrezzjonarji iżjed tard. |
|
(154) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni esprimiet dubji jekk l-erba’ kategoriji ta’ spejjeż previsti għall-ħlasijiet ta’ kumpens fil-Linji Gwida għall-Finanzjament jappartjenux fil-fatt għall-obbligu ta’ servizz pubbliku, jekk humiex definiti b’mod ċar u jekk għall-inqas parti mill-ispejjeż għandhomx jitħallsu mill-operaturi stess fl-interess ekonomiku tagħhom (ara premessi 61 sa 75 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Il-Ġermanja u l-parti terza pprovdew informazzjoni addizzjonali għal dan il-punt. |
|
(155) |
Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-erba’ kategoriji ta’ spejjeż innifishom, kuntrarju għall-kliem tal-Linji Gwida għall-Finanzjament, ma jirrappreżentaw l-ebda obbligu ta’ servizz pubbliku (ara s-sezzjoni preċedenti dwar is-sodisfazzjon tal-ewwel kriterju ta’ Altmark) (34), iżda jistabbilixxu kategoriji ta’ spejjeż li għalihom l-operaturi tat-trasport jistgħu jitolbu kumpens. Ma jkoprux il-kategoriji ta’ spejjeż kollha ta’ operatur tat-trasport. B’mod partikolari, la jkopru l-provvista bażika ta’ vetturi ta’ trasport (huma koperti biss ħtiġijiet ta’ kwalità addizzjonali) u lanqas is-salarji kompetittivi li huma mħallsa matul il-ħinijiet tat-traffiku massimu fuq rotot ta’ qligħ. Dan il-punt jiġi elaborat fid-dettal fis-sezzjoni dwar l-evalwazzjoni tat-tielet u r-raba’ kriterji ta’ Altmark. |
|
(156) |
Il-Kummissjoni barra minn hekk għandha wkoll teżamina kull wieħed mill-punti fejn esprimiet dubju, u tevalwahom fid-dawl tal-kummenti milqugħa. Id-dubji tal-Kummissjoni jikkonċernaw il-punti li ġejjin:
|
Il-kategoriji ta’ spejjeż jikkorrispondu mal-ispejjeż għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku
|
(157) |
Kategorija ta’ spejjeż 1: Provvediment infrastrutturali. |
|
(158) |
Mill-informazzjoni addizzjonali mgħoddija mill-Ġermanja, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-kumpens imħallas taħt din il-kategorija huwa limitat għall-infrastruttura li hija neċessarja għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku b’karozzi tal-linja, trammijiet u ferroviji fuq il-bażi tal-liċenzji maħruġa lill-RBG u l-BSM skont l-Artikoli 8 u 13 tal-Pbef G. Rigward id-definizzjoni eżatta tal-infrastuttura, il-Kummissjoni tinnota li l-att triplu ta’ kariga jistabbilixxi b’mod ċar l-infrastruttura li l-operaturi tat-trasport għandhom jipprovdu. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda dubji dwar il-kategorija ta’ spejjeż 2. |
|
(160) |
Kategorija ta’ spejjeż 3: Standards ta’ kwalità tal-vetturi imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet |
|
(161) |
Fuq dan il-punt, il-Kummssjoni tinnota li l-Ġermanja wriet li l-operaturi tat-trasport ma kinux jixtru vetturi ta’ standard ta’ kwalità meħtieġ, peress li d-dħul addizzjonali li seta’ jinkiseb permezz ta’ servizz ta’ kwalità aħjar ma kienx ikun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż addizzjonali. |
|
(162) |
Kategorija ta’ spejjeż 4: Servizzi tat-trasport addizzjonali jew servizzi oħra f’konnessjoni mal-operazzjoni imposti mill-VRR jew l-awtoritajiet |
|
(163) |
Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota li fir-rigward ta’ servizzi f’ħinijiet off-peak il-Ġermanja wriet li l-operaturi tat-trasport ma kinux iwettqu dan is-servizz fl-interess ekonomiku tagħhom. |
Ebda kumpens ta’ spejjeż skont il-kategorija miftuħa
|
(164) |
It-tieni dubju rigward dan il-punt jikkonċerna l-fatt li t-tielet subkategorija tal-kategorija ta’ spejjeż 4 kienet kategorija miftuħa li permezz tagħha l-operaturi tat-trasport jistgħu jitolbu kumpens għal rekwiżiti oħra f’konnessjoni mal-operazzjoni jew is-sistema imposta mill-awtorità kompetenti jew il-VRR, li huma ġustifikati individwalment u li jwasslu għal żvantaġġ ekonomiku. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni tosserva f’dan ir-rigward li l-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li ma saru l-ebda ħlasijiet lill-RBG jew lill-BSM taħt din is-subkategorija. |
Parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti
|
(166) |
Il-metodu għall-kalkolu tal-kumpens li għalih huma intitolati l-operaturi individwali tat-trasport, huwa deskritt fl-Anness 2 u 8 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament. |
|
(167) |
L-Anness 2 fih deskrizzjoni dettaljata tal-erba’ kategoriji ta’ spejjeż kif ukoll formoli li jittrażmettu l-informazzjoni lill-VRR, li fuq il-bażi tagħhom il-VRR tikkalkula l-kumpens għall kull waħda mill-erba’ kategoriji ta’ spejjeż għal kull tip ta’ servizz (karozzi tal-linja, trammijiet, ferroviji). Dan jinkludi deskrizzjoni tal-informazzjoni li hi meħtieġa għall-kalkoli tal-ispejjeż tal-infrastruttura provduta (kategorija ta’ spejjeż 1), tal-kompiti ta’ mmaniġġjar u marketing (kategorija ta’ spejjeż 2), tal-istandards addizzjonali ta’ kwalità tal-vetturi (kategorija ta’ spejjeż 3), ta’ servizzi f’ħinijiet off-peak (kategorija ta’ spejjeż 4a) u ta’ obbligi soċjali f’konnessjoni ma’ ftehim kollettiv (kategorija ta’ spejjeż 4b). |
|
(168) |
L-ispejjeż għall-operaturi tat-trasport li jinħolqu għal kull waħda mill-miżuri possibbli li taqa’ taħt l-erba’ kategoriji, għandhom jiġu allokati. L-Anness 2 jiddefinixxi l-kategoriji ta’ spejjeż applikabbli skont il-prinċipji tad-dikjarazzjoni finanzjarja kif ukoll formoli li għandhom jintużaw mill-operaturi tat-trasport għall-indikazzjoni tal-ispejjeż kurrenti tagħhom. Madankollu, l-Anness 2 ma jindikax parametri eżatti indikati bl-euro. Huwa attwalment enfasizzat li l-parametri għal kull żona ta’ servizz u mod ta’ operat għandhom jiġu determinati individwalment. |
|
(169) |
Il-kalkolu tal-ispejjeż li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ spejjeż 1, 2 u 3 għandu jsir fuq il-bażi tal-kategoriji ta’ spejjeż għad-dikjarazzjoni finanzjarja u b’konsiderazzjoni tal-ispejjeż tal-materjal u l-enerġija, spejjeż ta’ kera jew leasing, spejjeż ġenerali kif ukoll deprezzament u mgħax. Għall-ewwel subkategorija tal-kategorija ta’ spejjeż 4 il-VRR tapplika parametru għall-kalkolu tal-kumpens li jibbaża fuq id-differenza bejn id-dħul marġinali u l-ispejjeż marġinali għal kull kilometru kull vettur u li hu speċifiku għaż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat. Għat-tieni subkategorija ta’ kategorija ta’ spejjeż 4, l-obbligi soċjali f’konnessjoni ma’ attivitajiet tal-parti interessata f’konnessjoni mal-operazzjoni, il-parametru jikkonsisti f’rata li hija determinata permezz ta’ tqabbil tal-pagi ogħla mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim kolettiv speċifiku (“TV-N, Grupp V, Livell 2”). Dan l-ammont huwa determinat mix-xufier (aġġustat għal servizzi li huma sottokuntrattati u għax-xuffiera impjegati wara l-1 ta’ Jannar 2006 jew mill-ewwel applikazzjoni tat-TV-N) u huwa speċifiku għaż-żona ta’ servizz u mod ta’ operat peress li l-operaturi varji tat-trasport innegozjaw ftehim kollettiv u diversi vantaġġi soċjali addizzjonali. |
|
(170) |
Id-dejta nominali tmur lura għas-sena 2003 u hija aġġornata skont indiċi skont l-Anness 9 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament (dispożizzjonijiet dwar “estrapolazzjoni finanzjarja”). L-Anness 9 jinkudi numru ta’ indiċi, kull wieħed assenjat element ta’ spiża u magħżul b’tali mod li jirrifletti l-iżvilupp medju tal-prezz għal element ta’ spiża partikolari b’mod preċiż. |
|
(171) |
Il-Ġermanja pprovdiet lill-Kummisjoni b’notifikazzjonijiet negattivi ta’ finanzjament li kienu maħruġa lill-RBG u lill-BSM mill-VRR skont Taqsima 7.4.2 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament. In-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament għal kull kategorija ta’ spejjeż jinkludu l-informazzjoni li ġejja: Parametri f’Euro għal kull unità ta’ attività; numru ta’ unitajiet ta’ attività; ammont ta’ kumpens definit bħala l-prodott tal-parametru għal kull unità ta’ attività u n-numru ta’ unitajiet ta’ attività. |
|
(172) |
Bħala illustrazzjoni l-parametri għall-RBG għall-operat tax-“Stadtbahn” fl-2007 huma elenkati hawn taħt: (35)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(173) |
L-abbrevazzjonijiet BS 1-4c jirreferu għal kull waħda mill-kategoriji ta’ spejjeż. Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ spejjeż f’kull wieħed mis-setturi tat-trasport (f’dan l-eżempju “Stadtbahn”) operat mill-BSM u l-RBG jiġi stabbilit paremetru f’EUR. Dan il-parametru jiġi mmultiplikat man-numru mistenni ta’ unitajiet ta’ attività. L-ammont li jirriżulta huwa stabbilit bħala l-ammont stmat ta’ kumpens. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni b’hekk tikkonkludi li l-metodu użat għall-kalkolu tal-kumpens fin-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament maħruġa mill-VRR lill-RBG u lill-BSM huwa stabbilit fuq parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-tieni kriterju ta’ Altmark huwa sodisfatt. |
9.2.3. EBDA KUMPENS ŻEJJED
|
(176) |
It-tielet kundizzjoni fis-sentenza ta’ Altmark hija, li “l-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż, kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta’ tali obbligi”. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li fir-rigward tat-twettiq ta’ dan il-kriterju għandu jiġi l-ewwel nett verifikat jekk bin-notifikazzjonijiet negattivi ta’ finanzjament li toħroġ il-VRR lill-RBG u l-BSM biss, jistax jiġi eskluż kumpens żejjed. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra fit-tieni pass, jekk il-Ġermanja wrietx li l-applikazzjoni konkreta għas-snin 2006 sa 2009, flimkien mal-kuntratti eżistenti bejn l-operaturi u l-awtoritajiet lokali ta’ minn huma l-propjetà, humiex biżżejjed biex jeskludu kumpens żejjed lill-RBG u BSM. |
Il-Linji Gwida għall-Finanzjament
|
(178) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-proċess għall-għoti ta’ kumpens huwa deskritt fid-dettall fit-Taqsimiet 5, 7 u 8 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament. Operaturi tat-trasport għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-kumpens sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena li tippreċedi s-sena li fiha jibda t-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku. Taqsima 5.4 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament tistipula l-ammont massimu ta’ kumpens li għalih huwa intitolat l-operatur. Għal dan il-għan huma stabbiliti tliet limiti massimi; għall-ammont ta’ kumpens, l-ammont ta’ finanzjament u r-riżorsi finanzjarji disponibbli. |
|
(179) |
L-ammont ta’ kumpens huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni għal kull waħda mill-erba’ kategoriji ta’ spejjeż fl-Anness 2 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament. Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-operaturi tat-trasport skont l-Anness 2, il-VRR tikkalkula parametri li jirriflettu l-ispejjeż li jkollha kumpanija tipika u mmexxija tajjeb għat-twettiq tal-istess obbligi, u li huma identifikati fin-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament. |
|
(180) |
L-ammont ta’ finanzjament huwa definit bħala r-riżorsi ta’ finanzjament li huma disponibbli fil-muniċipalità partikolari. Dawn jiġu miżjuda eventwalment bi kwalunkwe profitti tal-operturi tat-trasport li jirriżultaw minn attivitajiet li ma jaqgħux taħt l-erba’ kategoriji ta’ spejjeż. |
|
(181) |
Il-fondi disponibbli huma definiti bħala d-differenza bejn l-ammont ta’ kumpens u l-ammont ta’ finanzjament. |
|
(182) |
Il-VRR tieħu deċiżjoni preliminari dwar il-ħlas ta’ kumpens, li għalih l-operatur huwa intitolat, u tħallas il-kumpens f’erba’ pagamenti fil-15 ta’ Frar, il-15 ta’ Mejju, il-15 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Novembru. Il-ħlas fil-15 ta’ Frar huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tal-ħlas għas-sena preċedenti; tibdiliet jiġu kkunsidrati fl-ammont parzjali pro rata tal-15 ta’ Mejju (ara punt 7.3 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament). |
|
(183) |
Għall-kumpaniji bħall-RBG u l-BSM li jirċievu l-kumpens tagħhom permezz ta’ ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf jew permezz ta’ ftehim mal-kumpanija holding tagħhom, japplikaw regoli speċjali. F’dawn il-każijiet il-VRR tieħu deċiżjoni li tirrifjuta l-kumpens. Din id-deċiżjoni tispeċifika l-kumpens li għalih l-operatur huwa intitolat. B’mod alternattiv il-Linji Gwida għall-Finanzjament jipprovdu li dawn il-kumpanji jistgħu jitolbu avviż vinkolanti li jispeċifika l-kumpens li għalih huma intitolati (are punt 7.2 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament). |
|
(184) |
Il-Linji Gwida għall-Finanzjament jipprovdu għal dan il-każ tal-aħħar li jekk il-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-benefiċjarju flimkien mal-awtoritajiet lokali ta’ min huma l-propjetà għandhom jieħdu miżuri bil-quddiem biex jevitaw il-kumpens żejjed. Peress li l-Ġermanja hija tal-fehma li l-miżuri in kwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, l-ebda miżuri preventivi ma ttieħdu s’issa. |
|
(185) |
L-operaturi tat-trasport għandhom kull sena jirrappurtaw l-ispejjeż attwali li rriżultawlhom fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Il-VRR tivverifika dawn ir-rapporti u fil-każ li l-kumpens kkalkulat minn qabel ikun iżjed mill-ispejjeż attwali, tordna l-irkupru tal-ammonti mħallsa żejda. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li fil-kliem preżenti tagħhom, il-Linji Gwida għall-Finanzjament mhumiex biżżejjed biex jassiguraw waħedhom in-nuqqas ta’ kumpens żejjed lill-RBG u lill-BSM, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
Evalwazzjoni tal-RBG u l-BSM
|
(187) |
Il-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku f’dan il-każ jista’ jitħallas direttament minn kontribuzzjonijiet tal-azzjonisti pubbliċi tal-operaturi kkonċernati, minn ftehim tal-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf u/jew mill-VRR. Il-Kummissjoni tinnota li t-tielet kriterju ta’ Altmark ma jistipulax li l-pagamenti għandhom jitħallsu mill-awtorità organizzattiva, hawnhekk il-VRR. Madankollu għandu jiġi assigurat li l-kumpens annwali ma jeċċedix dak li hu neċessarju biex ikopri l-ispejjeż li huma attwalment marbuta mal-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(188) |
Fin-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament huwa definit li l-ammont stabbilit hemmhekk jikkostitwixxi l-ammont massimu li għandu jitħallas suġġett għal verifika sussegwenti tal-ispejjeż attwali. L-ammont massimu ta’ finanzjament huwa definit bħala r-riżorsi ta’ finanzjament li huma disponibbli għall-muniċipalità partikolari. |
|
(189) |
L-operaturi għandhom jirrapportaw kull sena l-ispejjeż attwali li jkunu daħlu għalihom fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Il-verifika sussegwenti tirrifletti l-ispejjeż attwali għall-mod ta’ operat f’kull waħda mill-kategoriji ta’ spejjeż. Is-somma tal-ispejjeż determinati sussegwentement tiġi mqabbla mas-somma fil-kalkoli preliminari. Il-kalkolu sussegwenti huwa mniżżel fin-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament bl-istess struttura tan-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament preliminari sabiex tippermetti tqabbil. Skont il-Ġermanja dawn in-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament preliminari u sussegwenti huma maħluqa għall-RBG u l-BSM għal kull sena ta’ stima. Il-VRR tivverifika din l-informazzjoni u fil-każ li l-kumpens preliminari jeċċedi l-ispejjeż attwali, tordna l-irkupru tal-ammont imħallas żejjed. Madankollu, il-Linji Gwida għall-Finanzjament ma jipprovdu l-ebda regoli dettaljati dwar kumpens żejjed jew metodu għall-irkupru ta’ kumpens imħallas żejjed. |
|
(190) |
Il-Kummissjoni għalhekk għandha tivverifika jekk il-BSM u l-RBG irċevewx kumpens żejjed fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2009. Il-Ġermanja pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-ħlasijiet attwali li saru lill-BSM u lill-RBG. Għal dan il-għan, il-Ġermanja għaddiet lill-Kummissjoni l-kontijiet annwali tal-profitt u t-telf tal-RBG u l-BSM. Id-dħul u l-ispejjeż għal kull waħda mill-kumpaniji huma vverifikati kull sena minn awdituri li ċċertifikaw ukoll d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi. |
Pagamenti skont il-Linji Gwida għall-Finanzjament u l-ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-qligħ u t-telf
|
(191) |
Fl-2006 l-RBG ġarrbet telf ta’ 65 miljun euro (36). It-telf kien kopert minn trasferiment ta’ telf lill-Istat Federali ta’ Nordrhein-Westfalen u lill-VRR fl-ammont ta’ 64.1 miljun euro. Dan l-ammont huwa EUR 7 miljun inqas mill-ammont li l-RBG kienet intitolata għalih skont in-notifikazzjoni ta’ finanzjament tal-VRR. Fl-2007, il-pagamenti ta’ kumpens neċessarji tal-Istat Federali Nordrhein-Westfalen u tal-VRR lill-RBG ammontaw għal EUR 52,2 miljun. Dan l-ammont huwa EUR 17,5 miljun inqas mill-ammont li l-RBG kienet intitolata għalih skont in-notifikazzjoni ta’ finanzjament tal-VRR. L-RBG kellha dħul nett ta’ żero fl-2007. Fl-2008, l-RBG irċeviet pagamenti ta’ kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fl-ammont ta’ EUR 41,9 miljun, li kopra t-telf tagħha u għamlet dħul nett ta’ żero. Dan l-ammont huwa EUR 14,1 miljun inqas mill-ammont li l-RBG kienet intitolata għalih skont in-notifikazzjoni ta’ finanzjament tal-VRR. Fl-2009, l-RBG irċeviet pagamenti ta’ kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fl-ammont ta’ 45.3 miljun euro, li kopra t-telf tagħha u għamlet dħul nett ta’ żero. Dan l-ammont huwa 11.4 miljun euro inqas mill-ammont li l-RBG kienet intitolata għalih skont in-notifikazzjoni ta’ finanzjament tal-VRR. |
|
(192) |
Fis-snin 2006 sal-2009 it-telf tal-BSM fit-trasport pubbliku tal-passiġġieri kien jammonta għal EUR […] (2006), EUR […] (2007), EUR […] (37) (2008) u EUR […] (2009). Jekk jiġu paragunati dawn l-ammonti ta’ telf mal-ammonti speċifikati fin-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament il-Kummissjoni tinnota li t-telf tal-BSM fit-trasport pubbliku tal-passiġġieri jaqbeż l-ammont stabbilit fin-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament. It-telf totali, jiġifieri s-somma tal-ammonti awtorizzati min-notifikazzjonijiet ta’ finanzjament u t-telf addizzjonali, huwa kopert mill-ftehim tal-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf mal-Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH, biex b’hekk il-profit/telf annwali tal-BSM kien żero. |
|
(193) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-akkwist tat-telf addizzjonali mhux ibbażat fuq is-sistema l-ġdida ta’ finanzjament iżda biss fuq il-ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf. Dan il-ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u telf ġie konkluż qabel ma kien miftuħ is-suq għat-trasport bil-karozzi tal-linja fl-1995 f’xi Stati Membri. Peress li dan il-ftuħ tas-suq irriżulta minn deċiżjoni spontanja tal-Istati Membri, il-ftehim dwar il-kontroll u t-trasferiment ta’ qligħ u profitt, jekk jikkonsisti f’għajnuna (38), huwa kwistjoni ta’ għajnuna eżisteni skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament dwar il-Proċedura. |
|
(194) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-suq għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri ġie miftuħ bil-leġiżlazzjoni tal-UE bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fit-3 ta’ Diċembru 2009. Skont l-Artikolu (1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, wara l-liberalizzazzjoni tal-attivitajiet b’att tal-Unjoni, is-sussidji eżistenti kollha għas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri saru għajnuna ġdida minn din id-data. Għar-raġunijiet stipulati fil-premessi 114 sa 124, din id-deċiżjoni tkopri biss il-perjodu sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(195) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tista’ tiddetermina li għall-perjodu 2006 sal-2009, il-BSM u l-RBG ma rċevew l-ebda kumpens żejjed fuq il-bażi tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament u li b’hekk it-tielet kriterju ta’ Altmark huwa sodisfatt fir-rigward ta’ pagamenti fuq il-bażi tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament. |
9.2.4. KUMPANIJA TIPIKA, IMMEXXIJA TAJJEB U MGĦAMMRA B’MOD ADEGWAT B’VETTURI TAT-TRASPORT
|
(196) |
Fl-aħħar nett is-sentenza ta’ Altmark tipprovdi li “meta l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku ma ntgħażlitx permezz ta’ proċedura ta’ appalt pubbliku, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħbija b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi”. |
|
(197) |
La l-RBG u lanqas il-BSM ma kienu fdati bl-obbligi ta’ servizz pubbliku in kwistjoni fi proċedura ta’ appalt pubbliku, trasparenti u mhux diskriminatorja. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha teżamina t-tieni alternattiva stipulata fir-raba’ kriterju ta’ Altmark, li jipprovdi li l-livell ta’ kumpens għandu jiġi determinat fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ spejjeż ta’ kumpanija tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat. |
|
(198) |
Il-Ġermanja targumenta li l-parametri użati għall-kalkolu tal-kumpens huma determinati fuq il-bażi tal-ispejjeż medji tal-intrapriżi kollha li huma suġġetti għas-sistema ta’ finanzjamnet tal-VRR. |
|
(199) |
Matul il-proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-Ġermanja indikat li l-VRR tistabbilixxi l-ispejjeż tagħha, li jirriżultaw lil impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi tat-trasport għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku li jaqgħu taħt l-erba’ kategoriji ta’ spejjeż, fuq il-bażi ta’ dejta statistika assigurata mill-espert tagħha. Din id-dejta tiġi aġġustata mill-VRR fil-kunsiderazzjoni ta’ ċerti karatteristiċi (pereżempju reġjonali). Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi l-VRR tistabbilixxi marġini għall-prezzijiet medji tas-suq għall-kategoriji ta’ spejjeż individwali. |
|
(200) |
F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-użu ta’ dejta statistika jimmirra li jassigura li l-ammont ta’ kumpens huwa determinat fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ kumpanija tipika. |
|
(201) |
It-tieni, l-operaturi kollha li jipprovdu servizzi tat-trasport pubbliku għandhom liċenzja jew kuntratt ta’ servizz pubbliku u għandhom iwettqu ħtiġijiet imposti fuqhom mil-liċenzji jew il-kuntratti (pereżempju għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat b’mezzi tat-trasport biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ kwalità meħtieġa). |
|
(202) |
Madankollu, kif iddikjarat fid-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura, l-użu ta’ spejjeż statistiċi tat-trasport ma jistax fih innifsu jwassal għall-konklużjoni li l-operaturi li aċċettaw li jipprovdu s-servizzi skont dawn il-parametri jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kumpaniji mmexxija tajjeb. Id-dejta statistika li ntużat għall-bażi tad-determinazzjoni ta’ dan l-ammont tikkonċerna biss l-ispejjeż attwali ta’ servizzi tat-trasport fir-reġjuni differenti (il-Ġermanja u l-Awstrija) fl-2003. Għalhekk ma jistax jiġi preżunt li l-medja ta’ dawn l-ispejjeż tirrappreżenta l-ispejjeż ta’ impriża effiċjenti. Il-Kummissjoni waslet ukoll f’din il-konklużjoni fid-deċiżjoni finali fil-każ C 3/08 Southern Moravia Bus Companies (39) u fil-każ C 16/07 Postbus AG (40). Ir-raġunijiet imsemmija fil-premessi 85 u 86 tal-aħħar deċiżjoni huma validi wkoll għal din id-deċiżjoni. |
|
(203) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dejta statistika kienet stabbilita għas-sena 2003 u mbagħad aġġornata annwalment bi qbil mal-indiċi skont l-Anness 9 tal-Linji Gwida għall-Finanzjament kif ukoll skont żidiet/tnaqqis fil-volum u bidliet strutturali. Għall-estrapolazzjoni finanzjarja tal-indiċi statistiċi tal-prezzijiet japplikaw il-metodi li jintużaw ukoll għall-qoffa tal-oġġetti tat-trasport pubbliku lokali għall-passiġġieri (ÖPNV) mill-Assoċjazzjoni tal-Operaturi Germaniżi tat-Trasport (Verband Deutscher Verkehrsunternehmen) kif ukoll dejta mill-Uffiċċju Federali tal-Istatistika (statistisches Bundesamt). Madankollu, tali proċess ta’ aġġornament ma jistax jirrifletti b’mod komprensiv gwadanji fl-effiċjenza li jintlaħqu fis-settur. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li teżisti kategorija ta’ spejjeż 4b (Kumpens għal spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ skali ta’ pagi ogħla mill-ispejjeż tal-mudelli tar-remunerzjoni tas-suq imposti politikament) jindika li l-operaturi tat-trasport fil-VRR iħallsu salarji ogħla minn dawk osservati fis-suq. Il-Ġermanja kkonfermant li l-RBG u l-BSM iħallsu tali salarji u jirċievu kumpens taħt il-kategorija ta’ spejjeż 4b. |
|
(205) |
Kollox ma’ kollox ma jirriżultax mill-evidenza li rċeviet il-Kummissjoni li l-ammont tal-kumpens ġie kkalkulat billi l-ispejjeż tal-RBG u l-BSM ġew imqabbla ma’ dawk ta’ kumpanija mmexxija tajjeb. L-ammont ta’ kumpens b’hekk ma ġiex ikkalkulat b’referenza għal kumpanija mmexxija tajjeb. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li r-raba’ kriterju ta’ Altmark fir-rigward ta’ pagamenti li jsiru lill-RBG u lill-BSM bħala kumpens għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku mhux sodifatt. |
9.2.5. KONKLUŻJONI
|
(207) |
Peress li r-raba’ kriterju ta’ Altmark mhux sodisfatt, il-Kummissjoni tikkunsidra li permezz tas-sistema finanzjarja f’dan il-każ ingħata vantaġġ ekonomiku lill-RBG u lill-BSM. |
9.3. DISTORSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI
|
(208) |
Is-sistema ta’ finanzjament tista’ twassal għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni peress li l-finanzjament pubbliku jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-operaturi fdati bl-obbligu ta’ servizz pubbliku u jippermettilhom li jużaw dawn il-vantaġġi għal estensjoni tal-kariga, filwaqt li kompetituri ma jistgħux jużaw dawn il-vantaġġi jekk għandhom interess japplikaw għal kariga. Il-fatt li l-kumpaniji jistgħu jiġu kklassifikati bħala kumpaniji interni ma jimpedix effett possibbli fuq is-suq peress li dawn il-kumpaniji joperaw fis-suq flimkien ma’ kumpanji oħra pubbliċi u privati. |
|
(209) |
Barra minn hekk, l-operaturi li jirċievu finanzjament jistgħu jużaw dawn il-vantaġġi biex jikkompetu ma’ kumpaniji oħra fi swieq oħra. |
9.4. EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN STATI MEMBRI
|
(210) |
Skont ġurisprudenza stabbilita l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat jekk miżura li tikkostitwixxi vantaġġ issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ kumpanija meta mqabbla mal-kompetituri tagħha fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni (41). Tali tisħiħ tal-pożizzjoni tal-benefiċjarju fil-kompetizzjoni ma’ kumpaniji oħra fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni mhux biss (jhedded li) joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, iżda wkoll jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (42). |
|
(211) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-finanzjament mogħti lill-operaturi tat-trasport RBG u BSM mill-VRR jikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku li jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-kompetituri fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni. |
|
(212) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tindika li s-suq għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fil-Ġermanja fejn dawn il-kumpaniji joperaw, huwa suq miftuħ għall-kompetizzjoni minn kumpaniji stabbiliti fi Stati Membri oħra (43). |
|
(213) |
Barra minn hekk, fis-sentenza ta’ Altamark il-Qorti ddikjarat:
|
|
(214) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li finanzjament pubbliku mogħti lill-operaturi tat-trasport RBG u BSM mill-VRR, li jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għalihom, itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Minħabba din is-sitwazzjoni finanzjarja b’saħħitha huwa possibbli għalihom li jkomplu jipprovdu s-servizzi ta’ trasport. Il-Kummissjoni żżid li jonqsu l-possibilitajiet ta’ kumpaniji oħra mill-Ġermanja kif ukoll minn Stati Membri oħra li jipprovdu s-servizzi tat-trasport tagħhom fuq suq moqdi minn dawn iż-żewg impriżi (iż-żona Düsseldorf), għalkemm dan huwa legalment possibbli. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk, li l-finanzjament tal-RBG u l-BSM bħala kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fuq il-kompetituri tagħhom u b’hekk jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
9.5. KONKLUŻJONI
|
(216) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li l-finanzjament mogħti lill-RBG u lill-BSM mill-VRR għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
10. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN
|
(217) |
Artikolu 93 TFUE jipprovdi għall-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna, li b’konnessjoni mal-koordinazjoni tat-trasport jew l-akkwist ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport huma garantiti. |
|
(218) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 106(2) ma jistax jiġi applikat għall-kumpaniji fil-qasam tat-trasport pubbliku f’dan il-każ, peress li l-Artikolu 93 jikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tal-Artikolu 106(2) (45). |
|
(219) |
Skont is-sentenza ta’ Altmark (46), l-Artikolu 93 TFUE ma setax jiġi applikat direttament, iżda biss minħabba r-Regolamenti tal-Kunsill, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 jew ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70. |
|
(220) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2009 daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. B’dan ir-Regolament ġew revokati fl-istess ħin ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70. |
|
(221) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika għal kumpens ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku li jirrelataw ma’ servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferroviji u tipi oħra tat-trasport binarju kif ukoll bit-triq. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kompatibbiltà tal-miżuri hawn imsemmija mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
(222) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti tista’ tħallas kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku għat-trasport tal-passiġġieri provduti permezz ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku. F’dan il-każ l-obbligi ta’ servizz pubbliku ġew imposti bl-att triplu ta’ kariga (jiġifieri permezz ta’ liċenzji, il-pjanijiet tat-trasport lokali u n-notifikazzjoni ta’ finanzjament tal-VRR fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament). |
|
(223) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll, li l-parti terza ma kkontestatx l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 f’dan il-każ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Ġermanja hija tal-opinjoni li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu fil-prinċipju japplika biss għal kumpens imħallas mit-3 ta’ Diċembru 2009. |
|
(224) |
Wara l-evalwazzjoni tal-argumenti mressqa mill-Ġermanja, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li dawn ma jpoġġux fid-dubju l-applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tal-għajnuna, li twassal li l-Kummissjoni għandha tibbaża l-argumenti tagħha fuq il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-mument tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku għandhom jiġu eżaminati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għar-raġunijiet li ġejjin: |
|
(225) |
Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jirregola l-modalità tad-dħul fis-seħħ tiegħu stess u jipprovdi għal applikazzjoni tiegħu ratione temporis. Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2009 skont l-Artikolu 12 tiegħu. Skont l-Atikolu 10(1) ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ġie revokat fl-istess data. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża l-evalwazzjoni tagħha iżjed fuq ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69, li ma kienx għadu fis-seħħ fil-mument tad-deċiżjoni, iżda għandha tibbaża fuq ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(226) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma fih l-ebda evidenza li ma japplikax għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku li ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Tabilħaqq l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jinkludi regoli tranżitorji għall-kuntratti li ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Din id-dispożizzjoni hija fil-fatt eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament, li jikkonċerna l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 għall-għoti tal-kuntratt. Għalhekk huwa ċar li l-eċċezzjonijiet ma kinux ikunu meħtieġa għall-għoti ta’ kuntratti fiż-żmien tranżitorju, kieku l-kuntratti ta’ servizz pubbliku li kienu mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament, ma kinux jaqgħu fl-ambitu tiegħu. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 8 jikkonferma anzi, li d-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament japplikaw għal dawn il-kuntratti. |
|
(227) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni tindika li l-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli applikabbli (47) dwar l-evalwazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat, mhux applikabbli f’dan il-każ. Fil-fatt f’dan l-avviz huwa indikat b’mod ċar li l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat tibqa’ mhux mimsusa. Madankollu, r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi regoli għall-applikazzjoni provviżjora tiegħu. |
|
(228) |
Ir-raba’ nett, il-Kummisjoni tenfasizza li l-Qorti kkonfermat ukoll il-prinċipju li regola ġdida hija direttament applikabbli fuq l-effetti fil-futur ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt regola qadima. Hija ddeċidiet ukoll li l-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ fiduċja ma jistax jiġi estiż b’tali mod li l-applikazzjoni ta’ regola ġdida fuq l-effetti fil-futur ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt regola antika, hija assolutament eskluża (48). |
|
(229) |
Il-ħames nett, il-Qorti ddeċidiet li r-Regolamenti sostantivi Komunitarji għandhom biss jiġu interpretati b’tali mod li japplikaw għas-sitwazzjonijiet konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, sakemm mill-kliem, l-oġġettivi jew l-istruttura tagħhom ikun joħroġ ċar li tali effett għandu jiġi attribwit lilhom (49). Din il-kondizzjoni tal-aħħar hija sodisfatta fil-każ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, kif iddikjarat fil-punt 228. |
|
(230) |
Is-sitt, il-Kummissjoni sabet ukoll, li l-Qorti barra minn hekk, fl-istess sentenza, waslet għall-konklużjoni, li jekk jekk tinbidel is-sistema legali li kienet fis-seħħ fil-mument tan-notifika ta’ għajnuna ppjanata minn Stat Membru qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tar-regoli l-ġodda (50). Il-Qorti ppreċiżat ukoll li n-notifika minn Stat Membru ta’ għajnuna proposta ma toħloq l-ebda sitwazzjoni ġuridika definittiva jew protezzjoni tal-fiduċja, li jimplika li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-kumpens mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolamenti fis-seħħ fil-mument li tkun seħħet din in-notifika. B’konsegwenza, kien ikun kontradittorju li jkun permess lil Stat Membru li ma jkunx konformi mal-ħtieġa ta’ notifika li tkun stabbilita pożizzjoni ġuridika definittiva permezz tal-għoti ta’ għajnuna illegali. |
|
(231) |
Konsegwentement ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika f’dan il-każ (51). |
10.1. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN FUQ IL-BAŻI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1370/2007
|
(232) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 “kumpens għal servizz pubbliku għall-operat ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri […] skont dan ir-Regolament għandu jkun kompatibbli mas-suq komuni”. Barra minn hekk il-Kummissjoni tivverifika jekk il-Linji Gwida għall-Finanzjament u l-kumpens li fuq il-bażi tagħhom tħallas lill-RBG u lill-BSM, jissodisfawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(233) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007: “Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti lill-operatur magħżul minnha dritt esklussiv u/jew kumpens, ta’ kwalunkwe tip, bi tpattija għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, għandha tagħmel dan fi ħdan il-qafas ta’ kuntratt għal servizz pubbliku”. |
|
(234) |
F’dan il-każ l-obbligi ta’ servizz pubbliku kienu imposti permezz ta’ att triplu ta’ kariga (jiġifieri permezz tal-liċenzji, il-pjanijiet tat-trasport lokali u n-notifikazzjoni ta’ finanzjament mill-VRR fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huwa sodisfatt. |
|
(235) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistabbilixxi l-kontenut obbligatorju ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku kif ġej: |
|
(236) |
Artikolu 4(1)(a) - Obbligi ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar: Kif ezminat fit-Taqsima 8.2.1, l-RBG u l-BSM kienu fdati b’obbligu ta’ servizz pubbliku definit b’mod ċar. |
|
(237) |
Artikolu 4(1)(b) - Il-parametri użati għall-kalkolu tal-kumpens huma stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġu evitati ħlasijiet ta’ kumpens eċċessivi: Kif spjegat fit-taqsima 9.2.2 il-parametri għall-kumpens huma definiti fin-notifikazzjonijiet negattivi ta’ finanzjament, b’mod oġġettiv u trasparenti qabel ma jiġi mwettaq l-obbligu ta’ servizz pubbliku, b’indikazzjoni tal-ammont massimu għal kull waħda mill-kategoriji ta’ spejjeż. |
|
(238) |
Artikolu 4(1)(c) u Artikolu 4(2) - Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni għall-allokazzjoni tad-dħul u l-ispejjeż: Fuq il-bażi tal-parametri msemmija hawn fuq, jeżistu dispożizzjonijiet ċari għall-allokazzjoni tad-dħul u l-ispejjeż li jirrelataw mal-erba’ kategoriji ta’ spejjeż li għalihom huwa mħallas il-kumpens. Għal kull waħda mill-erba’ kategoriji differenti ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, dħul u spejjeż huma allokati għal kontijiet separati bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-kontabbiltà skont il-liġi Ġermaniża u verifika annwali minn awditur indipendenti u l-VRR. |
|
(239) |
Artikolu 4(3) - Perjodu tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku li ma jeċċedix 10 snin għal servizzi tal-karozzi tal-linja u massimu ta’ 15-il sena għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferroviji jew modi binarji oħra tat-trasport: Oriġinarjamanet l-obbligi ta’ servizz pubbliku kienu imposti permezz ta’ att triplu ta’ kariga (jiġifieri permezz tal-liċenzji, il-pjanijiet tat-trasport lokali u n-notifikazzjoni ta’ finanzjament mill-VRR fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finanzjament). Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-operaturi tat-trasport kienu miġbura fil-qosor f’att wieħed għal kull operatur b’perjodu limitat ta’ 10 snin. Għal kuntratti ta’ servizz pubbliku li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplikaw dispożizzjonijiet tranżitorji. Skont l-Artikolu 8(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 kuntratti konklużi wara s-26 ta’ Lulju 2000 u qabel it-3 ta’ Diċembru 2009 fuq bażi ta’ proċedura għajr dik ta’ proċedura kompetittiva u ġusta tal-appalt, dawn il-kuntratti jistgħu jibqgħu validi sa ma jiskadu, sakemm huma ta’ perjodu limitat meta mqabbel mal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4. F’dan il-każ il-kuntratt ġie konkluż fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 8(3)(d), mingħajr proċedura tal-appalt. B’hekk il-perjodu limitat huwa stipulat skont l-Artikolu 4. Il-perjodu tal-kuntratt issa huwa limitat għal 10 snin; u b’hekk jikkonforma mal-ħtiġiet tal-Artikolu 4(3). |
|
(240) |
Artikolu 4(5) — Il-ħtieġa għall-konformità ma’ ċerti standards soċjali: Il-ftehim kollettiv applikabbli huma speċifikati fl-atti rispettivi, peress li l-RBG u l-BSM huma obbligati li japplikaw il-ftehim kollettiv konkluż mal-Assoċjazzjoni Muniċipali ta’ min iħaddem ta’ Nordrhein-Westfalen (“Kommunalen Arbeitgeberverband Nordrhein-Westfalen”). |
|
(241) |
Artikolu 4(6) — Il-ħtieġa għall-konformità ma’ ċerti standards ta’ kwalità: Id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards ta’ kwalità huwa speċifikati fl-atti ta’ kariga rispettivi. |
|
(242) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet hawn imsemmija fil-premessa 54 et seq., il-Kummissjoni tikkonsidra li l-att triplu ta’ kariga jinkludi d-dispożizzjonijiet mandatorji kollha skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(243) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jinkludi d-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku. Madankollu, skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji taħt l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku bil-ferroviji u l-karrozzi tal-linja għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 5 biss mit-3 ta’ Diċembru 2019. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma’ japplikawx f’dan il-każ. |
|
(244) |
Il-Kummissjoni tfakkar lill-Ġermanja għal darb’oħra li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri matul dan iż-żmien tranżitorju biex gradwalment jikkonformaw mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(245) |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, kull kumpens għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u l-Anness tar-Regolament. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni tindika li, kif ġie indikat hawn fuq, id-dispożizzjonijiet kollha tal-Artikolu 4 kienu sodisfatti f’dan il-każ. |
|
(247) |
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistipula li l-kumpens m’għandux jeċċedi l-ammont li jikkorrispondi mal-ammont finanzjarju kompost mill-fatturi li ġejjin: spejjeż imġarrba b’rabta ma’ obbligu ta’ servizz pubbliku, nieqes mid-dħul tal-bejgħ ta’ biljetti, nieqes mill-effetti finanzjarji pożittivi li jinqalgħu fin-netwerk operat taħt l-obbligu ta’ servizz pubbliku, flimkien ma’ profitti raġjonevoli. Barra minn hekk, l-Anness jipprovdi li l-kalkolu tal-ispejjeż u d-dħul għandu jsir skont ir-regoli tal-kontabbilità u r-regoli tat-taxxa fis-seħħ. Flimkien ma’ dan, għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-kontijiet għandhom ikunu separati. |
|
(248) |
F’dan il-każ il-Kummissjoni ssib li l-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku huwa kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness, kif stabbilit fit-taqsima 9.2.3, u li l-ħlasijiet tal-kumpens ma jwasslux għal kumpens żejjed. Wara d-determinazzjoni tad-dħul mill-miżati tal-utenti, irċevuti, effetti pożittivi finanzjarji oħra u spejjeż marbuta mal-obbligi ta’ servizz pubbliku, jirriżulta li l-BSM u l-RBG jagħmlu telf annwali mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Dan it-telf kien kopert kull sena bejn 2006 sa 2009 bi ħlasijiet ta’ kumpens li rriżulta fi profitt nett ta’ żero. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-operaturi fil-każ preżenti ma jirċevux profitt raġjonevoli. L-ispejjeż u d-dħul attribwiti mal-obbligu ta’ servizz pubbliku huma barra minn hekk eżaminati sabiex jikkorrispondu mar-regoli tal-kontabbiltà u r-regoli tat-taxxa fis-seħħ. Għal raġunijiet ta’ trasparenza l-kontabbiltà tal-operaturi għall-attivitajiet li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ servizz pubbliku u dawk li ma jaqgħux taħt l-obbligu, issir b’mod separat. |
|
(250) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-osservazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ħlasijiet ta’ kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jevita l-kumpens żejjed u huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u l-Anness tiegħu. |
|
(251) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-prinċipji ġenerali għall-evalwazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern huma osservati f’dan il-każ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-eżami tal-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku favur l-RBG u l-BSM skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/70 iwassal għall-istess konklużjonijiet. |
|
(252) |
Konsegwenza ta’ dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna favur l-RBG u l-BSM hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 93 TFUE u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/07. |
11. KONKLUŻJONI
|
(253) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/07 u l-Artikolu 93 TFUE. Il-Kummissjoni tindika li din id-deċiżjoni tikkonċerna l-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri bħala għajnuna mill-Istat u li din l-evalwazzjoni ma tippreġudikax l-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-legiżlazzjoni Ewropea dwar kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet f’dan il-każ. |
|
(254) |
Il-Kummissjoni tispeċifika li skont ġurisprudenza tal-Qorti hi tista’ teżamina l-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ għajnuna mill-Istat indipendentement minn kull ksur ta’ liġi oħra tal-Unjoni, sakemm din tal-aħħar mhix marbuta b’mod inseperabbli mill-materja tal-għajnuna li ma jkunx possibbli li tiġi analizzata separatament. |
|
(255) |
F’dan il-każ il-Kummissjoni tinnota li ksur possibbli tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet, bħall-għoti tal-liċenzji in kwistjoni lill-BSM u lill-RBG, mhux neċessarjament ikollu effetti ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni addizzjonali għal dik li tirriżulta mill-għajnuna. Din id-deċiżjoni hija limitata għalhekk għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat, li l-Ġermanja tat lil Rheinbahn AG u lil Bahnen der Stadt Monheim fis-snin 2006 sa 2009 fuq il-bażi tal-Linji Gwida għall-Finazjament tat-trasport pubbliku tat-triq (“ÖSPV”) fil-Verkehrsverbund Rhein-Ruhr, huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u l-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Arikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummisjoni
Viċi-President
Joaquín ALMUNIA
(1) Fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE inbidlu bl-Artikoli 107 u 108 rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 TFUE għandhom jinftehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq.
(2) ĠI C 74, 31.3.2007, p. 18.
(3) Ara s-sezzjoni 4.2.
(4) ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
(5) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.
(6) Iz-ZV VRR ġie stabbilit mill-ibliet u r-reġjuni rispettivi skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Kooperazzjoni Kommunali (Gesetzes über kommunale Gemeinschaftsarbeit) ta’ Nordrhein-Westfalen.
(7) Il-VRR AöR ġiet imwaqqfa miz-ZV VRR f’Settembru 2004. Minn Ġunju 2007, il-VRR AöR hija l-istituzzjoni pubblika komuni għat-twettiq konġunt ta’ funzjonijiet fil-qasam tat-trasport pubbliku lokali għall-passiġġieri mill-ibliet mhux biss fit-territorju taz-ZV VRR, imma wkoll fiż-żoni biswit in-“Nahverkehrs-Zweckverband Niederrhein”. Minħabba li z-ZV VRR iddelegat l-amministrazzjoni u l-funzjonijiet tagħha, inkluż l-iffinanzjar tas-servizz pubbliku lill-VRR AöR, mhux se ssir distinzjoni bejn iz-ZV VRR u l-VRR AöR; se jissejħu kollettivament bħala “VRR”.
(8) L-aħħar verżjoni tal-istatut taz-ZV VRR tista’ tinstab fuq: http://www.vrr.de/imperia/md/content/vrrstartseite/satzung_zv.pdf
(9) L-RBG, li mid-29 ta’ April 2005 jisimha “Rheinbahn AG”, hija propjetà tal-belt ta’ Düsseldorf (5 %) u l-“Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH” (95 %), li hija mbagħad kompletament propjetà tal-belt ta’ Düsseldorf u li sat-18 ta’ Ġunju 2007 kien jisimha “Düsseldorfer Stadtwerke Gesellschaft für Beteiligungen mbH”. Skont l-informazzjoni fuq il-websajt tal-belt ta’ Düsseldorf (http://www.duesseldorf.de/finanzen/beteiligungsberichte/2006_pdf/anlagen/orga.pdf), Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH għandha wkoll sehem ta’ 25.05 % fil-“Stadtwerke Düsseldorf AG”, 100 % tal-ishma tal-“Bädergesellschaft Düsseldorf mbH” u sehem ta’ 50 % tal-“Flughafen Düsseldorf GmbH” (figuri kollha fil-31 ta’ Diċembru 2006).
(10) Il-BSM hija projpetà assoluta tal-“Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH”, li hija mbagħad kollha propjetà tal-belt ta’ Monheim. Minbarra l-BSM, Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH għandha 49.9 % tal-ishma tal-“MEGA Monheimer Elektrizitäts- und Gasversorgungs GmbH”, 99 % tal-ishma tal-“Allwetterbad der Stadt Monheim am Rheim GmbH” u 100 % tal-ishma tal-“Stadtentwicklungsgesellschaft Monheim am Rhein mbH”.
(*1) Koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.
(11) L-aħħar verżjoni tal-Linji Gwida għall-Finanzjament hija ppubblikata fuq il-website tal-VRR, ara: http://www.vrr.de/imperia/md/content/vrrstartseite/finanzierungsrichtlinie.pdf
(12) Is-sentenza fil-Kawża C- 280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg [2003] ECR I-7747 (“Altmark”).
(13) Dan jikkonċerna l-obbligu li jiġi applikat il-ftehim kollettiv konkluż mill-Assoċjazzjoni muniċipali ta’ min iħaddem ta’ Nordrhein-Westfalen (ara paragrafu 52).
(14) Il-Ġermanja pprovdiet il-dettaliji li ġejjin dwar l-ishma ta’ Monheimer Versorgungs- und Verkehrs-GmbH (100 % propjetà tal-belt ta’ Monheim):
|
— |
100 % Bahnen der Stadt Monheim GmbH (BSM) |
|
— |
100 % Allwetterbad der Stadt Monheim GmbH |
|
— |
100 % Stadtentwicklungs GmbH |
|
— |
50,1 % MEGA Monheimer Elektrizitäts- und Gas GmbH |
|
— |
36 % Wasser GmbH |
(15) Kawża C-280/00, iċċitata iktar ‘il fuq, punti 101 u 105-107.
(16) ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1.
(17) ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1.
(18) Il-Ġermanja ssottomettiet kummenti mill-VRR, mill-RBG u mill-BSM u fil-kummenti tagħha għamlet referenzi estensivi għalihom.
(19) Liċenzja maħruġa skont l-Att tal-Ġarr tal-Passiġġieri (“Personenbeförderungsgesetz”) tinkludi l-obbligu li jiġi pprovdut is-servizz rilevanti, li jinġarru l-passiġġieri skont ir-regoli tat-tariffi applikabbli u li jinżammu l-ħinijiet stipulati.
(20) Il-pjan tat-trasport lokali jistipula l-linji tat-trasport lokali li għandhom jiġu operati fil-perjodu in kwistjoni. Jinkludi l-frekwenzi tas-servizzi tat-trasport, figuri ewlenin għall-kilometraġġ, l-istandards minimi tall-kwalità tas-servizz u l-infrastruttura tat-trasport (bħalma huma l-kwalità tal-konnettività, standards tal-konnessjonijiet, standards tal-operat inkluża informazzjoni għall-passiġġier, servizz, sigurtà u ndafa) kif ukoll pjan ta’ azzjoni (pereżempju investiment/manutenzjoni tal-infrastruttura u l-vetturi). Il-pjan tat-trasport lokali b’hekk jipprovdi l-bażi neċessarja għad-definizzjoni ta’ standards u parametri ta’ kwalità fil-futur. Kull restrizzjoni tas-servizzi offruti jew l-għeluq ta’ linji mill-operatur huma suġġetti għall-approvazzjoni formali mill-awtorità reġjonali.
(21) Il-Ġermanja tistma li l-adozzjoni tal-pjan tat-trasport lokali teħtieġ mill-inqas sena minħabba l-konsultazzjonijiet meħtieġa u għalhekk kien hemm bżonn ta’ strument tranżitorju.
(22) Il-pjan tat-trasport lokali għad-distrett ta’ Monheim japplika wkoll għat-territorju tal-belt ta’ Monheim li m’għandux pjan tat-trasport lokali.
(23) B’mod partikolari r-Regolament dwar l-Operazzjoni ta’ Operturi ta’ Vetturi bil-Mutur fit-Trasport tal-Passiġġieri (Verordnung über den Betrieb von Kraftfahrunternehmen im Personenverkehr, ’il quddiem imsejjaħ “BOKraft”) u r-Regolament dwar il-Kostruzzjoni u l-Operazzjoni tat-Trammijiet (Verordnung über den Bau und Betrieb der Straßenbahnen, ‘il quddiem imsejjaħ “BOStrab”).
(24) Il-ħinijiet off-peak ekonomikament mhux favorevoli (ħinijiet barra l-ħinijiet ta’ domanda massima) huma:
|
Ġranet |
Trasport pubbliku f’żoni urbani |
Trasport pubbliku barra miż-żoni urbani |
|
It-Tnejn-Il-Ġimgħa |
0:00 am – 6:00 u 19:00 – 0:00 |
0:00 am – 6:00 u 18:00 – 0:00 am |
|
Is-Sibt |
0:00 am – 6:00 u 16:00 – 0:00 am |
il-ġurnata kollha |
|
Il-Ħadd |
il-ġurnata kollha |
il-ġurnata kollha |
(25) Hija ħadet ukoll pożizzjoni fuq il-kompattibilità tal-għajnuna fuq il-bażi tl-Artikolu 107(3)(c) TFUE għat-taħriġ professjonali li skont il-Ġermanja taqa’ taħt it-tielet subkategorija tar-raba’ kategorija. Peress li lill-RBG u lill-BSM ma ġew imposti l-ebda obbligi f’din il-kategorija, dawn il-kummenti mhux se jiġu elenkati fid-dettal.
(26) Sentenza tal-Qorti Federali tal-Finanzi tal-14 ta’ Lulju 2004 — I R 9/03 —, BFHE 207, 142.
(27) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(28) ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.
(29) Sentenza fil-Kawża C-482/99, Franza/Kummissjoni, Ġabra 2002, I-4397, punti 52 u 57 (’il quddiem imsejħa “Sentenza Stardust Marine”).
(30) Sentenza Stardust Marine, punti 55 u 56.
(31) Landeshauptstadt Düsseldorf, Beteiligungsbericht 2006, Titolu “Holding der Landeshauptstadt Düsseldorf GmbH” (disponibbli fuq is-sit: http://www.duesseldorf.de/finanzen/beteiligungsberichte/2006_pdf/beteiligungen/holding.pdf), p. 22.
(32) Bericht über die Beteiligungen der Stadt Monheim am Rhein an Unternehmen und Einrichtungen in der Rechtsform des privaten Rechts (Beteiligungsbericht gemäß § 117 GO NW) 2007 (disponibbli fuq is-sit: http://www.monheim.de/rathaus/bekanntmachungen/bekanntmachungen_2007/beteiligungen_bericht_2007.pdf), p. 1.
(33) Kawża C-280/00, Sentenza Altmark, punti 87 u 88.
(34) Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni kienet inkludiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ parti mill-evalwazzjoni tat-tieni kriterju ta’ Altmark fit-taqsima li tittrata l-ewwel krtierju ta’ Altmark.
(35) Soġġetta għas-segretezza professjonali
(36) Ara Beteiligungsbericht der Stadt Düsseldorf für das Jahr 2006 (għas-snin sussegwenti, ara l-link rispettiva): http://www.duesseldorf.de/finanzen/beteiligungsberichte/2006_pdf/beteiligungen/rbg.pdf
(37) Dan l-ammont jinkludi t-telf fit-trasport pubbliku u l-merkanzija bil-binarji. Il-Kummissjoni tinnota li, kif spjegat fil-punti 114 sa 124, l-iskop tal-proċedura kienet limitata għall-pagamenti tal-ħlasijiet miksuba mill-BSM u l-RBG fuq il-bażi tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tal-VRR għas-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri. Għalhekk il-ħlasijiet li rċeviet il-BSM għas-servizz tal-merkanzija bil-binarji mhux kopert bl-iskop ta’ dan id-deċiżjoni.
(38) Ara premessa 215.
(39) Deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 97, 16.4.2009, p. 14).
(40) Deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 306, 20.11.2009, p. 26).
(41) Kawża 730/79, Philip Morris/Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 261, punt 11.; Sentenza tat-30 ta’ April 1998 fil-Kawża T-214/95, Het Vlaams Gewest/Kummissjoni, Ġabra 1998, p. II-717, punt 50.
(42) Kawża 720/79, Philip Morris/Kummissjoni, punt 12.
(43) Kawża C-280, Sentenza Altmark, punt 79.
(44) Kaz C-280/00, Sentenza Altmark punti 77-78.
(45) Ara premessa 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-provvista ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, ĠU L 312 tad-29 ta’ Novembru 2005, p. 67.
(46) Kawża C-280/00, Sentenza Altmark, punt 107. Ara wkoll sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Marzu 2004 fil-Kawża T-157/01 Danske Busvognmænd v Kummissjoni, Ġabra 2004, p. II-917, punt 100.
(47) ĠU C 119,22.5.2002, p. 22.
(48) Ara s-sentenza fik-Kawża C-334/07 P, Kummissjoni v Freistaat Sachsen, Ġabra 2008, I-9465, punt 43.
(49) C-334/07 P, Kummissjoni/Freistaat Sachsen, punt. 44
(50) C-334/07 P, Kummissjoni/Freistaat Sachsen, punt. 53
(51) Dan jikkorrispondi mal-prattika kurrenti tal-Kummissjoni (ara Deċiżjoni C-41/2008, Danske Statsbaner, deċiżjoni finali tal-24 ta’ Frar 2010, punti 303 sa 313) u tal-awtorità ta’ sorveljenza tal-EFTA (ara Deċiżjoni 254/10/COL, AS Oslo Sporveier u AS Sporveisbussene, deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2010, pp. 17, 18.)